Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/618153
NiNsabu fi-żminijiet konsumeristi fejn donnu iktar ma narmu u iktar ma nixtru, iktar niġu premjati. Kollox disponibbli. il-kumpaniji il-kbar tal-manifattura, mhumiex kuntenti b'li persuna tixtri prodott biss iżda li tfittex tarmi dak il-prodott u tixtri ieħor. Oriġinarjament, il-karozza kienet meqjusa bħala lussu għas-sinjur iżda dan inbidel grazzi għal-nies bħal Henry Ford li beda jikrea karozzi għall-massa. Fiż-żmien ta' wara l-ewwel gwerra, u iktar wara t-tieni gwerra, il-potenzjal tal-bejgħ tal-karozzi kien infinit. Kważi ħadd ma kellu karozza u għalhekk kull persuna adulta setgħet kienet klijent. L-għan tal-kumpaniji li jimmanifatturaw il-karozzi kien li jkunu huma li jbigħu l-ewwel karozza lill-klient u mhux ir- rivali tagħhom. L-idea kienet li jekk ibigħu prodott tajjeb u li jservi lill-klijent, u l-klijent iħajjar lil dawk ta' madwaru biex jixtru karozza bħal tiegħu. Fis-snin sebgħin u tmenin l-ammont ta' klijenti ġodda kien naqas sew waqt li r-rata ta' produzzjoni mill-fabbriki żdiedet. Il-maġġoranza tan- nies fl-Ewropa u fl--Istati Uniti diġà kellhom karozza, televixin, 'washing machine' u friġġ. Ir-rata tat-twelid naqset, u b'hekk ir-rata ta' żgħażagħ li jibdew jaħdmu u jsiru klijenti ġodda ma kienx biżżejjed biex taqta' l-għatx tal-industrijalisti. Għalhekk bdew jaħsbu f 'modi kif jikkonvinċu lin-nies biex ibiddlu l-prodotti tagħhom iktar malajr u jixtru l-ġodda. Iktar ma beda jgħaddi ż-żmien, iktar bdiet tonqos il-ħajja tal- prodott. Illum il-ġurnata, ħafna prodotti, m'għadux possibli li ssewwihom faċilment. Meta tfalli parti żgħira mekkanika jew elettronika, ma jkunx possibli li tbiddel dik il-parti biss u jġelgħuk tbiddel ħafna iktar partijiet magħha, jew għax ma jisseparawx ruħhom, jew inkella meta tmur tixtrijhom jgħidulek li ma tistax tixtri dik il-parti waħedha. Li kumpanija timxi b'dan il-mod, nasal biex nifimha għaliex l-għan aħħari tagħha huwa li tagħmel il-profitt. Però, li gvernijiet u awtoritajiet fl- Unjoni Ewropea, jikkollaboraw ma' dawn in-negozjanti u jisfurzaw lill-persuna biex ibiddel il-karozza tiegħu bis-sewwa jew bid-dnewwa ma tinżillix. Ma nixtieqx ninftiehem ħażin. Kif ngħidu, min għandu l-bżar ħa jroxxu. M'għandi xejn kontra li wieħed jixtri karozza ġdida, però lanqas ma naqbel li bniedem jiġi kkastigat talli beżgħa għall- karozza tiegħu u ma ħassx il-bżonn li jbiddilha. Meta nara gvernijiet bħal dawk tal-Ġermanja, Franza u l-Italja jipprovaw jinċentivaw lin-nies tagħhom biex ibiddlu l-karozzi, nifhem li l-ekonomija tal-pajjiżi rispettivi tagħhom tiddependi ħafna fuq il- produzzjoni tal-karozzi, però li jimponu fuq pajjiżi bħal Malta biex nagħmlu bħalhom, (b'kooperazzjoni mill-gvernijiet lokali) ma narahiex la ġusta u lanqas tagħmel sens. Ta' spiss naraw statistiċi fuq l-età medja tal-karozzi fil-pajjiżi Ewropej u meta naraw li Malta għandna fost l-għola età medja ta' karozzi, bħal donnu jagħtina estru u nisimgħu politikanti u opinjonisti jinkwetaw u jaraw kif Malta ma tibqax fil-qiegħ tal-lista. U jien nistaqsi, jekk ma tkunx Malta fil-qiegħ ta' din il-lista, min tridu jkun? Għandna klima tajba, li ttawwal il-ħajja ta' karozza, l-iqsar toroq li jeżistu fl-Ewropa (u li ma jinfdu mal-ebda pajjiż ieħor), l-ebda introjtu minn karozzi ġodda, u filwaqt li l-pagi Maltin mhumiex fost l-ogħla, il-prezzijiet ta' karozzi ġodda huma għola minn dawk ta' sħabna l-Ewropej. U fuq kollox, x'hemm ħażin li nkunu fil-qiegħ ta'din il-lista u jkollna karozzi eqdem minn ta' ħaddieħor? Forsi wieħed ikun pront jipponta lejn l-impatt ambjentali ta' flotta eqdem fit-toroq tagħna. Huwa veru li l-avvanz fit-teknoloġija għenet fit- tnaqqis tat-tniġġiż, però l-figuri mhumiex daqshekk pożittivi daqs kemm wieħed jaħseb. F'dawn l-aħħar għoxrin sena, l-UE bdiet timponi ftit ftit livelli u kategoriji fuq l-emmisjonijiet tal-karozzi li kumbinazzjoni ditti tal-karozzi kontinentali dejjem ikunu għadhom kif ħarġu b'xi mudell li jidħol eżatt f 'dawn il-kategoriji. Fid-dawl tal-iskandlu tal-Volkswagen fl-Istati Uniti li kixef sitwazzjoni fuq ħafna ditti oħrajn, sirna nafu li l-figuri tant ottimisti li jwegħduna fuq il-karti ħafna karozzi ġodda, m'għandhom xejn x'jaqsmu mal- emmisjonijiet reali fit-triq. Ikun interessanti li wieħed jara kemm hemm differenza bejn karozza li ħarġet f 'dawn l-aħħar ħames snin u waħda ta' għoxrin sena ilu meta misjuqin f 'sitwazzjoni reali fit-toroq Maltin. Apparti hekk, wieħed irid jikkunsidra li meta tixtri karozza ġdida, qiegħed juża iktar riżorsi naturali u iktar tniġġis mill-fabbriki biex tibniha u mill-vetturi li jittrasportaw dawn il-vetturi. Hemm ukoll żieda ta' skart mill-karozzi li nkunu armejna. Filwaqt li kważi l-ammont kollu tal-flus minfuqin fuq karozza ġdida joħorġu mill-pajjiż, karozza eqdem tikkontribwixxi lejn l-ekonomija billi tħaddem nies bħal mekkaniks, electricians, sprejers, tellara, tapizzara u bejjiegħa tal-partijiet tal-karozzi. Sistema bħal dik tal-iscrappage scheme wasslet għal eluf kbar ta vetturi mal-Ewropa kollha (fosthom Malta) biex jiġu mgħaffġa għall-ħadid meta dawn kien fadalhom ħafna servizzi x'joffru. Is-sistema tal-liċenzji annwali tal-karozzi taħdem b'mod li togħla ma' kull sena li tiqdiem il-karozza bħallikieku hemm xi regola li iktar ma teqdiem karozza, iktar ser tħammeġ. Fil-verità kemm karozza żżid fit-tniġġiż tul il-ħajja tagħha jiddependi fuq il-manutenzjoni u l-użu tal-karozza u mhux l-età. Dan jista' jiġi vverifikat kull darba li ntellgħu l-karozza għall-VRT meta jiġu mkejlin il-livelli tal-emmisjonijiet. U allura jekk karozza ta' ħmistax-il sena għandha l-istess livell ta' emmisjonijet daqs meta din il- karozza kella tliet snin, għaliex sidha għandu jħallas iżjed issa milli kien iħallas qabel? U jekk karozza ta' tmien snin tħammeġ inqas minn waħda identika ta' ħames snin, għaliex xorta sidha jħallas iżjed? Għaliex sid il-karozza il-qadima qiegħed jiġi kkastigat talli ħa ħsieb il-karozza tiegħu u jibqa' jiġi kkastigat sakemm iċedi u jixtri waħda ġdida? Ir-risposta, fl-opinjoni tiegħi hija sempliċi. Huwa għaliex l-iskop mhuwiex wieħed ambjentali iżda biex iġegħluna nibqgħu narmu u nixtru u nillubrikaw il-mekkanizmu materjalist u konsumersit tas- soċjetà li ngħixu fijha. Nemmen li jiġi żmien fejn sid il-karozza jinduna waħdu li ikun jaqbillu iktar ibiddel il-karozza li għandu għal waħda ġdida milli jibqa' isewwi fil- qadima. Però, dik id-deċiżjoni għandu jeħodha minn jeddu u mhux jiġi sfurzat minn xi liġi imlibbsa ċoff aħdar li ġiet implimentata sempliċiment biex isservi għall-interessi ta' kumpaniji kbar. Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 | illum 27 Vetturi Ingranat Andrew Pisani Eluf ta' Vetturi fir-Renju Unit għall-iskrapp minnħabba s- 'Scrappage Scheme' Ixtri u armi Waħda mill-ewwel karozzi mibnija għall-masses