Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/620226
16 illum | Il-Ħadd 27 ta' Diċembru 2015 A ktar ma jagħddi ż-żmien, aktar qiegħed insir ċiniku dwar ħafna affarijiet. Ovvjament affarijiet bħalma hi l-artrite, il-kolesterol, il-pressjoni u l-pilloli li jġibu magħhom kull fil-għodu mal-kafè, iċ-ċiniċiżmu huwa sinjal taż-żminijiet...li qed tixjieħ. Iżda rrid nammetti, kienu żminijiet isbaħ meta kont nieħu kollox vanġelu, b'mod speċjali fi żmien il-Milied. L-isbaħ parti ta' dawn il- jiem ma kienx ikun il-jum fih innifsu, iżda lejlietu. Kont tassew nemmen li bil- lejl, x'imkien kienet tfeġġ kewkba tleqq aktar minn oħrajn. Kont nemmen li bil- lejl taħt siġra fqira mnittfa u fqira li kellna, darba fis-sena kien jiġi Father Christmas iqiegħed ir-rigal ta' darba fis-sena. Għadni niftakar żewġ rigali partikolari: rifle tal-logħob qisha tal- fidda b'manku aħmar, u tambur tal-landa. Żewġ aġeġġi li f 'ħajti kelli nuża metaforikament f 'ħafna sitwazzjonijiet. Aktar ma nikbru, għandna t-tendenza li nagħmlu aktar żbalji minn meta konna żgħar. Meta tiżbalja żgħir, l-iżball ikun frott in-nuqqas ta' esperjenza, u żbalji ta' dik ix-xorta huma skużabbli. Anzi, ngħidu li jekk ma tiżbaljax ma titgħallimx. Għalhekk, hija ħaġa xejn sabiħa li tiżbalja meta tkun tgħallimt, għaliex dan ma jkunx fir-realtà żball, iżda nuqqas pjanat jekk mhux ukoll maħsub. Hawn jakkwista siwi kbir jum l-ewwel tas-sena, li b'mod l-aktar ċiniku, ma jfisser xejn ħlief li huwa kejl ta' kif nintebħu li qegħdin nikbru fiż-żmien. Iżda hija tradizzjoni li dan il-jum, għalkemm bħal oħrajn li ġew qablu, u dawk li ġejjin warajh, dejjem qisnih bħal appuntament biex nibdlu ħajjitna u wegħdi li mhux se nagħmlu l-iżbalji tas-sena ta' qabel. Ikun hemm min iżomm dawn il-wegħdiet jew proponimenti, iżda l-ħafna, josserwahom aktar fil-ksur. Għalhekk, min kien isawwat fid-dar, jagħmel l-ewwel ġimgħa joqgħod lura, iżda fit-tieni jaqa' koppi. Min jixrob, jagħmel sforz fl-ewwel jumejn, ġimgħa wara jiġbruh minn taħt il-bankina. Min jilgħabhom jgħid li se jrabbi l-għaqal sakemm tiskopri li qegħdin jiġru warajh dawk li sellfuh bl-użura. Forsi ġustament qegħdin tgħidu kemm qiegħed inkun ċiniku. Naqbel magħkom u nawgura l-ħaġa waħda lili nnifsi, li jiena żbaljat f 'dan kollu. Iżda meta l-ħajja hija mibnija fuq ħafna wegħdi ta' ħaddieħor, mhux bħal meta ħaġa tkun tiddependi minnek biss. Iżda hemm sett ta' xewqat li nixtieq li jitwettqu. Din il-ġimgħa kellna żewġ aħbarijiet li ma tantx huma ta' awgurju tajjeb. L-ewwel waħda kienet dik li se tieqaf il-pubblikazzjoni ta' 'Is- Sagħtar'. Rivista bil-Malti li kienet titqassam fl-iskejjel li kienet tkun mimlija daqs bajda b'informazzjoni utli għat-tfal. Sabet id-destin li kienu qegħdin jistennew rivisti oħra tat-tfal bħalma kienu ċ-'Childrens' Own' u l-'Young Listeners'. Għal darb'oħra, is-sinjali taż-żminijiet li naħseb li mhumiex daqstant sbieħ. Ħafna jgħidu li din ir- rivista kienet għamlitu żmienha. L-argument prinċipali dejjem ikun li llum, fl-era tad- diġitali u informazzjoni elettronika, din ix-xorta ta' informazzjoni hija destinata li tmut mewta naturali. Illum kollox qiegħed ikun online taħt format ta' portals. L-argument qiegħed ikun li t-tfal tal-lum għandhom it-tablets, il-kompjuters u mitt ħaġa oħra elettronika. Għandhom minn fejn jieħdu l-informazzjoni. Mhux biss jista' jkun, iżda hekk hu. Il-problema mhix il-kwantità ta' sorsi ta' informazzjoni li għandna llum, iżda x'tip ta' informazzjoni qegħdin nirċievu jew nagħżlu. Minkejja din ir-rikkezza ta' sorsi, ma jidhirx li l-awgurju huwa tajjeb. Il-fatt li n-nies aktar ifittxu t-teledrammi minn kull programm ieħor, l-awgurju mhux sabiħ. Il- fatt li wliedna fl-ezamijiet tas-SEC ma jafux min huma u minn fejn ġejjin, tant ma jafu xejn dwar l-istorja ta' pajjiżina, mhux awgurju sabiħ. Aħbar oħra li fil-fehma tiegħi sewditli qalbi, kienet ir-reżistenza li qegħda ssir għall-miżura dwar l-impjiegi ta' 2% ta' persuni b'diżabbiltà. Il-Gvern irid li jkun hemm l-opportunità għal min hu b'diżabbiltà fid-dinja tax-xogħol. Min jimpjega persuna b'diżabbiltà għandu inċentivi fiskali attraenti. Min ma jimpjegax, irid iħallas somma li hija raġonevoli biex tmur f 'fond għall-iżvilupp ta' persuni b'diżabbiltà. Din il-miżura sabet reżistenza minn min iħaddem. Għalkemm ma nistax naqbel ma' min iħaddem li juri oppożizzjoni, għalkemm ma ħadtiex bi kbira li saħansitra saru proċeduri legali, ma stajtx nifhem għaliex il-Knisja ħadet ukoll din il-pożizzjoni. Ovvjament, dan sar minħabba l-iskejjel tal-Knisja li l-parti l-kbira tagħhom huma sussidjati minn flejjes pubbliċi. Anke kieku minn aspett ekonomiku kien hemm xi problema, m'għamel xejn tajjeb lill-Knisja li ħadet din il-pożizzjoni. Hemm diversi passaġġi fil-bibbja fejn Kristu seta' kieku ried ħa pożizzjoni simili fejn jidħlu l-foqra u l-morda. Iżda għażel it-triq l-oħra. Hija ironika li l-Knisja ħadet din il-pożizzjoni fis-sena fejn qiegħda tkun ċċelebrata l-ħniena. Għalhekk, nawgura li fis-sena li ġejja, il-Knisja tieħu pożizzjoni differenti dwar dan is- suġġett. Hemm ħafna affarijiet oħra li nixtieq nawgura. Kieku kelli nagħmel awgurju lill- Gvern, nawguralu li jkompli fl-istess triq, iżda joqgħod aktar attent mill-ħofor u toqob li fiha. Kieku kelli nawgura lill-Oppożizzjoni, nawguralha li tkompli tikkritika, iżda tfixkel anqas. Hemm differenza bejn tikkritika u tfixkel. Kieku kelli nawgura lili nnifsi, nawgura li nkun inqas apoloġetiku għal kulma jsir u aktar kritiku, biex it-tajjeb qatt ma jonqos. Nawgura lill-istaff u lill- editur ta' din il-gazzetta li jkollhom anqas libelli. Lil min jaqra din il-gazzetta, li jfittex dejjem li jaqra dak li huwa minnu. Opinjoni Wegħdiet toni abela "Il-fatt li sirna nafu li wliedna fl-eżamijiet tas- SEC ma jafux min huma u minn fejn ġejjin, tant li ma jafu xejn dwar l-istorja ta' pajjiżna, ma tantx jawgura tajjeb" "Lill-Gvern, nawguralu li jkompli fl-istess triq iżda joqgħod aktar attent mill-ħofor u toqob li fiha... lill-Oppożizzjoni, nawguralha li tkompli tikkritika iżda tfixkel anqas" It-tmiem tal-pubblikazzjoni tar-rivista Sagħtar