Illum previous editions

27 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/620226

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 27 ta' Diċembru 2015 Fiduċja, tama u karità fl-Istrina tal-bieraħ minn Matthew Agius IlbIeraħ f 'nofsinhar ingħatat bidu għall-Istrina, il-maratona ta' ġbir ta' fondi annwali b'risq il- Malta Community Chest Fund u jidher li sa tard wara nofsinhar kienu diġà nġabru 'l fuq minn €2,000,000. Il-baned tal-Forzi Armati u l-Korp tal-Pulizija fetħu l-maratona dalgħodu, fil- preżenza tal-President Marie Louise Coleiro Preca, il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-mexxej tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u l-Arċisqof Charles Scicluna. L-edizzjoni tal-Istrina tas- sena li għaddiet irnexxielha tiġbor 'il fuq minn €3.65 miljun. Coleiro Preca rringrazzjat lil kull min ta sehemu fl- organizzazzjoni tas-sbatax-il edizzjoni tal-maratona, u kkummentat fuq kif is- solidarjetà, il-ġenerożità u l-imħabba jiffurmaw parti mill-karattru tal-poplu Malti. Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru Muscat faħħar ix- xogħol siewi li jsir permezz tal-għajnuna li tagħti l-MCCF. Il-fondazzjoni, li qiegħda dejjem tikber, dejjem tagħmel l-almu tagħha għal min hu fil- bżonn, qal il-Prim Ministru. Żied jgħid ukoll li din il-maratona mhijiex biss opportunità għall-kumpaniji kbar biex jagħtu l-eluf f 'donazzjonijiet jew li n-nies jagħtu miż-żejjed tagħhom, iżda wkoll ġurnata li fiha wieħed japprezza dawk li jagħtu mill-ftit li jistgħu. Il-kap tal-Oppożizzjoni kompla fuq it-tema li bdiet il-President, fejn saħaq li l-fidi, t-tama u l-karità kienu tliet valuri li pajjiżna dejjem ħaddnet. Hu ħeġġeġ lil min kien qiegħed jisma l-messaġġ tiegħu sabiex jingħaqad f ' familja waħda għall-għajnuna ta' min hu fil-bżonn. L-Arċisqof ta' Malta, Charles J. Scicluna, appella lill-pubbliku biex jagħtu leħen għall-fidi tagħhom u biex ikomplu jagħtu t-tama lil min hu fil-bżonn. Kellu kliem ta' tifħir għall- President u ħeġġiġha tkompli fil-ħidma siewja tagħha. Il-Maltin u l-Għawdxin jerġgħu juru l-qalb kbira tagħhom Ritratti: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - 27 Dicembru 2015