Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/620226
Il-Ħadd 27 ta' Diċembru 2015 | illum 7 Aħbarijiet 'Il fuq minn 53,000 intervent f 'Mater Dei matul l-2015 Fis-sena 2015, se jkunu saru 'l fuq minn 53,000 intervent f 'Mater Dei. Dan l-ammont qawwi ta' interventi jfisser investiment kontinwu fis-servizz tas-saħħa mill-Gvern u jikkuntrasta mas-sena 2012 meta kienu saru 45,461 intervent. Dan ifisser żieda ta' kważi 8,000 intervent fi tlett snin. L-ILLUM staqsa lill- Ministru għall-Enerġija u Saħħa Konrad Mizzi x'inhuma r-raġunijiet għal din il-qabża fl-interventi li saru fl-Isptar din is- sena. Mizzi fakkar kif fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, "konna nisimgħu ta' spiss b'waiting lists twal is- snin. Fil-fatt għal operazzjoni tal-ġenbejn jew l-irkoppa, hemm min ilu jistenna madwar għaxar snin. Konna naħsbu li mal-ftuħ tal-isptar Materi Dei, kollox kien se jiġi f 'postu, jew is-sitwazzjoni kienet ser titjieb, iżda llum nafu li Mater Dei huwa iżgħar minn St. Luke's u flok il-listi ta' stennija kienu naqsu, dawn spiċċaw żdiedu." Jidher iżda li l-isforzi tal- Gvern preżenti biex il-listi ta' stennija jonqsu jew jispiċċaw għal kollox qed iħallu l-frott mixtieq. Mizzi jfakkar kif ċertu listi ta' stennija spiċċaw, bħal m'huma tal-Angiograms, u tal-MRI, li naqsu b'mod drastiku, hekk kif illum wieħed jistenna madwar tlieta jew erba' xhur. "Iżda biex verament dawn il-listi jkunu kkontrollati b'mod kostanti tul is-sena sħiħa, jeħtieġ li jkun hemm output li jlaħħaq mad-domanda għall-operazzjonijiet. Huwa propju hawn li jidħol l-għaqal u l-immaniġġjar tajjeb. Il-problemi ta' Mater Dei għalkemm l-ispazju hu dak li hu, jidher li kienu ta' mmaniġġjar u prattiċi li ma jiriflettux iż-żminijiet li ngħixu fihom. Tajjeb wieħed isemmi", kompla jgħid Mizzi, "li Mater Dei sewa lill-poplu Malti u Għawdxi madwar €600 miljun, iżda fih kienu jsiru operazzjonijiet filgħodu biss. Dan kien ifisser li l-apparat li sewa l-miljuni ma kienx qiegħed jintuża b'mod sħiħ." Dawn l-isforzi biex l-isptar ikun aktar effiċjenti qed isiru b'rigorożità kbira taħt il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi, li saħaq mal-ILLUM kif bħalissa qed isiru sforzi kbar mill-Ministeru tiegħu għal aktar effiċjenza u qed issir "enfasi partikolari fuq il-'management' tal-isptar biex dan isir aktar effiċjenti u jiddaħħlu miżuri li jgħinu biex ir-riżorsi tal-isptar ikunu utilizzati b'mod aħjar." Mizzi kompla jgħid kif bħala Gvern "qed niffukaw fuq miżuri li jolqtu direttament il-pazjenti tagħna. Fil-fatt iddaħħlu ċerti tibdiliet fl-immaniġjar tas-sodod fl-isptar fosthom sistema ta' IT biex l-infermieri jkollhom stampa ċara ta' meta l-pazjenti jkunu se jintbagħtu d-dar mill-isptar. Din is- sistema tippermetti biex min hu responsabbli mill- immaniġġjar, ikollu stampa ħolistika tal-isptar kollu u b'hekk ikun jista' jsir ippjanar aħjar. Filwaqt li rringrazja lill-ħaddiema kollha għax mingħajr il-kooperazzjoni tagħhom dawn il-bidliet ma setgħux iseħħu, qal li fadal ħafna aktar xi jsir u l-Gvern se jkompli jaħdem biex is- servizz ikompli jitjieb. Intant, ma' dawn il- miżuri hemm ukoll public private partnerships mas- settur privat biex isiru operazzjonijiet fi sptarijiet privati mingħajr ebda spejjeż għall-pazjent. Is-sena d-dieħla se jidħol fis-seħħ PPP ieħor li permezz tiegħu se jsiru b'madwar 400 operazzjoni b'enfasi fuq il- pazjenti li għandhom bżonn operazzjoni tal-irkoppa u l-ġenbejn. Barra minn hekk, din is- sena tlestiet il-binja l-ġdida ta' Medical Admissions Unit, f 'inqas minn sena u din se tkompli tgħin biex l-isptar jkun aktar effiċjenti. Matul l-2016 se jitlesta x-xogħol fuq il-hospitality lounge, li se tilqa' fiha dawk il-pazjenti li jkunu waslu biex jitilqu mill- isptar iżda jkun qed jistennew xi testijiet jew xi dokumenti meħtieġa. Din se tħaffef aktar il-proċess tad-discharges. Għal iktar informazzjoni ċemplu fuq 2138 2741 IR-RUMANZ TA' INGA BOISSEVAIN FL-ISTATIONERS EWLENIN "Se jidħol fis- seħħ PPP ieħor li permezz tiegħu se jsiru b'madwar 400 operazzjoni b'enfasi fuq il-pazjenti li għandhom bżonn operazzjoni tal- irkoppa u l-ġenbejn" Il-Ministru Konrad Mizzi jgħid li s-sistema tal-IT ġdida qed tgħin biex isir pjanar aħjar f 'Mater Dei