Illum previous editions

27 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/620226

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Diċembru 2015 | illum 35 l-aqwa ta' kull żmien fil-waterpolo lokali Sports qabża għall-ewwel tim ta' Sirens u bis-saħħa tiegħu għamilni individwu denju ta' intervista bħal din li qed nagħti lilek. Għamel id-differenza kollha għalija u għeni nimmatura teknikament u mentalment b'mod li nista' nilgħab bil-mod li jixtieq hu. Ninġiebu ħafna, kemm professjonalment kif ukoll fuq bażi personali. Ingawdi relazzjoni tajba ħafna mal-membri kollha tal- Kumitat tas-Sirens. Fl-aħħar mill- aħħar, ilkoll qed naħdmu għall-istess skop: dak li ntejbu lit-tim tagħna. Tħoss li f 'Malta qed jinħass il- bżonn immedjat li tinbena indoor pool jew pixxina oħra? Pixxina ġdida mhix se ssolvi l-problemi kollha; biss naħseb li indoor pool ikun pass fid-direzzjoni t-tajba. Pixxina oħra toħloq aktar spazju fejn jittrenjaw it-timijiet u aktar opportunità ta' sessjonijiet ta' taħriġ. Ħadt gost ħafna nisma' l-aħbar li se jkollna pixxini ġodda f 'Birżebbuġa u Marsaskala. Nemmen li dan l-iżvilupp jgħin sabiex jinstab aktar talent fin- Nofsinhar ta' Malta. Kif tqabbel ir-rizorsi li fihom tittrenjaw u tilagħbu f 'Malta ma' dawk li int lgħabt fihom barra minn xtutna? Il-fatt li aħna pajjiż żgħir huwa vantaġġ għax qatt m'għandna bogħod għall-pixxini. Nemmen li hija s-sistema edukattiva tagħna li mhux qed tinkoraġġixxi liż- żgħażagħ tagħna jesponu t-talenti tagħhom. L-amministrazzjonijiet tal-klabbs dejjem irnexxielhom iġibu kowċis ta' livelli internazzjonali u maħniex 'il bogħod minn pajjiżi oħra fejn jidħlu rizorsi fejn nittrenjaw. Il-media f 'pajjizna tagħti bizzejjed exposure lill-waterpolo, jew tagħmel dan matul ix-xhur tas-sajf biss? Hija ħasra li donnu l-interess fil-water polo naqas u żgur li aktar rappurtaġġ fil-media lokali jgħin lill-isport. Malta tikseb riżultati tajbin ħafna fil-water polo u dnub li m'hawnx aktar Maltin li huma kburin bit-tim nazzjonali tal- waterpolo. X'tikkummenta dwar l-ASA mmexxija mill-President, Joe Caruana Curran? Naf ħafna min-nies li huma involuti fl-ASA u nista' naċċertak li dawn in-nies jaħdmu ħafna sabiex iżommu l-water polo fil-livell li jinsab illum. Kull min għandu x'jaqsam mal-waterpolo hawn Malta għandu verament ikun grat għax- xogħol li qegħdin jagħmlu dawn in-nies. Ma ninsewx li fil-parti l-kbira, dawn in-nies jaħdmu b'mod volontarju. U fuq il-kontroll tar-referis Maltin kif ukoll Taljani waqt il-logħob ta' matul l-aħħar staġun? Jien minn ta' quddiem li nikkumenta fuq il-prestazzjoni tar-referis imma hawnhekk, se niddefendihom! Ix-xogħol tagħhom huwa vera diffiċli però, fil-parti l-kbira, jagħmlu xogħolhom tajjeb ħafna. Hija ħasra li ħadd ma japprezza x-xogħol tar-referee sakemm dan ma jagħmilx żball (bħala goalkeeper, jiena nissimpatizza!). Din il-ħaġa ħarġet fid-deher is-sena l-oħra fid-decider bejn is-Sliema u n-Neptunes. Ir- referi dak inhar kien Gomez, wieħed mil-aqwa referis tad-dinja li rreffja saħansitra fil-finali tal-Olimpjadi. Anki f 'din l-okkażjoni, sibna fuq xiex immaqdru! Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-logħba tal-waterpolo? Nixtieq li qabel ma nirtira nirbaħ xi ftit tazzi u nixtieq nara lil Sirens lura fuq nett fil-kampjonat lokali. Kif għidt qabel, nixtieq li meta jasal iż-żmien li ndendel il-malja, iqisuni bħala wieħed mit-tajbin. Biss, fl- aħħar mil-aħħar, għalija importanti wkoll li ngawdi dan iż-żmien u nieħu gost nilgħab u nittama li meta nispiċċa, ikolli ħafna memorji sbieħ. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera fil-waterpolo. Ħudu pjaċir! Kemm jekk qiegħed tirbaħ il-logħbiet, tittrenja kemm tiflaħ, u tagħmel ħbieb ġodda; ħu pjaċir u ħalli t-talenti tiegħek jispikkaw. Twieled fit-13 ta' Ottubru 1995, f 'Tal-Pietà Jilgħab ma' Sirens u mat-tim nazzjonali ta' taħt id-19-il sena, u huwa l-captain tal-istess tim nazzjonali Iddebutta mat-tim nazzjonali tal-kbar bħala goalkeeper numru 1, fir-rebħa kontra l-Polonja li fissret kwalifikazzjoni storika għall- Kampjonati Ewropej Bla dubju, kien il-goalkeeper li brilla fil- kampjonat tas-sajf tal-waterpolo li għadda, u li tabilħaqq miexi fil-passi biex ikun fost l-aqwa, jekk mhux l-aqwa goalkeeper li qatt ipproduċa l-waterpolo f 'Malta Nicky Grixti "Huwa unur kbir li tkun captain tat-tim nazzjonali, inħoss il-bżonn li nipprova ngħin lill-plejers l-oħra sabiex jagħtu kollox għat-tim" Ritratti: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - 27 Dicembru 2015