Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/620226
Kif għażilt il-waterpolo fost numru ta' sport ieħor? Lgħabt ħafna sports differenti meta kont żgħir, fosthom waterpolo, basketball u l-għawm. Missieri lagħab il-water polo ma' Barracudas ASC, però qatt ma mbuttani lejn l-isport. Għażilt il-water polo minħabba l-ħbiberija bejn il-membri tal-'youths' tas-Sirens meta kont għadni nibda. Bħala goalkeeper, min huma l-idoli tiegħek kemm fil-kamp lokali kif ukoll f 'dak internazzjonali tal- waterpolo? Joe Caruana Dingli, Josie Cachia u Adrian Cachia huma t-tliet goalkeepers lokali li ħallew l-akbar impressjoni fuqi. Fix-xena internazzjonali nammira lit-Taljani Stefano Tempesti u Francesco Caprani. Minnhom kollha, Joe Caruana Dingli jibqa' l-goalkeeper favorit tiegħi. Hemm il-fehma fost min jifhem fil-logħba tal-waterpolo li int għad tkun l-aqwa goalkeeper li qatt ipproduċa l-waterpolo lokali. X'tikkummenta fuq dan? Nixtieq ħafna li nkun ikkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa goalkeepers f 'Malta. Din hija l-ħaġa li għaliha nittrenja ta' kuljum. Fis-sajf li għadda kellek staġun mill-aqwa ma' Sirens, forsi anke l-aqwa wieħed s'issa. Taqbel, jew taħseb li għad fadal lok fejn ittejjeb il-wirjiet tiegħek? Fuq livell personali, inħossni kuntent bl-istaġun li għadda, u naqbel li l-istaġun li għadda kien l-aqwa staġun tiegħi, imma nħoss li għad fadalli lok fejn intejjeb il- logħba tiegħi. Iż-żmien huwa favur tiegħi. Niġu issa għall-istaġun li għadda ta' Sirens fejn ippermettieli ngħidlek li t-tim iddiżappunta xi ftit, u ħafna stennew u personaelment stennejt riżultati aħjar mill-formazzjoni tagħkom. X'tikkummenta? Konna sfortunati. L-istaġun beda f 'Ġunju meta sebgħa mit-13-il plejer tagħna kienu għadhom għaddejjin bl-eżamijiet tal-Università. Għamilna wkoll numru ta' żbalji individwali li swewlna l-punti. Bħala tim, ridna ntemmu l-istaġun fost l-ewwel 3 timijiet. Kulma kellna bżonn kien punt aktar. Bla dubju ta' xejn, inħossu li kellna fejn immorru aħjar dis-sena. X'tikkummenta fuq il-logħba kontra Sliema li ntemmet fi draw ta' 6-6 fejn kellek logħba mill-aqwa u kont l-eroj assolut għat-tim bis- saves mill-aqwa li wettaqt f 'din il-logħba? Inħares lura lejn dik il-logħba b'emozzjonijiet differenti. Sodisfatt bil-wirja tiegħi u tat-tim, għax kulħadd lagħab tajjeb, għamluha aktar faċli għalija. F'dik il-logħba konna ġejjin lura minn telfa kontra Valletta u rkuprajna tajjeb għax konna ħafna aħjar minn Sliema. Konna minn fuq tul il-logħba kollha imma kkrollajna fl-aħħar sessjoni fejn kellna ċans noqtlu l-logħba f 'aktar minn okkażjoni waħda. Fl- aħħar sessjoni, tajniehom penalti u tlifna żewġ punti. Kieku jkollok tiddeskrivi l-aħħar staġun ta' Sirens, kif tiddeskrivieh? Diżappuntati li spiċċajna fir-raba' post imma lgħabna water polo sabiħ. Ksibna riżultati tajbin kontra Sliema, li ma rebħulna qatt u San Ġiljan li rebħulna b'gowl wieħed biss f 'żewġ okkażjonijiet. Dan kollu juri li nistgħu nikkompetu fl-ogħla livelli tal-water polo Malti. X'tikkummenta fuq iż-żewġ plejers barranin ta' kalibru ferm għoli li kellkom bhala Sirens fl-aħħar staġun? Csaba Kiss skorja inqas milli skorja f 'dawn l-aħħar erba' staġuni. Biss, il-volum ta' xogħol li jagħmel għat-tim huwa immens. Christian Presciutti huwa fenomenu tal-water polo internazzjonali. Huwa pjaċir u unur tilgħab miegħu. L-umiltà u l-professjonalità ta' dawn il-plejers huma ta' ispirazzjoni għat-tim żagħżugħ tagħna. Kif qed tħares lejn il-futur ta' Sirens fil-waterpolo lokali? Nafu li għad jonqos ħafna xogħol xi jsir. Biss, aħna pożittivi ħafna. Il-futur jidher sabiħ għas-Sirens, speċjalment meta tqis li l-plejers tagħna huma ta' età żgħira - ilkoll anqas minn 23 sena (bl-eċċezzjoni tal-captain, David Cutajar). Is-set up taż-żgħar huwa b'saħħtu ħafna u dan kollu jawgura tajjeb għall-futur. Plejer tal-kalibru tiegħek ġieli ħasibha li jmur jilgħab barra minn Malta? Nammetti li ħsibtha kemm-il darba u nies ta' esperjenza ħegguni sabiex nilgħab barra minn Malta. Biss, li nkun il-plejer barrani nilgħab ġewwa kampjonat barrani ma tantx togħġobni. Kuntent ħafna nibqa' nilgħab Malta. Kif jirnexielek tlaħħaq mal-istudju u xogħol tiegħek u mat-taħriġ u l-logħob tal-waterpolo? Trid tagħmel sagrifiċċji kbar għax il-ħin li jkollok għall-waterpolo jrid jitnaqqas mill-ħin li tkun se tqatta' ma' tal-familja u l-ħbieb. Jiena nara li noqgħod attent ħafna waqt il- lectures fl-Università għax tgħallimt li b'hekk ikolli bżonn anqas ħin għar-reviżjoni. Jien nixtieq li nagħmel suċċess kemm fl-istudju u fl-isports u nemmen li jekk taspira għal xi ħaga, dejjem tista' ssib mod u ħin kif tasal għaliha. Bħala captain tat-tim nazzjonali ta' taħt id-19-il sena, x'responsabbiltà partikolari tħoss? Huwa unur kbir li tkun captain tat-tim nazzjonali. Apparti r-responsabbiltà li jkollok meta qed tilgħab man-nazzjonal, il-bżonn li tagħti l-100% u turi passjoni f 'kull logħba, jiena nħoss il-bżonn li nipprova ngħin lill-plejers l-oħra sabiex jagħtu kollox għat-tim. Ir- responsabbiltà tmur ukoll lil hinn mill-waterpolo u jien nara li kemm jista' jkun, inkun ta' eżempju tajjeb għaż-żgħażagħ kollha. X'tikkummenta fuq ir-riżultati mill-aqwa li kellkom bħala tim nazzjonali ta' taħt id-19-il sena fl- aħħar xhur? Ir-riżultati pożittivi kienu frott il-ħidma tal-plejers kollha tat-tim. Lgħabna b'regolamenti ġodda u kienet bravura li ksibna riżultati tajba meta qatt ma konna lgħabna b'dawn ir-regolamenti. Madankollu kien hemm kritika li l-avversarji li lgħabtu kontrihom f 'dawn it-tournaments ma kinux tal-ogħla livell. Kif tirribatti din il- kritika sa ċertu punt kostruttiva? Bħala tim nazzjonali ta' taħt id- 19-il sena, ksibna riżultati tajbin meta lgħabna kontra l-Greċja u l-Italja. Dawn il-pajjiżi huma fost l-aqwa fid-dinja. Irnexxielna nirbħu kontra l-Iżrael li huma fil-livell tagħna. Malta hija żvinturata fil- waterpolo għax aħna superjuri ħafna meta mqabbla ma' pajjiżi li huma amateurs, bħalna. Biss, insibuha diffiċli nikkompetu mat-timijiet il- kbar. Ftit hawn timijiet nazzjonali li huma tal-kalibru tagħna. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal- kowċ tat-tim nazzjonali Karl Izzo u dan kif għenek matul il-karriera tiegħek fil-waterpolo? Karl Izzo minn dejjem kien il- kowċ tiegħi man-Nazzjonal u dejjem wera fiduċja sħiħa fija. Dejjem inkuraġġieni u għeni sabiex inkun plejer aħjar. Ir-relazzjoni ta' bejnietna hija waħda eċċezzjonali. Jiena nagħmel minn kollox sabiex nilħaq il-livelli li jixtieq hu u dan inħoss li għamilni plejer aħjar. U dik mal-Kowċ ta' Sirens, Bogdan Rath, u mal-Kumitat Amministrattiv tal-istess Klabb? Bogdan Rath għeni nagħmel il- 34 illum | Il-Ħadd 27 ta' Diċembru 2015 Il-goalkeeper li għad ikun fost l-aqwa Cristian Antony Muscat Sports Nicky Grixti – il-goalkeeper li bbrilla fil-kampjonat tas-sajf li għadda tal- waterpolo u li tabilħaqq miexi fil-passi biex ikun fost l-aqwa goalkeeper li qatt ipproduċa dan l-isport f'Malta "Joe Caruana Dingli, Josie Cachia u Adrian Cachia huma t-tliet goalkeepers lokali li ħallew l-akbar impressjoni fuqi" "Li nkun il-plejer barrani nilgħab ġewwa kampjonat barrani ma tantx togħġobni. Kuntent ħafna nibqa' nilgħab Malta"