Illum previous editions

27 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/620226

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 27 ta' Diċembru 2015 Sports Kollox lest biex 16-il tim barrani jżur SITTAXIL tim tal-futbol barrani ser ikun qiegħed iżur pajjiżna fix-xhur ta' bejn Jannar u Marzu tas-sena d-dieħla sabiex juża l-faċilitajiet Maltin għall-kampijiet ta' taħriġ tagħhom. Dan huwa riżultat ta' kollaborazzjoni bejn l-Awtorità Maltija għat- Turiżmu (MTA) u SLFC, kumpanija bbażata fil- Ġermanja li tispeċjalizza f 'dawn l-opportunitajiet u li ser tkun qed topera f 'pajjiżna bl-isem ta' Malta Football Camps Ltd. Fost it- timijiet li ser iżuru pajjiżna fit-tliet xhur li ġejjin, hemm PSV Eindhoven, Legia Warsaw FC, FC Bate Borisov u FC Victoria Plzen. Dawn se jkunu qed jużaw il-faċilitajiet tal-MFA f 'Ta' Qali u l-Hibernians Sport Complex f 'Kordin. Minbarra kamp ta' taħriġ, it-timijiet se jkunu qed jilagħbu logħbiet ta' ħbiberija, bl-ewwel waħda tkun dik fil-5 ta' Jannar bejn PSV Eindhoven u Hibernians, li se tintlagħab fil-Hibernians Stadium, f 'Kordin. Iċ-Chairman tal-Malta Tourism Authority, Gavin Gulia, spjega kif l-MTA ilha taħdem biex tattira turiżmu sportiv, speċjalmemt fix-xhur kajmana tax- xitwa, u qed tara li ttejjeb l-espożizzjoni li għandu pajjiżna f 'dan il-qasam. Huwa aċċenna għall-Brand Ambassador għal Malta fis- suq Taljan, Javier Zanetti, u tkellem fuq l-irwol li għandu huwa f 'dan l-ambitu. Huwa ħabbar li Zanetti se jkun qed jorganizza kamp ta' taħriġ ieħor f 'pajjiżna bejn it-13 u l-15 ta' Frar li ġej. Il-Kap Eżekuttiv tal- MTA Paul Bugeja semma li l-Awtorità tat-Turiżmu provdiet is-sostenn kollu għal dan il-proġett għaliex parti mill-istrateġija tagħha hi li tiffoka r-riżorsi biex jiżdied ix-xogħol fil-qasam turistiku, speċjalment fix-xhur tax-xitwa. Kien għalhekk li flimkien mal- Gvern, mas-settur privat, u ma' diversi assoċjazzjonijiet sportivi oħra, ittieħdu diversi inizzjattivi sabiex jintlaħaq dan l-għan. Huwa spjega kif is-sena li għaddiet madwar 14,000 persuna żaru pajjiżna speċifikament biex jipparteċipaw f 'avvenimenti sportivi, fosthom ir-Rolex Middle Sea Race, l-Imdina Grand Prix, il-Vodafone Malta Marathon, l-iXterra Malta Triathlon, u t-Tour ta' Malta, fost oħrajn. Waqt konferenza tal- aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħazagħ u Sport Chris Agius saħaq li l-ħsieb tal-Gvern hu li jtejjeb il-faċilitajiet tal- Kumpless Sportiv tal- Marsa sabiex jilħaq aktar dixxiplini sportivi differenti, u biex jkun jista' wkoll jilqa' proġetti bħal dawn. Il-konferenza kienet indirizzata wkoll minn Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali tal-MFA, Hannes Empl f 'isem SLFC, u Warren Zahra f 'isem Malta Training Camps. MLS Elite Aalesunds Eintracht Braunschweig It-Tim Nazzjonali tan-Nisa tal-Latvja Caykur Rizespor FK Decic

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - 27 Dicembru 2015