Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/620226
Il-Ħadd 27 ta' Diċembru 2015 | illum 15 Opinjoni Sqallija u li ħallietha sottosviluppata minkejja l-potenzjal kbir li għandha u l-awtonomija wiesa' li tgawdi. F'dan il-kafè li semmejt assistejt għall-konversazzjoni li impressjonanti: kien hemm mara tampari tieħu kafè u raġel li evidentement ma kienx jafha beda jkellimha. Qabadielha fuq l-aċċent u qalilha li ma setax jifhem minn fejn hi. Qaltlu li hija oriġinarjament minn Brescia fil- Lombardija imma ilha tlieta u tletin sena tgħix Palermo. Ir-raġel saqsieha jekk iddejqitx tgħix Palermo u jekk riditx tmur lura tgħix Brescia. Qaltlu li ma kienx il-każ għax meta marret lura għas-sajf, xebgħet wara tlett ijiem. Qaltlu pjuttost li tippreferi tmur tgħix Malta. Meta qbiżt jien u għidtilha li jien minn Malta, qaltli kemm togħġobha l-gżira u kemm qegħdin sew. Ma ċħadtx. L-Isqallin, b'xi ftit eċċezzjonijiet, għandhom idea ġeneralment ferm posittiva ta' Malta: bosta minnhom iħarsu lejha bħala El Dorado ġdida fejn qed jippruvaw jaħarbu mill- miżerja u l-faqar li jinsabu fih. In- numru ta' Sqallin u mhux biss li ġew jaħdmu hawn Malta jixhed dan. Ma wasalniex hawn b'ċikka imma bil- ħidma għaqlija tagħna lkoll, kemm tal-klassi politika kif ukoll tas-settur privat li sfrutta l-ispazji kummerċjali disponibbli. Ikun żball li naħsbu li għandna xi ċens perpetwu għax il-ġid ekonomiku rridu naħdmu għalih kuljum u nindukrawh b'miljun u wieħed azzjonijiet. L-awgurju tiegħi llum hu li l-klassi politika turi l-għaqal u l-viżjoni meħtieġa sabiex dan iseħħ, żewġ kwalitajiet li sfortunatament mhux dejjem huma evidenti u dan b'detriment tal-ġid pubbliku. Is-sena t-tajba lil kulħadd. "L-importanti għal bosta sfortunatament, mhux il-bini tal- persuna imma l-ksib ta' xi diploma jew titlu ieħor" Teatru Massimo Bellini - Katanja Teatru Massimo -Palermo Teatru Manoel - Belt Valletta