Illum previous editions

27 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/620226

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 27 ta' Diċembru 2015 D in il-ġimgħa qattajt erbat ijiem Sqallija. Propjament kellna noqogħdu Katanja. Is-Sibt morna t-teatru Bellini, it-teatru mill-isbaħ tal- belt Etnea u assistejna għal qari ta' kanti mid-Divina Commedia ta' Dante minn attur veteran Taljan, Ugo Pagliaia, fil-waqt li l-orkestra tat-Teatro Massimo Bellini daqqet mużika klassika ta' Tchiakovsky u Lizst ispirata minn dan il-kapolavur. It-teatru kien mimli għalkemm irrid ngħid li ftit kienu ż-żgħażagħ fl-udjenza. Jiena espert ta' Dante m'iniex imma marti li hi, ħarġet ferm emozzjonata minn dan l-ispettaklu. Dakinhar stess filgħaxija sirt naf li l-għada fit-Teatro Massimo ta' Palermo kien se jkun hemm rappreżentazzjoni ta' Siegfried, it-tieni jum fit-tetraloġija ta' Richard Wagner magħrufa bħala r-Ring tan-Nibelungi. Ir-Ring jikkonsisti fil-prologu, Das Rheingold, id-deheb tax-xmara Rhine, l-ewwel jum, Die Walkure, il-Valkirji, li fiha l-famuża ġirja tal-Valkirji li ntużat b'mod daqshekk effettiv fil-film ta' Francis Ford Coppola, Apocalpse Now bil-helicopters fil-Vjetnam jieħdu post il-Valkirji, Siegfried u t-tielet u l-aħħar jum, Gotterdammerung, l-għabex tal-allat. Konna diġà ddeċidejna liema films konna sejrin naraw l-għada (Katanja għandha xena ċinematografika ferm interessanti, speċjalment fis-sajf fejn bosta teatri fil-miftuħ jerġgħu juru films ta' suċċess li kienu ħarġu matul l-istaġun). Imma s-sejħa tal- opra għelbitni u ddeċidejt li mmur Palermo. Iċċekjajt fuq l-internet jekk għadx fadal biljetti, sibt lukanda malajr u bl-irħis (lukanda b'erba stilel fiċ- ċentru ta' Palermo swiet €34), u l-Ħadd f 'nofsinhar tlaqt lejn Palermo bix-xarabank. Domna sagħtejn u nofs għaddejjin minn pajsaġġ mill- isbaħ sakemm wasalna. Xi xhur ilu ċeda wieħed mill-pilastri enormi tal-konkos li kienu jappoġjaw l-autostrada li tagħti minn Katanja għal Palermo. Qam skandlu kbir għax din it-triq m'ilhiex li saret u għal bosta xhur, l-aktar triq importanti tal-gżira kienet maqtugħa, bin-nies ikollhom jagħmlu detour twil. Illum id-dewmien ġie eliminat imma it- tiswijiet għadhom mhumiex lesta. Palermo belt li togħġobni ħafna. Għal xi raġuni li ma fhimtx, inħoss sens kbir ta' appartenenza fiha, aktar minn Katanja, Ruma jew Londra fejn ukoll inħossu dan is-sens. Forsi nħoss li f 'Palermo jinstabu bosta mill-għeruq storiċi ta' pajjiżna bil- wirt Għarbi, Normann, Anġuvin u Borboniku ta' din il-belt. Kif wasalt, kilt xi ħaġa malajr malajr u mnalla għaliex Siegfried bdiet fil-5.30pm u b'żewġ intervalli, damet sejra ħames sigħat. Wagner huwa tqil u kumpless u għalkemm għandu ħafna mużika melodjuża, jista' jkun tedjanti sakemm tidħol fih. M'għandux l-arji populari bħal Verdi jew Puccini u anke Rossini, Donizetti u Bizet. Imma m'hemmx dubju li huwa kompożitur kbir u barra li kien jikteb il-mużika, kien ukoll jikteb il-librett. Dam 26 sena jikkomponi r-Ring li beda jikteb fl-1848 meta l-Ewropa kienet għaddejja minn perjodu ta' taqlib revoluzzjonarju. Wagner kien influwenzat sew minn Proudhon u l-anarkiku Bakunin u minkejja li kien is-surmast tal-Kappella Rjali, kien involut fil-qawmien ta' Dresden fl-1849 u minħabba f 'hekk, spiċċa eżiljat. Illum l-opri tiegħu għadhom jindaqqu fit-teatri tal-opra prinċipali tad-dinja kif ukoll fis-sajf fit-teatru li bena għal t'apposta f 'Bayreuth fil-Bavarja sabiex jindaqq ir-Ring jum wara l-ieħor. Biex bena dan it-teatru, Wagner gawda bil-kbir mill-benefiċenza tar-re Ludwig il- miġnun li nstab mejjet f 'ċirkostanzi li għadhom misterjużi sal-lum, li falla lill-Bavarja bil-ġenn ta' moħħu. Verdi twieled fl-istess sena ta' Wagner fl-1813 imma għex ħafna aktar minnu. Bosta kienu jakkużawh li l-mużika tiegħu kienet wisq popolari u ma kinetx tal-altezza ta' Wagner. Meta l-librettista ta' Verdi sar Arrigo Boito, li kien kompożitur ukoll u kkompona l-opra famuża "Mefistofele", skond il-mużikologi, l-influwenza ta' Wagner saret tinħass aktar fl-opri ta' Verdi. Waħda mill-aħħar opri tiegħu u li għadha ferm popolari sal-lum, 'Otello' hija 'l bogħod mit-tradizzjoni melodramattika. Bosta jargumentaw li fiha tinħass sew l-influwenza ta' Wagner. Ħaġa nnutajt kemm fit-teatro Bellini ta' Katanja kif ukoll fit-Teatro Massimo ta' Palermo, għalkemm iż-żewġ teatri ma kinux mimlijin kompletament, madankollu, il- pubbliku kkonkorra sew. Iż-żewġ rappresentazzjonijiet kienu bl- abbonament imma kien possibli ssib post. Minkejja l-kriżi, u Sqallija hija milquta aktar minn positijiet oħra fl-Italja, il-kultura għadha tħabbat sew fil-qalb tat-Taljani għalkemm irrid ngħid li ftit kienu ż-żgħażagħ fost l-udjenza. Ma stajtx ma nikkuntrastax l-attendanza sabiħa f 'dawn iż-żewġ rappreżentazzjonijiet ma' dik fqira li rajt fit-teatru Manoel ftit ġimgħat ilu. Għal darb'oħra, il-Manoel ġabu l-Leipzig Quartet li jdoqq mużika ta' Bach jew Beethoven fost l-oħrajn. Huwa kwartett ferm eċċellenti imma din is-sena daqq f 'teatru aktar min-nofsu vojt. Verament tal-mistħija. Aktar ma nistagħnew, aktar donnu nitbegħdu mill-għeruq spitwali tagħna u ma nħossux il-ħtieġa li nsostnu lil ruħna, u dan mhux biss fis-sens reliġjuż. Isiru għexieren ta' avvenimenti kulturali fil-pajjiż u ħafna drabi, allaħares ma jippatronizzawhomx ir-residenti barranin fil-pajjiż. Mhux l-ewwel darba jew tnejn li nkun l-iżgħar Malti fl-udjenza u m'għadniex xi ġuvnott ta' għoxrin. Ma nistax nifhem kif hawn daqshekk interess fit-tagħlim tal-mużika imbagħad il-patronaġġ ta' dawn l-avvenimenti kulturali jkun daqshekk fqir; imma bħalma jiġri fil-qasam tal-edukazzjoni in ġenerali, l-importanti għal bosta sfortunatament, mhux il-bini tal- persuna imma l-ksib ta' xi diploma jew titlu ieħor. L-għada ddeċidejt li nqattaha ndur Palermo: kienet ġurnata ferm sabiħa u ħadt gost ferm. Kont ser nibda mis- suq storiku tal-Vucciria (li nissuspetta hija l-oriġini tal-kelma 'biċċerija') u bdejt miexi fit-toroq dojoq ta' Palermo. Imma mbagħad iddeċidejt li l-ewwel immur sal-Kattidral li għandu arkitettura stupenda u wara nżur il- Kappella Palatina. Il-Kappella Palatina hija eżempju ħaj ta' ko-eżistenza reliġjuża u etnika. Inbniet mir-rejiet Normanni u żewġet it-tradizzjonijiet artistiċi Ewropej, Griegi u Għarab. Kull meta mmur inżurha, nibqa' bla nifs. Iddedikata lil San Pietru u San Pawl u biex nagħti idea tad-daqs, mhix akbar mill-Oratorju tal-Kon Kattidral ta' San Ġwann. Imma kull roqgħa hija mgħottija b'mużajċi ta' stil Biżantin mill-isbaħ. Ma naf bl-ebda konċentrazzjoni daqshekk intensiva ta'sbuħija straordinarja u l-parir tiegħi lil kulħadd hu li żżuru dina l-Kappella. Palermo mhix daqshekk 'il bogħod u ċertament anke sabiex wieħed jara biss din il-Kappella, żjara tagħmel ħafna sens. Wara erġajt dort lura u wara li mxejt parti kbira minn Corso Vittorio Emanuele, qbadt Via Roma, triq mimlija ħwienet biex immur il-Vucciria fejn sibt trattoria biex niekol. Personalment, nippreferi l-ikel ta' Katanja minn dak ta' Palermo imma ma nistax ngħid li kilt ħażin, ċertament bi prezzijiet li lanqas biss noħolmuhom hawn Malta. Wara erġajt tlajt Corso Vittorio Emmanuele sabiex nagħti titwila lil Piazza Pretorio, pjazza mill-isbaħ li fiha hemm il-muniċipju ta' Palermo u li tinsab faċċata tal-Fakultà ta' Ġurisprudenza. Ftit 'il bogħod mill- post magħruf bħala I Quattro Canti fejn Corso Vittorio Emmanuele jiltaqa' mat-triq l-oħra tal-kummerċ, Via Maqueda, waqaft f 'kafè li kont naf minn snin qabel biex nieħu xi ħaġa. Ma stajtx nirreżisti għal cassata siciliana u espresso. M'hemmx għalfejn ngħid, Sqallija għandha tradizzjoni tal-ħelu kbira, wirt it- tradizzjoni Għarbija. Palermo togħġobni ħafna imma hija mifnija bil-problemi u mhux biss ta' natura mafjuża. Din il-ġimgħa kienet fl-aħbarijiet tal-anqas darbtejn. Fl-ewwel lok, Palermo ġiet ferm 'l isfel fil-klassifika li kull sena l-ġurnal tal-industrijalisti Taljani, IlSole24 Ore jagħmel tal-bliet Taljani fejn l-aħjar wieħed jgħix fihom. Fit-tieni lok, f 'Palermo bdiet taħdem sistema ġdida ta' tram li ġiet iffinanzjata mill- privat. Imma dan it-tram, qiegħed idur it-toroq ta' Palermo mingħajr ma jgħabbi nies għaliex m'hemmx qbil fil- Munċipju kif se jiġi ffinanzjat l-operat tiegħu u s-sindku, il-veteran Leoluca Orlando m'għandhux il-maġġoranza tal-assessuri warajh. Eżempju ċar tal-paraliżi istituzzjonali li fniet lil Joe ellis Opinjoni Mawra sa Sqallija "Minkejja l-kriżi, u Sqallija hija milquta aktar minn positijiet oħra fl-Italja, il- kultura għadha tħabbat sew fil-qalb tat-Taljani" "Ma nistax nifhem kif hawn daqshekk interess fit-tagħlim tal-mużika imbagħad il-patronaġġ ta' dawn l-avvenimenti kulturali jkun daqshekk fqir"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - 27 Dicembru 2015