Illum previous editions

27 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/620226

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 27 ta' Diċembru 2015 Sports Draw bejn Valletta u Ħamrun ipoġġi lil Luxol waħedhom fil-quċċata Fil-jiem li għaddew, luxol inqatgħu waħedhom fil-quċċata hekk kif il-konfront dirett li kellna bejn Valletta u Ħamrun intemm fi draw ta' 4-4. Kienu l-Ħamruniżi li fetħu kmieni l-iskor permezz ta' Robert Magro. Andy Mangion irdoppja l-iskor wara ħarba tajba u minn pożizzjoni angulata għeleb għal kollox lill- goalkeeper Belti Neil Cuschieri. Min-naħa l-oħra, Dylan Musu qabbeż tajjeb il-ballun minn fuq il- goalkeeper Ħamruniż Clint Mifsud u b'hekk naqqas l-iskor għal 2-1. Valletta ġabu l-gowl tad-draw wara li Melvin Borg għadda ballun tajjeb lil Denis Di Maio, b'dan tal-aħħar jitfa' l-ballun fix-xibka. Ftit sekondi mit-tmiem tal-ewwel taqsima, inqalgħet ftit tal-komozzjoni li wasslet biex il-logħob jitwaqqaf għal ħin twil u jitkeċċa Mohammed Elamari wara li rċieva t-tieni karta safra minħabba protesti. Hekk kif il-logħob tkompla, Xavier Saliba poġġa lill- Beltin fil-vantaġġ minn kick mit-tieni penalty spot. Fil-bidu tat-tieni taqsima tkeċċa l-plejer Ħamruniż Andy Mangion meta rċieva karta ħamra għall-foul li wettaq fuq Cristian Cuadros Silva. Mill-freekick, Xavier Saliba qassam lil Dylan Musu li bix-xutt tiegħu għamilhom 4-2. Ħamrun reġgħu daħlu fil-logħba, hekk kif Rodrigo Ticz Patricio daħal bħala flying keeper u sieħbu Raphinha naqqas l-iskor. Fl-aħħarnett, l-Ispartans ġabu d-draw fl-aħħar sekondi mit- tmiem permezz ta' Daniel Mifsud. Luxol min-naħa tagħhom baqgħu b'punti massimi hekk kif għelbu lill-istudenti Universitarji ta' Mdina Knights bl- iskor ta' 13-0. Din kienet partita li kienet dominata għal kollox mill-bidu sal-aħħar mit-tim minn St Andrews li fetħu l-iskor fl-ewwel minuta permezz ta' Zvezdan Vukovic. Carl Azzopardi rdoppja l-iskor u skurja b'kollox tliet gowls f 'din il-logħba. Matthew Attard għamilhom 3-0, filwaqt li Mark Zammit skurja tripletta għalih personali. Florin Anton għamel l-iskor 5-0 u Clint Cope kellu doppjetta personali. Peter Pullicino minn taħt ħalq il-lasta għamilhom 8-0 u hekk intemmet l-ewwel taqsima. Għal Luxol skurja wkoll il-plejer Brażiljan Celino Alves li ddebutta f 'dan l-istaġun wara li rritorna minn injury li żammithu barra għal dawn l-aħħar erba' xhur. F'aktar riżultati li kellna matul din il-ġimgħa, Gozo baqgħu bla rebħa hekk kif ġew megħluba minn Lija Athletic bl- iskor ta' 13-0. Għal Lija kellna doppjetti għal Andre Henrique de Souza, Ebrahim Massoudi, Jason Gauci, Luke John Stivalau Chavi Montes Burgos. Chris Cardona, Wallace Santos Junior u Nicola Del Re skurjaw gowl kull wieħed. Qrendi wkoll baqgħu mingħajr rebħa, però kellhom waqtiet tajbin ħafna kontra Sliema Wanderers, meta rnexxielhom inaqqsu l-iskor finali għal 8-7. Għal Sliema kellna tripletta ta' Frankie Xerri, doppjetta għal Adam Wingfield u gowls ta' Aleksander Ribic, Robert Zammit u Christian Micallef. Qrendi naqqsu l-iskor b'tripletta ta' Craig Pickard, doppjetti għal Alan Spiteri, flimkien mal- gowls ta' Antonello Brincat u Morad El- Torshi. Swieqi wkoll kisbu rebħa importanti għalihom, hekk kif għelbu lil Sirens bl-iskor ta' 5-1. Għal Sirens skurjaw Laszlo Hajossy, Diego Gomes de Mello, Daniel Sant u doppjetta għal Andrè Ciancio. L-uniku gowl ta' Sirens ġie skurjat minn Antoine Galea. Marsaskala kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Żebbuġ bl- iskor ta' 8-5. Għal Marsaskala kellna erba' gowls ta' Nikolay Filipov, tripletta ta' Josef Balzanu gowl ta' Steve Gambin. Min-naħa l-oħra, ż-Żebbuġin irrispondew bi tripletta ta' Anton Novoa Perez u gowls ta' Joseph Chetcuti u Jamie Portelli. Msida SJ tħabtu mhux ftit biex għelbu lil Mqabba bl-iskor ta' 8-4. Il-Misidjani kellhom tripletta ta' Paulo Mendes da Silva u gowls mingħand Ryan Xuereb, Marian Gologan, Matthew Dingli, Herbert Spiteri u Floren Manea. L-Imqabbin kellhom doppjetta ta' Steve Falzon u gowls ta' Miguel Alcaraz u Lydon Baldacchino. Klassifika tal-Kampjonat Premier tal-Futsal Luxol bi 18-il punt; Valletta u Hamrun Spartans b'16-il punt; Msida SJ bi 13-il punt; Lija Athletic u Swieqi United bi 12-il punt; Sirens b'7 punti; Sliema Wanderers, Mqabba, Mdina Knights u Zebbug Rangers b'6 punti; Marsascala bi 3 punti; Qrendi u Għawdex bla punti. Azzjoni mill-konfront dirett bejn Valletta u Ħamrun Spartans li ntemm fi draw ta' 4-4, u li tefa' lil Luxol waħedhom fil-quċċata Ritratt i: Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - 27 Dicembru 2015