Illum previous editions

ILLUM 3 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 Sports Kif Ancelotti mistenni jkompli jibni Kienet sajjetta fil- bnazzi għal diversi partitarji ta' Bayern Munich madwar id-dinja, l-aħbar li Pep Guardiola kien se jħalli lill-Bavarjani biex jingħaqad ma' xi team ieħor, fejn l-aktar li qed jissemmew huma l-ingliżi ta' Manchester City, għalkemm mhux eskluż li jista' jieħu t-tmun ta' xi tim ieħor fosthom il-Franċiżi ta' PSG. Madankollu, dawn l-istess partitarji ma tantx baqgħu ddiżappuntati bl-aħbar, għax ftit wara, sar magħruf kif il-kowċ taljan li rebaħ kull m'għandu x'joffri l-futbol mondjali, Carlo Ancelotti, kellu jkun propju hu li jieħu t-tmun tal-ġganti Ġermaniżi. Huwa fatt magħruf li Pep Guardiola kiseb suċċess konsiderevoli ma' Bayern Munich, hekk kif matul l-istaġun li għadda, għenhom jiddominaw bil- kbir u jirbħu l-Bundesliga sa minn diversi ġimgħat qabel tabilħaqq intemm il-Kampjonat. Iżda dan ma tantx jista' jitqies bħala xi tragward fenomenali għal dan it-team mimli stilel, hekk kif huwa fatt magħruf li fil-Bundesliga hemm distakk konsiderevoli bejn Bayern Munich u t-timijiet l-oħra, tneħħi xi ftit timijiet bħal Borussia Dortmund, Schalke 04 u Wolfsburg. B'hekk it- tragward ewlieni ta' Bayern Munch matul l-istaġun ikun dak li jiksbu suċċes konsiderevoli fl-Ewropa, speċjalment billi jirbħu I-UEFA Champions League. Dan matul l-istaġun li għadda ma seħħx, meta fis- semi-finali sfaw megħluba b'mod umiljanti b'riżultati kbar mill-Katalani ta' Barcelona. Barra minn hekk, jidher li Pep Guardiola ma rnexxielux inissel fil-plejers tiegħu filosofija rebbieħa, waqt li huwa ċar ukoll li huwa ma ħejjiex it-triq li twassal għas-suċċess għall-kowċis ta' warajh biex ikomplu fejn ħalla hu, kif kien għamel meta ħalla lil Barcelona biex postu ħadu Tito Vilanova. B'hekk l-għażla naturali ma setgħetx ma taqax fuq il-kowċ b'CV mill-aqwa u li l-umiltà tispikka bil-kbir fih, Carlo Ancelotti. Kull fejn kien, rebaħ l-unuri. Dan hekk kif rebaħ kampjonati fl-Italja ma' AC Milan, fl-Ingilterra ma' Chelsea, u fi Franza ma' PSG. Naqas biss li jirbaħ il-Liga Spanjola ma' Real Madrid, hekk kf fl-istaġun 2014/15, Real Madrid spiċċaw fit-tieni post, iżda tajjeb niftakru li mal- Galacticos, huwa rebaħ il- UEFA Champions League, lura fl-istaġun 2013/14. B'hekk jekk wieħed jieħu in konsiderazzjoni l-istaġun 2014/15, żgur li l-Los Blancos ma marrux ħażin, hekk kif temmew fit- tieni post tal-Liga u sfaw eliminati minn Juventus biss fis-semi-finali tal- UEFA Champions League. Iżda Real Madrid mhuwiex club kwalunkwe, u jekk fl- aħħar tal-istaġun, it-trofej ma jaslux lejn Madrid, il-kowċ li jmexxi lill-club ikun fil-periklu, kif fil-fatt ġara lil Carlo Ancelotti. Ftit qabel ma tneħħa mill-president ta' Real Madrid, Florentino Perez, mill-kariga tiegħu ta' kowċ, Carlo Ancelotti, kien ħabbar li kien se jieħu sena sabbatika, biex imur f 'Vancouver, fil- Kanada, fejn hemmhekk kien se jkun qed jagħmel operazzjoni maġġuri f 'dahru, iktar magħrufa bħala dik tal-'islip disc'. Madankollu, it-tneħħija ta' Carlo Ancelotti minn kowċ ta' Real Madrid, ma tantx tidher li solviet l-problemi tal-Galacticos, hekk kif jidher li l-coach Rafa Benitez ma tantx irnexxielu jimla l-vojt li ħalla Carlo Ancelotti fil-kamp ta' Real Madrid. Dan huwa xhieda ċara fid-diversi riżultati, xi drabi umiljanti, li huma sofrew, fosthom dak tal-21 Carlo Ancelotti mistenni jnessi malajr lil Pep Guardiola minn imħuħ il-partitarji ta' Bayern Munich bil-mentalità rebbieħa tiegħu 600 student jieħdu sehem fil-Primary Schools Basketball Coaching Clinic Sitt mitt tifel u tifla tal-raba', ħames u sitt klassi tal-iskejjel primarji minn madwar Malta ħadu sehem fil-Primary Schools Basketball Coaching Clinic li kien organizzat mill-Sport Promotion Unit, fi ħdan Sport Malta, b'kollaborazzjoni mal- Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball. Kowċis mill-klabbs ta' Hibernians, Siġġiewi u Floriana kienu preżenti biex jagħtu sostenn lil din l-attività. L-enfasi ta' din l-attività kien li tagħti lill- parteċipanti l-opportunità li jtejbu l-aġilità, l-bilanċ u l-koordinazzjoni (ABCs) permezz tal-logħba tal-basketball. L-Isport Promotion Unit jorganizza bosta attivitajiet bbażati fuq l-ABCs tal-isport għaliex jemmen li dawn huma essenzjali biex jgħinu lill- istudenti jilħqu livelli aħjar fil-fiżika tagħhom. Matul din l-attività t-tfal kellhom l-opportunità li jtejbu l-ħiliet fundamentali permezz ta' workshops varji taħt is-superviżjoni ta' kowċis ta' esperjenza fil-faċilitajiet tal-basketball f 'Ta' Qali u fil-Kumpless Sportiv ta' Ħal-Kirkop. Kienet ġurnata ta' divertiment u esperjenza differenti fit-tagħlim għal dawn l-istudenti. Il-Basketball Coaching Clinic huwa biss wieħed mill-bosta coaching clinics li l-Isport Promotion Unit jorganizza għall- istudenti. Filfatt sa issa diġa saru coaching clinics fid-dixxiplini tal-handball, ġinnastika u anke tal- volleyball Il-coaching clinic tal- basketball li jmiss se jsir nhar is-16 ta' Frar li ġej. Uħud mill-istudenti li ħadu sehem fil-Primary Schools Basketball Coaching Clinic

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 Jannar 2016