Illum previous editions

ILLUM 3 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 | illum 27 ArsenAl telgħu waħedhom fil-quċċata tal- klassifika tal-Kampjonat Barclays Premier fl- Ingilterra bi 42 punt, meta ġewwa darhom fl-emirates stadium għelbu lil newcastle United bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom fil- logħba jasal minn laurent Koscielny fit-72 minuta. Dan ir-riżultat kompla jikkonferma bis-sħiħ li l-Gunners se jkunu fost l-isfidanti ewlenin għar- rebħ tal-Kampjonat wara numru ta' snin. Intant, Leicester City, li jinsabu jsegwu lill- Gunners fit-tieni post tal-klassifika b'40 punt tilfu żewġ punti prezzjużi, meta sorprendentament ġewwa darhom fil-King Power Stadium sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti u deludenti ta' mingħajr gowls kontra AFC Bournemouth. Manchester United irritornaw għar-rebħ meta ġewwa darhom f 'Old Trafford għelbu lil Swansea City bl-iskor ta' 2-1 biż- żewġ gowls għar-Red Devils jaslu minn Anthony Martial u Wayne Rooney, waqt li l-gowl uniku għal Swansea City wasal mill-plejer internazzjonali Iżlandiż, Gylfi Sigurdsson fis-70 minuta. West Ham United ġewwa darhom fil-Boleyn Stadium f 'Upton Park, għelbu lil Liverpool bl-iskor ta' 2-0, bir-Reds kienu għadhom ġejjin minn żewg rebħiet minimi ta' 1-0 konsekuttivi. Iż-żewġ gowls għall- Hammers f 'din il-logħba waslu minn Michael Antonio u minn Andy Carroll fl-10 u fil-55 minuta rispettivament. Norwich City ġewwa darhom kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Southampton bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl għalihom jasal minn Alexander Tettey fis-76 minuta. Tajjeb ngħidu li Southampton temmew il-konfront jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Victor Wanyama fit-73 minua, eżattament tliet minuti biss qabel wasal il-gowl għal Norwich City, wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Sunderland ġewwa darhom għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta' 3-1 biex komplew ikabbru l-problemi ta' dawn tal- aħħar li jinsabu fiż-żona l-ħamra, u jidhru destinati li fl-istaġun li ġej jilagħbu fiċ-Championship. Il-gowls għal Sunderland waslu minn Patrick van Aanholt u doppjetta ta' Jermain Defoe. Min-naħa l-oħra, il-gowl uniku għal Aston Villa wasal minn Carles Gil fit-63 minuta, liema plejer ġie wkoll ammonit fis-87 minuta. West Bromwich Abion ġewwa darhom kisbu rebħa ferm tajba ta' 2-1 kontra t-tim li kien għadu ġej minn sensiela ta' riżultati pożittivi, Stoke City. Il- gowls għal WBA waslu minn Stephane Sessegnon fil-61 minuta u mill-eks difensur internazzjonali Irlandiż ta' Manchester United, Jonny Evans, propju fid-90 minuta. Min-naħa l-oħra, il- gowl waħdieni għal Stoke City wasal minn Jonathan Walters li ġab id-draw momentarju fil-81 minuta. Tajjeb ngħidu li huma spiċċaw jilagħbu b'10 plejers tliet minuti biss wara li wasal dan il-gowl, meta tkeċċa għalihom il-plejer Geoff Cameron permezz ta' karta ħamra diretta. SportSillum RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 02 ta' Jannar West Ham U. vs Liverpool 2-0 Arsenal vs Newcastle U. 1-0 Manchester U. vs Swansea C. 2-1 Norwich C. vs Southampton 1-0 Sunderland vs Aston V. 3-1 WBA vs Stoke C. 2-1 Leicester C. vs Bournemouth 0-0 Il-Ħadd 03 ta' Jannar 14:30 Crystal Palace - Chelsea 17:00 Everton - Tottenham Hotspur Arsenal jitilgħu waħedhom fil-quċċata Il-plejer ta' Arsenal Olivier Giroud fl-azzjoni, bil-plejer ta' Newcastle Fabricio Coloccini isegwih Andy Carroll jiċċelebra ma' Mark Noble wara li skorja għal West Ham fil-logħba kontra Liverpool

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 Jannar 2016