Illum previous editions

ILLUM 3 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

Q abel tpoġġu bilqiegħda biex tieħdu kikkra te tal-aktar marki pubbliċizzati, ftakru li l-weraq tax- xarba waslu minn oqsma Indjani li fuqhom jaħdmu f 'kundizzjonijiet impossibbli ħaddiema li jfakkruk fi żmien l-agħar esplojtazzjoni tal-kolonjaliżmu. Il-BBC World daħal jiddokumenta dik il- miżerja u mhux ta' b'xejn li l-managers tal-oqsma tat-te ppruvaw jimblukkaw il- kameras tal-BBC. Il-griebeċ mimlija nida u moffa, is-soqfa tat-tiben sfrundati u l-ħaddiema (uħud minnhom bilkemm għalqu t-tlettax-il sena, jinqdew għall-bżonnijiet naturali tagħhom qalb is-siġar. Il- BBC ma qagħadx lura milli jikxef l-ismijiet tal-brands: it-Tetley, il-Liptons u l-PG Tips għażliet komuni mal- Ingliżi. Għall-produzzjoni ta' pakkett te li jinbiegħ għand id-department store famuż f 'Londra, Fortnum & Mason's il-ħaddiema jkollhom jaħdmu ġimgħa sħiħa bi ħlas ta' dollaru u sittax-il ċenteżmu kuljum. Il-BBC sab skandli oħra, fosthom li l-ħaddiema jisprejjaw il-pestiċidji mingħajr maskri protettivi. U fl-isptarijiet, il-kameras sabu livell għoli ta' mard minħabba l-malnutrizzzjoni u mard terribbli ieħor b'deklin imħaffef. U din is-sena tal-ħniena… Sfidi għall-Knisja kattolika fis-sena l-ġdida Waqt il-Quddiesa Papali li saret f 'Madison Square Gardens f 'Settembru li għadda, il-Papa Franġisku, li bil-mod il-mod il-media qed tagħmlu superstar tampar Ġwanni Pawlu II, spjega x'jara li huma l-isfidi għall- Knisja Kattolika fl-2016, b'mod partikolari fl-Istati Uniti. Semma n-nuqqas dejjem jiżdied ta' fidili, nuqqas dejjem nieżel ta' vokazzjonijiet; il-kwantità ta' parroċċi li kellhom jagħlqu u l-effetti li baqgħu jinħassu wara l-iskandli tal-abbużi fuq it-tfal. F'sondaġġ dwar l-affiljazzjoni reliġjuża Amerikana, in-New Research Center sab li fl-2007 il-Kattoliċi kienu jgħoddu 23.9% imma l-2015 għalqet b'ċifra ta' 20.8%. Dan isarraf fi tnaqqis ta' tliet miljun Kattoliku, jew Kattoliku minn kull sitta li abbanduna r-reliġjon tiegħu. Anki l-iskejjel, primarji u sekondarji, qed jagħlqu. Din l-istampa qed tidher fi nħawi oħra tad-dinja Kattolika. Fl-Iskozja per eżempju, il-Knisja Kattolika għaddejja minn l-agħar kriżi mir-Riforma 'l hawn. Professur tar-riċerka fl- Università ta' Edinburgh fisser dak li qed jiġri fil- Knisja bħala 'kriżi sejżmika'. Minkejja r-rieda tajba kollha tiegħu, u minkejja r-riformi li jrid ibiddel fil-qalba tal-Vatikan stess, il-Papa Arġentin m'għandux is-saħħa li jimbotta lura l-kurrenti materjalistiċi tal-liberaliżmu-kapitalista tal-Punent. Sejjaħtli Helpline Dan hu l-programm soċjo- reliġjuż li tippreżenta kull ġimgħa Joyce Cassar. Din il-preżentattriċi bi sfond teatrali u akkademiku u b'assoċjazzjoni ma' Dun Renè Camilleri mill- Fakultà tat-Teoloġija pastorali, kellha l-kuraġġ li tesperimenta matul is-snin li ilha tippreżenta l-programmi fuq One TV, b'forom differenti ta' 'spettakli', inkluz it-teatru- forum, bis-sehem ta' atturi stabbiliti u mhumiex. Jumejn qabel il-Milied, Cassar intervistat lill-Isqof Mario Grech dwar it-tifsira tas-Sena tal-Ħniena (2016). Xi tfisser din is-sena għall- Knisja u għall-fidili? Għall-Papa Franġisku, il-Ġublew tal-Ħniena hu riflessjoni tal-misteru profond tal-grazzja. Is-Sena tal-Ħniena tikkonferma li Alla jpoġġi l-imħabba u l-miżerikordja qabel il- ġudizzju u l-kundanna, spjega l-Isqof Grech. Is-Sena tal-Ħniena għandha tfakkar fl-istorja ta-Samaritan it- Tajjeb. Mons Mario Grech (li jippreferi li jissejjaħ Dun Mario) qabbel il-ħajja ma' karru tqil, mgħobbi bil-ħmieġ, li Alla jgħin fit-tagħbija. Anki l-Knisja għandha l-karru tqil tagħha. Il-Bieb tal-Ħniena hu l-bieb li għandu jinfetaħ, mhux jingħalaq. Min-naħa l-oħra, Dun Renè Camilleri fakkar li l-Papa qed jgħid li l-Knisja għandha bżonn "ħniena, mhux sagrifiċċji" (għax dawk għandhom għeruq pagani, li jridu jberrdu l-korla ta' Alla). Il-Bieb hu miftuħ ukoll biex il-Knisja toħroġ mill- moffa tas-sagristija, biex tiltaqa' ma' dawk t'hemm barra. Bħala Knisja, konna riġidi u llum irridu l-armi jaqgħu, enfasizza Dun Renè Camilleri. Ħasra li programm bħal Sejjaħtli Helpline jixxandar f 'ħin daqstant tard (10.45pm), bħallikieku qed jitwassal għall-anzjani li jbatu biex jorqdu. Betlem f 'Għajnsielem F'Arena (One TV), il- Ministru għal Għawdex tkellem dwar il-ħafna possibilitajiet li joffri Għawdex: turiżmu reliġjuż, l-agrituriżmu, l-opra, eċċ. Mill-banda l-oħra, minħabba li ż-żgħażagħ ma jsibux biżżejjed xogħol, Għawdex jirriskja li jispiċċa fi gżira tal-anzjanità. F'Arena ngħatat ukoll attenzjoni l-attività reliġjo-etnika Betlem f 'Għajnsielem, fejn dan ir- raħal jinbidel fi presepjuħaj b'ħafna nħawi ttrasformati fi rqajja' ta' snajja' bħall- għażil tal-qoton sal-fran jaħdmu bil-faħam, id-dverni u l-kċejjen. Kien diskuss ukoll il- proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex. Il-punt hu li l-mina se tagħti ħafna aktar opportunitajiet liż- żgħażagħ biex isibu xogħol li jixirqilhom. Mill-banda l-oħra hemm il-kontro- argument li l-mina tista' tkabbar l-isfreġju ambjentali f 'Għawdex bil-periklu li l-gżira tispiċċa konġestata bit-traffiku bħal Malta. Mal-Gozo Association for the Deaf se jinbeda servizz favur persuni neqsin mis- smigħ. F'Malta hemm ukoll servizz kreattiv għall- għomja, permezz tad-drama, iżda f 'Għawdex ma jidhirx li nbdiet attività bħal din. Lura lejn Betlem f 'Għajnsielem, il-proġett ilu jseħħ seba' snin u bħala medja jieħdu sehem fih 200 ruħ. Kull Milied eluf jaqsmu l-fliegu biex jaraw l-attrazzjonijiet. Hu proġett li jirrekklama tajjeb lill- Għawdex. 18 illum | Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 BBC: Il-prezz ta' pakkett te MEDIASPOT Minn Mario azzopardi opinjoni "Minkejja r-rieda tajba kollha tiegħu... il-Papa Arġentin m'għandux is- saħħa li jimbotta lura l-kurrenti materjalistiċi tal-liberaliżmu- kapitalista tal- Punent" L-ewwel bieb tal-miserikordja infetaħ mill-Papa Franġisku fir-Repubblika Ċentrali Afrikana f 'Novembru 2015

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 Jannar 2016