Illum previous editions

27 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/620226

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 27 ta' Diċembru 2015 Sports Qabel il-ftuħ ta' dan l-istaġun, kien hemm aspettativi ferm kbar minn birkirkara li huma setgħu tabilħaqq jiksbu riżultati ferm pożittivi. Dan hekk kif huma akkwistaw diversi plejers tajbin fosthom lill-attakkant Taljan ta' fama mondjali, Fabrizio Miccoli. Madankollu, fl-aħħar ġimgħat bħal donnu qam terremot intern fil-kamp ta' Birkirkara, fejn wara t-telfa umiljanti ta' 4-0 kontra l-arċi-rivali Valletta, tkeċċa l-kowċ Taljan Giovanni Tedesco. Iżda, dan mhux biss, hekk kif ftit wara bħal sajjetta fil-bnazzi, tħabbar b'mod uffiċjali li propju Fabrizio Miccoli kien se jtemm ħesrem l-esperjenza tiegħu f 'Malta fejn kien se jirtira mill-futbol biex ikompli bil-ħajja tiegħu fl-Italja. Jidher li huwa se jkun qed jiffoka fuq il-karriera tal-kowċing speċjalment fejn għandu x'jaqsam mal-akkademji tat-tfal fejn huwa għandu erba' skejjel tal-futbol f 'Palermo, li huma affiljati mal-klabb mis-Serie A, Roma. Din il-gazzetta ma setatx ma tiltaqax b'mod personali ma' Fabrizio Miccoli nnifsu biex tieħu xi kummenti dwar ir-raġuni li wasslitu jħalli kemm lil Birkirkara kif ukoll lil pajjiżna f 'qasir żmien. Huwa beda biex irringrazzja lill-partitarji kollha ta' Birkirkara, hekk kif saħaq li dawn impressjonawh bis-sħiħ għall-imħabba kbira li huma għandhom għal dan it-tim. Huwa afferma li se jibqa' jżommhom Għaliex ħalla lil Birkirkara Fabrizio Organizzat b'suċċess il-BMX Malta Christmas Festival Dan l-aħħar, il-Malta bMX association organizzat b'suċċess il-Christmas Festival li kien jikkonsisti f 'kompetizzjonijiet tal- bMX u Skateboard. Din kienet it-tieni edizzjoni li laħqet l-ogħla livell tagħha bis-sehem ta' 14-il rider professjonali barrani. Pubbliku numeruż attenda dawn l-erbat jiem ta' kompetizzjonijiet mill-iktar interessanti li saru fl-Indoor Skate Park f 'Pembroke. Kien Eric Figur mir- Repubblika Ċeka li rebaħ il-Kompetizzjoni Open. Fit-tieni post spiċċa l-Ingliż Charlie Ash, waqt li l-Franċiż JB Peytavit spiċċa t-tielet. Alexander Rudenko tal-Ukranja rebaħ l-unur għall-'Best Trick'. Il-Kompetizzjoni riservata għall-Amateurs intrebħet minn Karl Naja li spiċċa quddiem Gianni Zahra u Bernhard Azzardi Weitze rispettivament. Stefan Micallef kien ir- rebbieħ tal-Kompetizzjoni riservata għall-Beginners. Warajh spiċċaw Aiden Camilleri u Braydon Grima rispettivament. Aaron Grixti rebaħ il- Bunny Hop Competition, filwaqt li Gianni Zahra u Shemiozen Azzopardi rebħu Grupp A u Grupp B tal-Game of Bike Competition rispettivament. Gianni Zahra rebaħ ukoll it-Trofew Freddie Abela għall-iktar rider promettenti. Il-Kompetizzjoni tal- iskateboarding intrebħet minn Ilya Melkhin quddiem Karlvin Ciappara - Sinzada Toymachine u Markus Peser. BMX Fest kien ukoll avveiment ta' ġbir ta' fondi għall-Assoċjazzjoni Maltija tal-BMX, fejn matul tmiem il-ġimgħa, inġabret is- somma sabiħa ta' €800, li se tmur biex isir aktar titjib fl- iskatepark. Il-BMX Malta Association xtaqet tirringrazzja lill-isponsors li kienu: Epic Bikes, Urban Jungle, Pepsi, Alberta Group,Calleja Ltd, Twistees Malta, Bamboo Stores, Riot Boutique Cafe Malta, Wheel Wizard (Malta), Jump Street, Red Bull, il-Kunsill Lokali ta' Pembroke, Blank, Viridis Navitas Capital Partners, The Box Office Malta, il-European Cycling Union, u l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. Iktar informazzjoni fuq l-attivitajiet tal-BMX Malta tista' tinkiseb mis- sit elettroniku tal-istess Assoċjazzjoni, jew mill- paġna ta' Facebook: Malta BMX. Azzjoni minn waqt il-BMX Malta- Christmas Festival li rriżulta bħala suċċess kbir

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - 27 Dicembru 2015