Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906
28 illum Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 Sports X'għandna nistennew mid-dinja ISSENA 2015 offriet lill- pubbliku sportiv, b'mod speċjali lis-segwaċi tal- futbol mondjali diversi emozzjonijiet u spettaklu mill-aqwa. Mhux inqas nistgħu nipprevedu għas- sena l-ġdida 2016 li skont l-aħħar żviluppi minn diversi timijiet madwar l-Ewropa, jidher li daqstant ieħor se tkun wahda ferm eċitanti u li tħalli lis-segwaċi b'ħalqu miftuħ u b'qalbu ħerqana jistenna x'se tkun l-aħħar aħbar mid-dinja tal- futbol li ta' kuljum tevolvi b'ritmu mgħaġġel. Se nkunu qed nagħtu ħarsa lejn xi previżjonijiet li minn kif mexjin l-affarijiet, jidhru li se jkunu qed isiru realtà fix-xena tal-futbol mondjali fis-sena 2016: Leicester City jiksbu post storiku fl-Ewropa Jekk kien hemm tim li s'issa impressjona bil-kbir u li jista' jitqies bħala r-rivelazzjoni assoluta fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra, m'hemmx dubju li dan huwa Leicester City. Wieħed kien qed jistenna li dan it-tim, wara li kellu bidu ferm tajjeb, kien se jonqos milli jikseb il-punti f 'dawk il-logħbiet li fihom jaffronta lil timijiet li fuq il-karta huma superjuri għalih. Iżda dan tabilħaqq baqa' ma seħħx u s'issa meta għaddew erba' xhur mill- ftuħ tal-Kampjonat, dan it-tim meqjus bħala żgħir, għadu qed jokkupa l-quċċata tal-klassifika. Il-mistoqsija hija waħda, dik jekk dan it-tim hux tabilħaqq b'saħħtu biżżejjed biex ikompli f 'din il-pożizzjoni sa tmiem dan il-Kampjonat. Dan hekk kif b'kowċ bravu bħal mhuwa t-Taljan Claudio Ranieri u d-duo formidabbli fl-attakk Riyad Mahrez u Jamie Vardy, dan it- tim qed jagħmel il-meravilji. Madankollu, dan it-tim għad irid iħabbatha ma' timijiet bħal Arsenal u Manchester City, biex jiġġieled għall-unuri u jidher li din se tkun xi ħaġa kemxejn diffiċli għalihom, sforz l-esperjenza wiesa' u l-klassi ta' diversi plejers li dawn iż-żewġ timijiet konċernati jippossjedu. Madankollu, tragward li Leicester City jistgħu jilħqu, huwa dak li jiksbu kwalifikazzjoni storika fl-Ewropa, bl-akbar possibiltà realistika għalihom tkun dik li huma jiksbu post fil-UEFA Europa League. Josè Mourinho jieħu t-tmun ta' Manchester United bħala kowċ Hekk kif il-jiem tal-kowċ Olandiż Louis van Gaal fit-tmun ta' Manchester United bħala kowċ jidhru magħduda, il-favorit numru 1 biex jieħu din il- kariga mingħandu mhuwa ħadd ħlief il-kowċ ferm kontroversjali Portugiż aktar magħruf bħala l-'Ispecial One', Josè Mourinho. Din tidher li hija wkoll ix-xewqa ta' Mourinho nnifsu, hekk kif huwa lest li jaċċetta s-somma konsiderevoli ta' 16-il miljun sterlina inqas mis-salarju li huwa kellu ma' Chelsea. Pep Guardiola jieħu post Manuel Pellegrini bħala kowċ ta' Mancheser City Hija kwistjoni biss ta' meta u mhux ta' jekk, l-aħbar ta' meta l-kowċ Spanjol ta' Bayern Munich se jkun qed iħabbar b'mod uffiċjali li sa mill-istaġun li ġej se jkun qed jieħu t-tmexxija ta' Manchester City mingħand Manuel Pellegrini bħala kowċ ġdid. Dan hekk kif diġà huwa magħruf li Guardiola mhux se jkun qed jibqa' kowċ tal-ġganti Ġermaniżi Bayern Munich, b'postu se jkun qed jittieħed mill-kowċ bravu Taljan li rebaħ kull m'għandu x'joffri l-futbol mondjali fuq bażi ta' clubs, Carlo Ancelotti. L-aħbar li Pep Guardiola se jkun qed jieħu l-kariga ta' kowċ ta' Manchester City ma niżlitx daqshekk tajjeb mal-partitarji ta' Bayern Munich. Dan hekk kif filwaqt li l-istess partitarji jinsabu ferm kuntenti bl-aħbar li Carlo Ancelotti se jkun qed imexxi lit-tim tagħhom mill- istaġun li ġej, jidher li huma mhumiex daqstant ferħanin bil-fatt li għal Pep Guardiola, dawn huma biss l-aħħar ftit xhur tiegħu fit-tmun tat- tim, għax huwa jaf li l-futur tiegħu se jkun dak bħala kowċ ta' Manchester City. Dan għax skont huma, jista' jwassal biex Pep Guardiola jonqoslu l-akkaniżmu u l-għatx għar-rebħ mal-ġganti Ġermaniżi, minħabba li jaf li l-futur tiegħu mhuwiex mal-Ġermaniżi, iżda mal- Ingliżi ta' Manchester City. Intant, huwa rrapurtat li Pep Guardiola se jkollu salarju esorbitanti ta' xejn inqas minn 18-il miljun Sterlina bħala kowċ ta' Manchester City. Lionel Messi jirbaħ il-ħames Ballun tad-Deheb fil- karriera tiegħu L-attakant prolifiku Arġentin meqjus bħala fenomenu, Lionel Messi, ftit li xejn għandu bżonn ta' introduzzjoni hekk kif huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-futbol mondjali mhux biss f 'dawn l-aħħar snin iżda f 'kull żmien. Is-sena 2015 kienet waħda mill-aqwa għal dan il-plejer u kompliet iżżidlu man-numru kbir ta' trofej li huwa digà għandu fil- vetrina personali tiegħu. Dan hekk kif l-istaġun 2014/15 kien wieħed mill- aqwa fil-karriera tiegħu sa issa ma' Barcelona, meta huwa għen lit-tim tiegħu jirbaħ it-Treble hekk kif il-Katalani rebħu l-Liga Spanjola, il-Copa del Rey u l-UEFA Champions League, waqt li ftit tal-jiem ilu kien parti mit-tim ta' Barcelona li rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-Clubs. Bħal dejjem, Lionel Messi kien ferm strumentali biex it-tim immexxi mill- kowċ Luis Enrique jikseb dawn l-unuri kollha. Kawża ta' dan kollu, Lionel Messi huwa l-favorit ewlieni li jirbaħ il-ħames Ballun tad-Deheb fil-karriera illustri tiegħu, biex b'hekk isir l-aktar plejer li rnexxielu jirbaħ dan l-unur personali ferm prestiġjuż fl-istorja tal-futbol modern. Biex jirnexxielu jagħmel dan, huwa għandu sfida ma' sieħbu l-attakkant Brażiljan Plejers ta' Leicester City jiċċelebraw wara wieħed mill-gowls li skorjaw matul dan l-istaġun Pep Guardiola jħares 'il quddiem b'ottimiżmu lejn l-esperjenza l-ġdida li mistenni jkollu bħala kowċ ta' Manchester City Il-logo u ċjali tal-Kampjonat Barclays Premier -Ingilterra