Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/620226
22 illum | Ħadd 27 ta' Diċembru 2015 Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Tmiem is-sena għall-Aquariani ħa jkun ifisser ħarsa lura lejn dak li huma għaddew, biex għas-sena 2016 jissaħħu, l-aktar fl-imħabba u anke fil-karriera. L-imħabba se tkattar u tissaħħaħ iżjed għal pjanijiet aktar konkreti. Waqt il-karriera, se jkun hemm bidla li tkun meħtieġa. Finanzjarjament, xorta ħa jkun hemm titjib. L-importanti li tibqa' temmen fik innifsek u tagħraf timxi. Żomm pożittiv! Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 15, 28 u 34. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Tmiem is-sena għal Pisces ifisser bidu ta' sfida akbar għas-sena li ġejja f'dik li tirrigwarda karriera fejn se tkun dik is-sena li ħa tagħtik opportunitajiet aktar, però sena li wkoll se tof- frilek għażla li taf tkun xi ftit diffiċli sabiex inti tieħu deċiżjoni. Fl-imħabba, ħa tagħraf aktar int xi trid eżatt, waqt li finanzjarjament, se tinvesti l-finanzi tiegħek b'mod aktar għaqli. Agħraf! Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 17, 22 u 38. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Tmiem is-sena għal Aries irid ifisser li jekk is- sena d-dieħla trid tkun aħjar, tridu trattbu ftit dik ir-ras iebsa li għandkom. Minħabba dan, din is-sena kien hemm telf li seta' kien evitat, imma ras iebsa ta' Aries fixklet. Għas-sena d-dieħla, fl-imħabba, jekk m'intix se tgħaraf timxi, żgur se jkun hemm xi problemi. Finanzjarjament se jkollok karriera ta' bilanċ, u l-karri- era se tkun iktar flessibbli. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 18, 28 u 30. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Tmiem is-sena għal Taurus ifisser li dak li int akkwistajt fil-ħajja tiegħek matul din is-sena, issa se ssaħħu s-sena d-dieħla, fejn se jkollok iktar tkattir, u l-karriera se tissaħħaħ. Fl-imħabba hemm ċans tajjeb ta' tarbija li tgħaqqad iktar ir- relazzjoni. Fil-finanzi trid tagħraf tibbilanċja ferm iktar, però s-sena d-dieħla trid tagħraf issib ħin ta' rilassament għalik, li hi importanti ferm għalik. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 14, 29 u 35. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Tmiem is-sena għal Gemini tfisser il-bidu ta' triq li twassal f'dak li dejjem xtaqt int li tasal. Wara sena ta' tibdil kważi f'kull parti ta' ħajtek, issa, s-sena li ġejja ħa tagħtik diversi toroq, ħa tkun sena impenjata ħafna fejn trid tagħraf iżżomm il-kalma. Diversi proġetti se jkunu skedati għalik, xi wħud anke b'sorpriża. Sena li se tagħtik sodisfazzjon għal dak li tant hu għal qalbek. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 13, 29 u 33. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Tmiem is-sena għal Cancer għandu jġib rifless- joni ta' tibdil li kien hemm madwarek, li jaf kien tibdil xi ftit mgħaġġel, li ma kienx il-frott li ħsibt li se jkun. Fl-imħabba se tkompli għaddej f'taqbida fejn tagħraf x'inhu l-aħjar wara tibdil, li forsi int m'għaraftx sew. Fil-karriera, se tara xi tibdil fis-sena li ġejja. Finanzjarjament għandek tissaħħaħ, però, rid tagħraf aktar fejn se tkun id-direz- zjoni tiegħek. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 7, 13, 27 u 38. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Tmiem is-sena għal Leo tfisser li għandek tagħraf timxi aktar bil-moħħ milli bil-qalb, fejn tagħraf li ġarrabt ħafna meta mxejt bil-qalb. Matul is-sena d-dieħla, ħa jkun hemm tibdil madwarek, li għalkemm ħa jkun żmien ta' inċertezza, dan,'il quddiem se jurik kemm kien utli. Tibżax! Hemm bżonn ta' vaganza ħalli taqta' ftit mill-ambjent, ħalli din tagħtik aktar saħħa f'dak li ġej u f'dak li int bl-għaqal se tagħraf tibdel. Leo huma magħrufin kemm huma umli. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 15, 22 u 37. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Tmiem is-sena għal Virgo tfisser analiżi dwar il-ħajja personali tagħhom fejn iridu jagħrfu dak li ġie mwettaq ħalli s-sena li ġejja, jkomplu jissaħħu. Fl-imħabba, fejn l-aktar li jridu jimxu, is-sena li ġejja se tkun sfida biex jagħrfu jieħdu d-deċiżjonijiet u mhux jaħarbu minnhom. Il-karriera se tkompli miexja bi ftit ċaqliq. Finanzjarjament se jkun hemm xi titjib meta jiġi kkon- trollat l-infiq. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 18, 20 u 37. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Tmiem is-sena għal Libra se jkompli jwassal għal tibdil li diġà kien madwarek. Għas-sena d-dieħla int ħa tkattar aktar l-indipendenza tiegħek. Il-karriera se tkompli toffrilek aktar pros- pettivi ta' investiment. Għandek opportunità sabiħa lejn nofs is- sena. L-imħabba ħa tibqa' l-punt ta' ħsieb. Finanzjarjament, ħa jkun hemm tkabbir, però xorta agħraf kif tqassam flusek. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 14, 27 u 33. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu , aħdar u abjad. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Fi tmiem is-sena għall-Iskorpjuni, iridu jagħrfu ħafna dak li sar, speċjalment fejn ħadu deċiżjonijiet mhux tant tajbin, sabiex is-sena d-dieħla jitgħallmu minn dawn u jiġbdu aktar simpatija lejhom, aktar milli rabja. Fl-imħabba, s-sitwazzjoni trid titjieb iżjed. Fil-karriera, jridu jagħrfi jifhmu l-kunċett tal- madwar ħalli joħolqu ambjent aktar pożittiv. Finanzjarjament se tkun sena ta' bilanċ jekk jagħrfu sew. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 19, 26 u 38. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Tmiem is-sena għal Sagittarius huwa mixħut kollu fuq l-imħabba, fejn is-sitwazzjoni trid tkompli tissaħħaħ, anke s-sena d-dieħla fejn jekk ma joqogħdux attent, jaf ikun hemm xi tibdil li jiddependi mill-mod ta' kif ħa timxu u tagħrfu l-bżonnijiet tal- koppja. Fil-karriera wkoll jaf ikun hemm xi tibdil, u dan jaf ikun tajjeb, tibżax miċ-ċaqliq. Finanzjarjament trid tagħraf ħafna l- infiq tiegħek għaliex jad tkun sena iebsa. Sagittarius huma maghrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 17, 29 u 32. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Tmiem is-sena għal Capricorn ifisser nifs minn dak li ġarrabtu tul din is-sena, fejn kienet sena iebsa, imma xejn ma jiġri għal xejn. Is-sena d-dieħla għandek tkun persuna ak- tar b'saħħtek u motivata, u tagħraf aktar tieħu ċertu deċiżjonijiet. Tibdil fil-karriera jista' jsir, u finanzjarjament trid tkun tagħraf tik- kontrolla ċertu infiq, fejn dan żgur ħa tagħraf. Hemm bżonn li ssib iktar ħin għalik. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 15, 29 u 36. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... L-Ispirtu tal-Fortuna u Angela Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Angela ħassitha komda tesprimi minn xiex għaddiet, u hekk għamiltha aktar flessibbli għaliha. Angela xtaqet gwida sinċiera ta' x'kien ġara eżatt mill- waqa' tas-santa ta' George 'il quddiem. Tlabtha nżur il- ħanut, u f 'ġurnata partikolari, nżuru l-qabar tiegħu. Nista' ngħid li fil-ħanut kien hemm enerġija ta' ċertu livell għoli li żgur kien indikazzjoni li l-ispirtu ta' George kien idur hemm. Ftehman sabiex finalment, nagħmlu dak li jissejjaħ Trans-Meditation, ħalli naraw x'kuntatt se jirriżulta. Ħejjejna għall-ewwel 'New Moon', Angela ħejjiet lilha nnifisha tajjeb. Kien il-Ħamis, u għall-ħabta tal-11.30pm, bdejna. U fejn is-soltu jinħolqu problemi fl-ewwel tentattiv, jew ifalli, is-sessjoni kienet waħda pożittiva mmens. Fi ftit minuti, l-arja fil-kamra bdiet tiksaħ ferm, u l-fjammi ta' xemgħat u Angela għall-ewwel darba ħasset se il-preżenza għax ġisimha kważi ffriża. Mill-kuntatt li sar, fost ir- risposti, ikkonfermat b'ċertezza li l-preżenza ta' George kienet madwarna, u kkonfermat li dak kollu li hi kienet għaddejja minnu kien ġej mill-enerġija pożittiva ta' George. Angela ddeċidiet li fuq parir tiegħi, tagħmel quddies lil George seba' darbiet fis-sena, u tal-inqas darba fix-xahar iżżur iċ-ċimiterju, u tagħmillu bħal rokna speċjali għalih fil-ħanut. Minn dakinhar, Angela bidlet id-dehra tal-ħanut tagħha, dehra iktar moderna. Il-klijenti baqgħu ġejjin b'rtmu tajjeb, tant li għandha 3 lavranti. Angela xtaqet twassal messaġġ mir-rakkont tagħha, "Jekk il-Knisja taf li l-ispirti jistgħu jkunu magħna, u jekk nies bħal Paul Jon kapaċi jiggwidawna għat-tajjeb, għaliex m'għandux ikun hemm direzzjoni? Il-Mulej jagħti don ta' gwida lil ċertu nies sabiex jassistu l-paranormal, ħaġa li l-Knisja taf u għandha tagħraf. Nixtieq nirringrazzja lill- qarrejja kollha ta' din il-paġna, u nixtiqilhom sena 2016 f 'aktar armonija, kuntentizza u pożittività. Namaste. 20% skont għall-qarrejja meta jippreżentaw dan ir-riklam