Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/620226
Il-Ħadd 27 ta' Diċembru 2015 | illum 27 Stoke City xxukkjaw lil Manchester United meta ġewwa darhom fil-Brittania Stadium għelbuhom bl- iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls tagħhom jaslu fl- ewwel taqsima minn Bojan krkic u Marko Arnautovic fid-19 u fis-26 minuta rispettivament. B'hekk din it-telfa kompliet iżżid mal-problemi minn kull lat li għaddejjin minnhom ir-Red Devils bħalissa, biex il-kowċ olandiż Louis van Gaal, jidher li għandu l-jiem tiegħu magħduda fit-tmun ta' Manchester United, bl-'Ispecial one', Josè Mourinho jidher bħala l-favorit ewlieni li jeħodlu postu bħala kowċ. Liverpool ġewwa darhom f 'Anfield irritornaw għar- rebħ, meta rreġistraw rebħa minima iżda ferm importanti, hekk kif għelbu lil Leicester City, bl-iskor ta' 1-0. Il-gowl għar-Reds wasal mill-attakkant Belġjan Christian Benteke fit-63 minuta. B'hekk, minkejja l-istaġun tal-meravilji li kien qed ikollhom Leicester City sa issa, irreġistraw it-tieni telfa matul l-istaġun, hekk kif huma kienu sfaw megħluba mill-Gunners ta' Arsenal, lura f 'Settembru li għadda. Manchester City ġewwa darhom fl-Etihad Stadium ikkonvinċew bis-sħiħ meta kisbu rebħa kbira ta' 4-1 kontra Sunderland bil- gowls għall-Blues jaslu minn Wilfried Bony, li kellu ċ-ċans ukoll li jirreġistra doppjetta iżda falla penalti fid-69 minuta, kif ukoll minn Raheem Stering, Yaya Toure u Kevin de Bruyne. Min- naħa l-oħra, il-gowl waħdieni għal Sunderland wasal mit- Taljan Fabio Borini fid-59 minuta. Chelsea ġewwa darhom fi Stamford Bridge komplew bir-riżultati mhux sodisfaċenti għalihom matul dan l-istaġun, meta lbieraħ sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta' 2-2 kontra Watford, li kienu għadhom ġejjin minn rebħa konvinċenti ta' 3-0 kontra Liverpool. Il-gowls għall- Blues waslu minn doppjetta tal-attakkant prolifiku Spanjol Diego Costa, waqt li min-naħa l-oħra, iż-żewġ gowls għal Watford fil- logħba waslu minn Odion Ighalo u minn penalty ta' Troy Deeney. Tajjeb ngħidu li Chelsea kellhom iċ-ċans jiskorjaw il-gowl tar-rebħa fit-80 minuta, iżda l-Brażiljan Oscar kien erratiku fil- konklużioni tiegħu mill-11-il metru u falla penalti. Swansea City, ġewwa darhom kisbu rebħa li tathom tliet punti prezzjużi meta għelbu lil WBA bl- iskor minmu ta' 1-0, bil-gowl għalihom jasal minn Sung- Yueng Ki wara biss disa' minuti logħob. Aston Villa u West Ham United temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, bil-gowl għal Villa jasal minn penalti ta' Jordan Ayeu fit-62 minuta, waqt li kienu propju l-Hammers li fetħu l-iskor perrmezz ta' Aaron Cresswell fil-45 minuta. Fi draw intemm ukoll il-konfront min-naħa ta' isfel tal-klassifika bejn AFC Bournemouth u Crystal Palace, iżda din id-darba dak ta' mingħajr gowls. Tottenham Hotspur ġewwa darhom f 'White Hart Lane kisbu rebħa tajba u konvinċenti ta' 3-0 kontra Norwich City, bil-gowls għall-Ispurs jaslu minn Thoms Carroll, u minn doppjetta ta' Harry Kane bl-ewwel wieħed miż-żewġ gowls tiegħu jasal minn penalty fis-26 minuta. SportSillum RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 26 ta' Diċembru Stoke C. vs Manchester U. 2-0 AFC Bournemouth vs Crystal P. 0-0 Aston V. vs West Ham U. 1-1 Chelsea sv Watford 2-2 Liverpool vs Leicester C. 1-0 Manchester C. vs Sunderland 4-1 Swansea C. WBA 1-0 Tottenham H. vs Norwich C. 3-0 It-Tnejn 28 ta' Diċembru 16:00 Crystal Palace - Swansea City 16:00 Everton - Stoke City 16:00 Norwich City - Aston Villa 16:00 Watford - Tottenham Hotspur 16:00 WBA - Newcastle United 18:30 Arsenal - AFC Bournemouth 18:30 Manchester United - Chelsea 18:30 West Ham - Southampton Stoke City jixxukkjaw lil Manchester United biex tkompli tiżdied il-pressjoni fuq Van Gaal Christian Benteke (ċentru) jiċċelebra il-gowl tar-rebħa ghat-tim ta' Liverpool kontra Leicester City Il-kowċ Olandiż ta' Manchester United Louis Van Gaal jinsab ferm viċin li jitlef postu