Illum previous editions

27 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/620226

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Diċembru 2015 | illum 29 Fabrizio Miccoli? f 'qalbhom u meta se jkun qed iżur Malta fis-snin li ġejjin, huwa żgur li se jkun qed jagħmel minn kollox biex jiltaqa' magħhom. Miccoli kompla jgħid li jinsab ferm diżappuntat għall-mod kif l-affarijet kellhom jintemmu għall- kowċ Taljan u ħabib kbir tiegħu, Giovanni Tedesco, li skont hu kien l-unika raġuni għaliex għażel li jiġi Malta biex hawnhekk itemm il-karriera tiegħu. L-eks attakkant internazzjonali Taljan, saħaq li kien jemmen ferm fis-sistema professjonali tal-coaching li kien jaddotta Giovanni Tedesco għax jemmen li din kienet tal-ikbar benefiċċju għall- Istripes. Iżda huwa kompla li dawn huma affarijiet li jiġru fil-futbol u bħal fil-ħajja, wieħed mhux dejjem jifhem id-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu mill-awtoritajiet konċernati. Fabrizio Miccoli afferma li kollox ma' kollox kellu relazzjoni tajba mal- plejers kollha ta' Birkirkara, ħlief ma' plejer wieħed, li iżda ma tax informazzjni dwar min hu. Bl-iktar mod espressiv, huwa kompla li xi drabi beda jħoss li għalkemm kienet qed tinħass ċerta arja ta' entużjażmu fil-kamp Karkariż mal-wasla tiegħu, kien hemm min beda juri ċerta għira fil-konfront tiegħu. Dan, fost inkwiet intern ieħor li nqala' fil- kamp Karkariż fl-aħħar ġimgħat u li jmur oltrè mill-ħsibijiet li kellu meta ingħaqad ma' Birkirkara, f 'Ġunju li għadda. Din kienet waħda mir- raġunijiet li xprunatu biex jieħu d-deċiżjoni li jħalli lill- klabb Karkariż, u lil pajjiżna qabel mistenni, hekk kif Fabrizio Miccoli, talab li jinħall mill-kuntratt li kien iffirma ma' Birkirkara, li kien twil sena. Iżda, f 'dan il-punt fil-karriera tiegħu, li issa waslet uffiċjalment fi tmiemha, huwa ħass li ma kienx hemm lok għall- kontroversja u jrid iħares 'il quddiem b'ottimiżmu. F'pajjiżna, Miccoli lagħab 18-il partita u skorja 10 gowls, li minnhom 6 ġew skurjati fil-Kampjonat, 2 fil-Uefa Europa League (wieħed kontra Ulisses tal-Armenja u ieħor kontra West Ham United tal-Ingilterra), gowl fis-Super Cup u ieħor fl-FA Trophy nhar l-Erbgħa 9 ta' Diċembru, kontra Kirkop United, li kienet l-aħħar logħba tiegħu għal Birkirkara. Minkejja li ngħata r-release, Birkirkara u Miccoli, mistennija jkomplu jikkoperaw fl-oqsma ta' scouting tal-plejers kif ukoll bil- possibiltà ta' koperazzjoni bejn l-iskejjel tal-futbol tiegħu u Birkirkara F.C. Youth Nursery. Sports Il-Karriera ta' Fabrizio Miccoli f 'Numri: Snin Tim Logħbiet Gowls 1996–1998 Casarano 57 19 1998–2002 Ternana 120 32 2002–2004 Juventus 25 8 2002–2003 Perugia (b'self ) 34 10 2004–2005 Fiorentina 35 11 2005–2007 Benfica (b'self ) 39 14 2007–2013 Palermo 165 74 2013–2015 Lecce 44 17 2015 Birkirkara 18 10 Tim Nazzjonali Taljan 1996–1997 Italja U18 10 5 1998–2000 Italja U21 7 2 2003–2004 Italja 10 2 Is-sospensjoni ta' Blatter u Platini għal 8 snin minn kull attività fil-futbol Kienet aħbar li xxukkjat lid-dinja kollha u mhux biss sportiva, dik li l-president tal-FiFA, Sepp Blatter u l-president tal-UeFA Michel Platini ġew sospiżi għal tmien snin sħaħ minn kull attività relatata mal-football. Dan wara investigazzjoni li saret mill- Kumitat tal-etika tal-FiFA, immexxi miċ-Chairman, Hans Joachim eckert. B'hekk sar magħruf kif ġew fi tmiemhom xejn inqas minn 17-il sena tat-tmexxija ta' Sepp Blatter bħala president tal-assoċjazzjoni li tmexxi l-futbol mondjali, il-FIFA, bl-aħħar snin għalih fit-tmexxija, ikunu ferm turbulenti, hekk kif kienu kkaratterizzati minn bosta każi serji ta' allegata korruzzjoni u frodi marbutin ma' somom kbar ta' flus. Tajjeb ngħidu li huwa kien diġà sospiż b'mod indefenit mill-FIFA. Kemm Sepp Blatter kif ukoll Michel Platini kienu investigati wara ħlas esorbitanti ta' xejn inqas minn £1.3 miljun, li l-FIFA kienet għamlet lil Michel Platini fl-2011. Intant, dawn iż-żewġ persuni ferm importanti fix- xena tal-futbol mondjali u li taħthom taqa' responsabbiltà liema bħalha, m'ammettewx l-akkużi miġjuba kontrihom u f 'żewġ stqarrijiet separati qalu li dan kollu sar biex iħammeġ isimhom u r-reputazzjoni tagħhom, filwaqt li jiġu mpoġġija f 'dell ikrah. Madankollu, il-qasba ma ċċaqċaqx għalxejn u jidher biċ-ċar li kien hemm biżżejjed provi u evidenza biex dawn iż-żewġ persuni fil-fatt jinstabu ħatja mill- Kumitat tal-Etika tal-FIFA, bir-riżultat ikun wieħed xejn sabiħ għalihom hekk kif huma rċevew sospensjoni twila ta' tmien snin minn kull attività fl-isport li tant iħobbu -il-futbol. M'hemmx dubju li dan il-fatt se jkun qed jimmarka drastikament lil ħajjithom, waqt li jħalli wkolli danni psikoloġiċi liż- żewġ persuni konċernati ta' statura mondjali. Sepp Blatter u Michel Platini bħal donnhom jitolbu bil-ħniena biex il-Kumitat tal-Etika tal-FIFA jirrevoka s-sospensjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - 27 Dicembru 2015