Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/620226
24 illum | Il-Ħadd 27 ta' Diċembru 2015 Kummerċjali Opel b'teknoloġija għal sewqan b'sigurtà fiċ-ċentri tal-ibliet Is-sewqan fil-bliet jirrappreżenta sfida kbira għas-sewwieqa fiż-żminijiet tal-lum. Hemm ħafna affarijiet li jkunu qed jiġru fl-istess ħin, waqt li kull min ikun qiegħed isuq ikun imdawwar f 'ambjent ta' ħafna karozzi, trakkijiet, karozzi tal-linja, ċiklisti u wkoll dawk li jkunu mexjin fuq il-bankini u fit-toroq. Sigurtà akbar f 'dan l-ambjent ta' mobbiltà daqstant kumplikat hi l-mira ewlenija ta' diversi sistemi ta' assistenza li qed jiġu żviluppati mill-Opel, u li permezz tagħhom jistgħu jwissu lis- sewwieq, jew saħansitra dawn is-sistemi jieħdu kontroll tal- vettura. Il-kumpanija Ġermaniża li timmanifattura l-karozzi qed taħdem fuq sistema innovattiva li tgħin lis- sewwieqa bħala parti mir-rwol tagħha fil-proġett ta' riċerka UR:BAN (sistema ta' assistenza li titħaddem b'mod faċli għal kull min jużaha). L-iskop ta' dan il-proġett, li hu parti finanzjat mill-Gvern Ġermaniż, hu li jipprovdi s-sewwieqa għajnuna fil-mod kif iħarsu lejn is-sewqan, b'sistema disinjata għal sewqan fit- traffiku fil-bliet. 31 imsieħeb mill-industrija tal-karozzi, tal-elettronika u kumpaniji tas- software, flimkien ma' istituti ta' riċerka u l-awtoritajiet lokali fil-Ġermanja, qed jiżviluppaw sistemi ta' intelliġenza u ta' għajnuna lis-sewwieqa u sistemi aħjar fl-immaniġġjar tat-traffiku. Ikunu diversi l-okkażjonijiet, l-aktar fit-traffiku fil-bliet, meta s-sewwieqa ma jirreaġixxux fil-ħin quddiem sitwazzjonijiet ta' karozzi li joħorġu mingħajr mistenni minn postijiet ta' parkeġġ; u ta' tfal li joħorġu għall-għarrieda fit-triq minn wara l-karozzi. L-Opel bniet karozza li mhux biss twissi lis-sewwieq b'dawn is- sitwazzjonijiet ta' periklu, iżda wkoll li tevita inċidenti ta' ħbit ma' vetturi oħrajn u inċidenti ma' dawk li jkunu mexjin fit-triq. Dan, billi l-karozza tieħu azzjoni awtomatika li tevita dawn l-inċidenti permezz ta' sistemi awtomatiċi li jikkontrollaw l-isteering u s-sistema tal-breaks tal- vettura. Il-karozza hi mgħammra b'camera u radar b'teknoloġija avvanzata, u sistemi aħjar tal-brake u l-isteering li jistgħu jintervjenu fil-kontroll tal- vettura. Sistema oħra f 'karozza tal- Opel tippreżenta l-potenzjal tal-vettura li tiżviluppa aktar sistemi ta' assistenza lis- sewwieqa billi tistudja l-imġiba tas-sewwieq. Dan isir billi tinġabar l-informazzjoni kollha li tieħu l-vettura permezz ta' cameras, u wara ssir analiżi tal- għażliet li jagħmel is-sewwieq biex jevita inċident, bħad- deċiżjoni tas-sewwieq jekk jaqlibx jew le fuq karreġġjata oħra. Din l-informazzjoni li tinġabar, issaħħaħ u ttejjeb it-tħaddim tas-sistemi ta' assistenza f 'diversi sitwazzjonijiet bħalma huma avviżi jew twissijiet f 'zoni f 'toroq li fihom is-sewwieq ma jkunx jaf x'se jsib. Dawn huma sistemi li jgħinu lis-sewwieqa jnaqqsu t-tensjoni fis- sewqan waqt li fl-istess waqt jgħinu biex dawn is-sistemi, b'karatteristiċi ta' azzjoni f 'dak li jirrigwarda sigurtà, jiġu aktar aċċettati fil-futur. L-Opel, bil-għan li tkompli ttejjeb is-sewqan fit-traffiku fiċ-ċentri tal-bliet, tista' tistrieħ fuq snin ta' esperjenza fil- qasam tal-komunikazzjoni u r-riċerka għal sistemi awtomatiċi ta' sewqan. Iżda minkejja l-progress mgħaġġel f 'sistemi ta' assistenza u fl- iżvilupp ta' karozzi li jistgħu jinstaqu b'sistemi awtomatiċi, il-kumpanija tibqa' impenjata li l-esperjenza fis-sewqan tibqa' waħda pjaċevoli. Għall-Opel, is-sewqan hu ta' pjaċir meta la jkun ta' dwejjaq u lanqas li jirrikjedi ħafna impenn, u dawn huma preċiżament ir-raġunijiet u l-miri li qed taħdem għalihom il-kumpanija fl-iżvilupp tas-sistemi ta' assistenza lis-sewwieq. L-Opel hi rappreżentata f 'Malta mill-Cars International, fi Triq l-Imdina, f 'Ħal Qormi. Għal aktar informazzjoni jew għal test-drive fuq kull karozza Opel, wieħed għandu jibgħat email lil opelsales@cil.com.mt, jew iċempel 22692122. Tista' żżur ukoll is-sit elettroniku opel.com.mt jew il-paġna tal- Facebook tal-Opel Malta. Azzjoni li tevita ħabta: L-Opel Insignia tirrikonoxxi l-ostaklu li jinqala' f 'sitwazzjoni ta' emerġenza GSD Marketing Ltd iżżid ir-riċiklaġġ u l-iskart li jerġa' jintuża Bħala parti mill-impenn lejn ambjent aktar sostenibbli, GSD Marketing Ltd żiedet ir-riċiklaġġ kif ukoll l-iskart li jerġa' jintuża. L-iskart riċiklat u dak li jerġa' jiġi użat żdied minn 76.2% fl-2013 għal 80.3% fl-2014, u għal 92.7% sa Ġunju li għadda. Il-mira għal din is-sena hi li l-iskart riċiklat u dak li jerġa' jintuża jitla' għal 94%. "Bħala kumpanija, stabbilixxejna l-miri li rridu nilħqu billi nippromwovu s-separazzjoni tal-iskart kif għandu jkun fost l-impjegati tagħna, inżidu r-rata tal-iskart riċiklat u nnaqqsu dejjem aktar l-iskart li jispiċċa fil- miżbliet immaniġġjati," qal il-Maniġer tal-Operat tal- GSD, Peter Kristensen. Biex inlaħħqu mal-miri tagħna, kull sena norganizzaw ġimgħa ta' kampanja biex titqajjem kuxjenza akbar dwar l-iskart, u li matulha l-istaff jingħata aktar taħriġ u edukazzjoni dwar l-immaniġġjar tal-iskart. Din is-sena, dawn is-sessjonijiet saru fil-Ġimgħa Ewropea għat- Tnaqqis tal-Iskart li seħħet ix-xahar li għadda. GSD Marketing Ltd tonora l-obbligazzjonijiet ta' sostenibbiltà bi programm estensiv ta' separazzjoni tal- iskart. Il-kumpanija tassigura wkoll li kontinwament ittejjeb il-ħidma tagħha favur l-ambjent permezz taċ-ċertifikat ISO 14000. GSD Marketing Ltd timxi wkoll mar-regolamenti tal- Unjoni Ewropea u l-leġislazzjoni lokali, kif ukoll mar-rekwiżiti dwar l-iskart stabbiliti minn The Coca-Cola Company. "Fil-GSD Marketing Ltd napplikaw il-kontroll tal- klassifikazzjoni tal-iskart. Dan il-proċess jikklassifika l-għażliet dwar l-immaniġġjar tal-iskart skont dak li hu l-aħjar għall- ambjent. L-ewwel u qabel kollox jagħti prijorità massima li jittieħdu miżuri biex jitnaqqas l-iskart. Jagħti wkoll prijorità lil sistemi li jippreparaw l-iskart biex jerġa' jintuża, u mbagħad għar-riċiklaġġ. L-aħħar għażla tkun li niddisponu l-iskart f 'miżbla," qal Kirstensen. Fl-użu tal-klassifikazzjoni Ewropea tal-iskart, GSD Marketing tapplika l-ogħla livelli ta' mmaniġġjar tal- iskart billi timminimizza l-ġenerazzjoni tal-iskart b'sistemi ta' teknoloġija innovattiva u sistemi oħrajn fid- disinn tal-ippakkeġġjar. Il-kontroll li jkun imiss f 'din il-klassifikazzjoni hu l-prinċipju li l-iskart jerġa' jintuża. GSD Marketing Ltd implimentat strateġija li tibgħat materjal ta' ppakkeġġjar ta' materja prima lura lil min ikun issupplixxih biex jerġa' jintuża. Ir-riċiklaġġ, li hu t-tielet kontroll fil-klassifikazzjoni, jiġi applikat fuq l-immaniġġjar ta' fliexken mormija magħmula minn materjal magħruf bħala PET, plastik, plastik f 'rombli, karti u kartun, metall u njam imkisser tal-pallets. L-iskart kollu riċiklat jiġi trasportat lil kumpaniji awtorizzati tar-riċiklaġġ tal-iskart. GSD Marketing Ltd hi, fil-fatt, parti mill-iskema ta' ġbir tal-iskart, Green MT. Total ta' 135,410 kilogrammi ta' skart ġie separat u ntbagħat għar-riċiklaġġ sa Novembru ta' din is-sena. L-aħħar u lanqas kategorija preferuta fil-klassifikazzjoni Ewropea tal-iskart tinvolvi r-rimi u d-depożitu tal- iskart fil-miżbliet kontrollati u mmaniġġjati. Mill-2013, GSD Marketing Ltd naqqset l-iskart li jmur fil-miżbliet kontrollati b'70%. Fil-preżent, GSD Marketing Ltd tarmi biss 7.3% mill-iskart. Dan it-titjib sinifikanti nkiseb permezz ta' edukazzjoni kontinwa, monitoraġġ u grazzi għall- ħaddiema kollha tal-kumpanija li qed juru aktar kuxjenza f 'dan ir-rigward. Rappreżentant tal-Familja Symington f 'Malta Emiliano di Renzo, ir- rappreżentant tal-Famija Symington, dan l-aħħar żar Malta biex imexxi żewġ avvenimenti li matulhom il-mistednin setgħu jaraw u jduqu il-ports u l-inbejjed DOC Portugiżi mir-reġjun famuż ta' Douro. Sessjoni minnhom saret fil-ħanut tal-inbid ta' Farsonsdirect, l-Imrieħel, u t-tieni avveniment kien ikla fir-restorant Essence, rebbieħ ta' diversi unuri, fir-Radisson Blu Resort & Spa Golden Sands f'Għajn Tuffieħa. Il- Wied ta' Duoro hu Wirt Dinji u wieħed mill-eqdem reġjuni stabbiliti li ilu jiġi prodott l-inbid fihom. Mingħajr dubju huwa wieħed mill-aktar territorji distintivi fl-istorja tal- vitikultura dinjija. Graham's hu l-istorja ta' żewġ familji mifruxa fuq medda ta' tliet sekli. Għal kważi mitejn sena W & J Graham's kien negozju ta' familja indipendenti, rinomata għall-produzzjoni tal-ifjen inbejjed Port. Prats + Symington (P+S) hu proġett bejn Bruno Prats, sid preċedenti ta' Cos d'Estournel minn Bordeaux u l-Familja Symington. Il-mistednin tas-sessjoni tal- inbid bdew is-serata bil-Prazo de Roriz 2010 ta' P+S. Imbagħad setgħu jduqu għażla ta' nbejjed port ta' Graham - Fine White, 10YO Tawny, Late Bottled Vintage 2009 u Vintage Port tal-1983. Il-pranzu bl-inbid Port beda fil-bar tar-restorant Essence bil-Graham's Fine White Port miżjud bit-tonic water u n-nagħniegħ frisk. It-tim tal-kċina ħejja platti mill-aktar bnini u magħhom isservew l-aħjar inbejjed li joffri d-Duoro – bajd tas-summien mal- Graham's Fine White Port, soppa (consomme) tal-faqqiegħ tal- foresti mal-Graham's 20YO Tawny, flett taċ-ċanga mixwi mal-P+S's Post Scriptum de Chryseia 2012, u għażla ta' deżerti biċ-ċikkulata, mid-dulċier Jimmy Aquilina, li magħhom isserva l-Graham's 1977 vintage port. Il-Farsons Beverage Import Company (FBIC) Limited timporta, tirreklama u tqassam Graham's Port u Prats + Symington lokalment. Dawn jinsabu f'għażla ta' restoranti, ħwienet tal-inbid u mingħand Farsonsdirect, l-Imrieħel (www. farsonsdirect.com).