Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/620226
Il-Ħadd 27 ta' Diċembru 2015 | illum 11 Feature fil-Greċja għal seba' ikliet fl-Estonja Danimarka: Platti mkissra mal-bieb juru li għandek il-ħbieb Estonja: Tersaqx lejn il-miżien wara seba' ikliet Ġermanja: Landa mdewba tbassarlek is-sena Jekk tkun qed tgħix id- Danimarka u jixxelliflek xi platt, għandek iżżommu u ġġemmgħu sal-aħħar tas-sena. Fil-fatt, sabiex jaraw kemm għandhom ħbieb jew kemm huma maħbuba min-nies tal- viċin, id-Daniżi għandhom drawwa stramba fejn biex jgħalqu s-sena, ikissru l-platti u l-plattini mal-faċċata tad- djar tal-ħbieb tagħhom. Iktar ma jkollok munzell kbir ta' platti mkissra wara l-bieb, iktar hemm iċ-ċans li tkun persuna maħbuba u popolari man-nies taż-żona. Minbarra dan, mat-tokki ta' nofsillejl, id-Daniżi għandhom tradizzjoni li jaqbżu minn fuq siġġu għall-ieħor bħala simbolu tal-qabża minn sena għal oħra li tkun qed issir fil-kalendarji tagħna. Ipprepara ħwejjeġ wiesa' u komdi għall-aħħar lejl tas-sena, jekk qed tippjana li tqattgħu f 'Tallinn, il- belt kapitali Estonjana. Il-ġurnata hi prattikament maratona ta' ikliet meta mqabbla mat-tliet ikliet ta' ġurnata tipika. L-Estonjani f 'Tallinn jieklu minn tal- inqas seba' ikliet matul il-ġurnata. Hemm min lanqas sebgħa ma jara li biżżejjed u jestendu dan in-numru għal disgħa jew anke tnax-il ikla matul il-ġurnata. Dawn l-ikliet kollha, għandhom skop warajhom, u mhux qegħdin hemm biss biex iżidulek xi qies jew tnejn fil-ħwejjeġ. Il-ħsieb huwa li kull ikla tagħtik is-saħħa għas-sena li tkun se tibda. Il-Ġermaniżi għandhom tradizzjoni ħelwa li tmur lura mijiet ta' snin. Sabiex ibassru x'għandhom jistennew fis-sena li tkun għadha se tibda, jingabru flimkien fil-jum li jagħlaq is-sena u ftit wara nofsillejl, kull persuna ddewweb biċċa landa jew ċomb f 'magħrfa fuq xi xemgħa. Imbagħad, iferrgħu dan iċ-ċomb jew landa mdewba fi skutella b'ilma kiesaħ u skont il- forma li tieħu din il-landa meta terġa' tibbies, se jkollok ix-xorti fis-sena ta' wara. Jekk ikollok forma tonda jew simili ta' ballun, ifisser li s-sena li ġejja se tkun pożittiva, u x-xorti se titbissem. Però, jekk il-forma tiġik simili għal ankra, jfisser li se tiġi bżonn l-għajnuna f 'xi żmien fis- sena ta' wara. Finalment, jekk il-forma tieħu dehra ta' salib, sfortunatament ifisser li se ġġarrab il-mewt ta' xi ħadd li taf fis-sena segwenti.