Illum previous editions

27 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/620226

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 27 ta' Diċembru 2015 Aħbarijiet Ivvota għall-personalità tas-sena 2015 fuq l-illum.com.mt Min tela' u min niżel fil-kwistjoni tal-kaċċa Tkompli minn paġna 5 Jekk tħares lejn Farrugia mil-lenti purament u strettament politika, fis- sens partiġġjan, mela allura din ma kinitx sena tajba għal Marlene. Il-preżenza tagħha fil-protesta organizzata mill-PN fiż- Żonqor u s-selfies u l-bews ma' Busuttil ma niżlu tajjeb xejn ma' ħafna partitarji Laburisti, u oħrajn li mhumiex. Il-protesta tal- PN u l-preżenza tagħha hemm m'għamliha l-ebda forma ta' ġid politiku. Minn dakinhar, bosta kienu dawk li waqfu jisimgħu x'kellha xi tgħid Marlene. Il-ħaġa hija li ħafna minn dak li kellha xi tgħid Marlene, kemm qabel u anke wara din il-protesta kien jagħmel ħafna sens. Il-kritika tagħha kienet ġustifikata, kienet unika fuq in-naħa tal-Gvern fejn jirrigwarda l-ambjent u ħafna mid-drabi kienet mibnija fuq prinċipju. Jekk tista' tikkritika lil Marlene fuq ħafna affarijiet żgur ma tistx tikkritikaha fuq il-prinċipju li dejjem ħaddnet favur ambjent aħjar. Għalhekk Marlene telgħet, għax moralment baqgħet tħaddan il-prinċipji tagħha, imma niżlet għax il-mod kif ittrażmettiet dak il- prinċipju morali kien xi ftit sfaċċat wisq għal pajjiż fejn il-lealtà lejn il-partiti għadha tagħmel lill-aktar nies intelletwali, nagħaġ ta' bendu. Lino Farrugia – Din is- sena kienet is-sena tar- referendum dwar il-kaċċa. Ir-riżultat huwa magħruf minn kulħadd għalkemm ftit kien mistenni min- nies. Tista' tgħid li matul din is-sena Farrugia tela' għax flimkien mal- bqija tat-tmexxija tal- FKNK irnexxielu jbiddel l-immaġini tal-kaċċaturi u jorbot idejn il-mexxejja politiċi biżżejjed biex jaħtaf rebħa minn ħalq telfa ċerta. Imma sfortunatament, l-immaġini ma damitx wisq ma ġiet fix-xejn f 'għajnejn ħafna hekk kif ftit wara r-riżultat tar-referendum seħħew numru ta' każi ta' illegalitajiet. Vera, mal-ħażin m'għandux jeħel it-tajjeb imma ftit wara riżultat daqstant viċin u mingħajr entużjażmu popolari (ħlief għal dak tal-kaċċaturi) wieħed kien jistenna aktar dixxiplina u rispett lejn min tak ċans ieħor. Il-ksur fil-liġi ma niżel tajjeb assolutament xejn u l-immaġini ta' Farrugia, li qatt ma kienet wisq tajba, reġgħet majnat għal dik li kienet qabel ma bdiet il-kampanja referendarja. Jiġifieri tela' jew niżel Lino? Probabliment, għal dawk li jimpurtahom mis-suġġett, jiddependi ħafna fuq il-lenti li minnha qed tħares. Jista' jkun li tela' u niżel. Mark Sultana – Bħala wieħed mill-'front liners' tal-kampanja 'Shout' Sultana kellu jiffaċċja telfa pjuttost umiljanti. Umiljanti għax ma kinitx mistennija, anke jekk id-differenza bejn il- voti kienet minima ħafna. Jidher li filwaqt li l-kampanja Shout kienet mibnija fuq aktar sens komun u emozzjoni, dan l-istess sens jew emozzjoni lanqas biss laħaq jew prova jilħaq eluf kbar ta' votanti li jgħixu fl-irħula u li vvutaw favur il-kaċċaturi, mhux għax favur il-kaċċa, imma għax seħibhom, kuġinuhom jew missierhom kaċċatur. Dan il- fattur kien totalment injorat, jekk mhux xi minn daqqiet redikolat, u f 'kampanja ma tista' tinjora lil ħadd jekk trid mingħandhom biex tasal. Assumew li lil dawn l-eluf kbar ma tistax tbiddlilhom fehmthom. Assumew ħażin! Imma jekk ir-referendum kien xi ftit jew wisq ta' niżla, l-fatt li serva ta' imbuttatura qawwija għas- settur ambjentali u ta' raġuni qawwija biżżejjed biex tiħrax il-ġlieda favur il-wirt naturali ta' Malta, kien definittivament ta' telgħa. Sultana allura jibqa' f 'għajnejn eluf kbar ta' ċittadini, persuna li qed jiġġieled għal dak li huwa tagħna biex ngħadduh lill- ġenerazzjonijiet ta' warajna. Fl-aħħar jiem Mark Sultana kien maħtur Kap Eżekuttiv tal-Birdlife, kariga li għandu juża biex iressaq aktar lin-nies lejn din l-organizzazzjoni u l-ħsibijiet tagħha favur il-ħolqien u favur il-ħajja. Tela' jew niżel? Beda bl- inżul u spiċċa bit-tlugħ. Lino Farrugia waqt attivita' tal-IVA għall-kaċċa fir-rebbiegħa Membri tax-SHOUT, il-moviment kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa fil-bidu tal-kampanja referendarja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - 27 Dicembru 2015