Illum previous editions

27 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/620226

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 27 ta' Diċembru 2015 Feature Minn munita fil-ħobż fil-Greċja Kif jiċċelebraw il-bidu ta' sena n-nies madwar id-dinja minn Veronica Lynn Mizzi It-tokkI ta' bejn lejl u ieħor, fejn minn ġurnata taqleb għal oħra matul is-sena, ftit ikunu impressjonanti jew iċċelebrati. Però, l-aħħar lejl tas-sena li jimmarka t-tmiem ta' sena u l-ftuħ uffiċjali ta' oħra, huwa differenti u speċjali, waqt li jiġi ċċelebrat madwar il-globu b'modi differenti. Minkejja li bejn pajjiż u ieħor issib tradizzjonijiet differenti tal-modi kif jitqattgħu dawn il- mumenti, wieħed faċli jinnota li ħafna minnhom jirriflettu l-istess valuri. kull tradizzjoni marbuta ma' din il-festa, għandha warajha skop li ġġib fuq in-nies sena mimlija ferħ, fortuna, saħħa u prosperità. Ammont kbir ta' pajjiżi jgħaddu dan il- lejl f 'festi u festini kollha daqq, dwal, xampanji u ċekċik ta' tazzi, iżda hemm oħrajn li minbarra dawn l-elementi, jinkludu xi tradizzjoni partikolari, li warajha dejjem ikun hemm xi ħsieb. Spanja: 12-il għenba għat-12-il xahar Greċja: Munita fil-ħobż għar-risq Ġappun: 108 daqqa tal- qniepen biex jitkeċċa l-inkwiet Fl-aħħar lejl ta' Diċembru, l-Ispanjoli għandhom l-użanza li waqt li jinġabru mal-ħbieb u l-familja fil-pjazez ewlenin sabiex jiċċelebraw l-aħħar mumenti ta' dik is-sena li tkun se tintemm, u jilqgħu bil-kbir is-sena li tkun se tibda, jieklu għenba ma' kull tokk tal-arloġġ. Hekk kif idoqqu nofsillejl, jibdew jindaqqu 12-il tokk wara xulxin, li għalihom l-Ispanjoli jieklu għenba ma' kull tokk. Dawn l-għenbiet jirrappreżentaw it-12-il xahar li hemm jistennew fis-sena l-ġdida, u jekk jirnexxielek tiekolhom kollha fil-ħin, dawn jawguraw għal sena sabiħa, u tbiegħed l-inkwiet u l-ħażen. Din it-tradizzjoni taf il-bidu tagħha madwar is-sena 1895 u tant kemm daħlet fil-kultura, l-ebda Spanjol ma tgħaddilu minn moħħu li ma jikolx dawn l-għenbiet. Għall-Griegi, l-aħħar jum tas- sena huwa ddedikat lil San Bażilju għaliex dakinhar tiġi mfakkra mewtu. F'din l-okkażjoni u minħabba tmiem is-sena, il- Griegi għandhom it-tradizzjoni li ftit wara t-tokki ta' nofsillejl li jindikaw li bdiet sena oħra, tinqasam tip ta' ħobża bejn il- membri tal-familja, li fiha tkun inħmiet munita tad-deheb, jew munita tal-Ewro, illum il-ġurnata. Il-ħobża, li tista' tkun kemm tal- ikel, kif ukoll tal-ħelu tinqasam mill-ixjeħ persuna fid-dar, u tinqata' l-ewwel biċċa għal Kristu, it-tieni għall-Madonna, imbagħad għall-persuni li jgħixu f 'dik il- familja, skont l-età mill-ikbar sal- iżgħar. Il-persuna li tinzertalha din il-munita fil-biċċa tagħha, għandu jkollha iktar xorti tajba matul is- sena. Għall-Ġappuniżi, il-lejl li jagħlaq sena u jiftaħ oħra ġdida jkun mimli daqq tal-qniepen. Fil-fatt, il-Ġappuniżi jdoqqu l-qniepen għal 108 darba, qabel mal-arloġġ iħabbar li sar nofsillejl. Dan jagħmluh sabiex juru li l-108 problema u inkwiet li kellhom, ġew eliminati u huma lesti għal sena ġdida. Hija wkoll tradizzjoni Ġappuniża li fil-31 ta' Diċembru li jittieklu tip ta' noodles partikolari għall-ikla ta' filgħaxija jew xi ħin matul il-ġurnata, u dan isir biex ħajjithom tkun twila bħal dan l-ikel li jkunu qed jieklu. Jekk dawn in-noodles jittieklu wara nofsillejl, hemm it-tradizzjoni li titkeċċa x-xorti ħażina.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - 27 Dicembru 2015