Illum previous editions

ILLUM 3 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/621906

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 03 ta' Jannar 2016 Aħbarijiet Jitlesta x-xogħol infrastrutturali fuq il-proġett għat-taffija tal-għargħar Ix-xogħol ta' tħaffir ta' mini taħt l-art u infrastrutturi oħrajn fuq il-komponenti kollha tal- proġett nazzjonali għat- taffija tal-għargħar tlesta. Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi qal li dan il-proġett għandu jnaqqas l-impatt tal- għargħar però ma jfissirx li se jsolvi l-problemi tal- għargħar fil-pajjiż kollu. Huwa qal li fiż-żmien li ġej, il-Gvern se jkun qed jistudja l-effetti fuq inħawi oħrajn li ma kinux inklużi fil-proġett u jara kif jista' jimplimenta xogħlijiet addizzjonali biex anki hawn tittaffa l-problema tal-għargħar. Dan il-proġett, parzjalment iffinanzjat mill-UE, għandu l-iskop li jgħin fit-taffija tal-għargħar f 'diversi lokalitajiet bħal Birkirkara, Ħal Lija, Msida, Ħal Balzan, Ħ'Attard, Iklin, Gżira, Wied il-Għajn, Ħaż- Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi u l-Marsa. Permezz tiegħu, se jkunu qed jiġu affettwati b'mod pożittiv kważi 17,000 persuna direttament u aktar minn 213,000 persuna indirettament. Madwar 4,500 proprjetà se jibbenefikaw ukoll minn dan il-proġett. Barra li se jgħin fit-taffija tal- għargħar, huwa mistenni wkoll li l-ilma tax-xita jiġi mmaniġġjat aħjar biex kemm jista' jkun, jintuża bħala riżorsa. Il-proġett, li b'kollox involva investiment ta' madwar €55 miljun, kien jinkludi l-bini ta' madwar 16-il kilometru ta' mini taħt l-art, b'dijametru ta' bejn 3 metri u 6.5 metri biex jilqgħu fihom l-ilma tax- xita minn postijiet li jsofru l-aktar għargħar. Jinkludi wkoll ġibjun u gandotti u gradilji fit-toroq flimkien mal-bini mill-ġdid ta' pontijiet li jevitaw li l-ilma jispiċċa f 'żoni vulnerabbli għall-għagħarar filwaqt li jieħu ħsieb li jilqa' kemm jista' jkun ilma għall- konservazzjoni. Fil-komponent tal-Gżira, inbena ġibjun li kapaċi jilqa' fih madwar 10,000 metru kubu ta' ilma li jkun ġej minn Wied Għollieqa u li qabel kien ifur fi Triq Ġuże Miceli u l-akwati tal- madwar u jibqa' sejjer sax- xatt tal-Gżira. Dan il-ġibjun kien mibni b'tali mod li jħalli l-ilma jipperkola taħt l-art biex iżid mal-ħażna tal-ilma ta' taħt l-art. Il- ġibjun se jservi wkoll biex fih ikun ippumpjat ilma li se jinġabar fil-mina tal- komponent ta Birkirkara/ Msida u b'hekk ikunu riċiklati madwar 270,000 metru kubu ta' ilma tax- xita. Il-komponent ta' bejn Birkirkara u l-Imsida huwa l-akbar wieħed, b'tul ta' 11-il kilometru ta' mini taħt l-art, fejn inbnew ukoll 730 metru ta' gradilji u culverts li jilqgħu l-ilma tat-triq, 52 sedimentator li jaqbdu żjut u trabijiet mit-toroq u 450 metru ta' culverts fl-Iklin li jilqgħu l-ilma li jinżel f 'din iż-żona min-Naxxar. Il-komponent ta' Ħaż- Żebbuġ kien jinkludi l-bini ta' żewġ mini b'tul ta' 2.3 kilometri, madwar 204 metru ta' gradilji u culverts li jilqgħu l-ilma tat-triq u jwassluh fil-mini, 9 sedimentators u 400 metru ta' culverts f 'żewġ toroq ewlenin. Il-komponent ta' bejn Ħal Qormi u l-Marsa kien jinkludi t-twaqqigħ u kostruzzjoni mill-ġdid ta' tliet pontijiet, il-ftuħ ta' fetħa ħdejn il-pont li hemm fi Triq San Bastjan, il-bini ta' żewġ culverts kbar il-wisa' tat-triq kollha u tul ta' 550 metru kull wieħed, il-bini ta' erba' culverts kbar taħt Triq Aldo Moro b'tul ta' 110 metru kull wieħed, żewġ culverts oħra b'tul ta' 100 metru kull wieħed ħdejn il-pont l-antik fil-korsa tal-golf, u saru wkoll numru ta' culverts ta' madwar 625 metru tul f 'diversi toroq f 'Ħal-Qormi. Il-komponent ta' bejn Ħaż-Żabbar u Wied il- Għajn, kien jikkonsisti f 'mina ta' 3.2 kilometri, 200 metru ta' spralli u culverts, u 19-il sedimentator. Fuq il-kosta bejn ix-Xgħajra u Ħaż-Żabbar, inbniet struttura li tikkontrolla l-ħruġ tal-ilma tax-xita li jinżel fil-baħar billi jinżamm parti minnu għall- konservazzjoni u li permezz tagħha, se jiġi kkonservat medja ta' 30,000 metru kubu ta' ilma tax-xita kull sena. Il-proġett nazzjonali għat-taffija tal-għargħar se jiġi nawgurat uffiċjalment fil-ġranet li ġejjin. Il-PN jgħid li l-Gvern qed jisraq lill-poplu bil-prezzijiet tal-fuel FI stqarrija li ħareġ il-Partit Nazzjonalista, fakkar li tul l-aħħar ġimgħat, il-prezz taż-żejt kompla nieżel drastikament, "anke sa $35 l-barmil, li huwa l-aktar livell baxx għal aktar minn seba' snin. Dan fisser li l-prezz waqa b'75%," sostna l-PN li kompla jgħid kif dan qed iwassal biex konsumaturi u sidien ta' negozji madwar l-Ewropa jgawdu minn roħs sostanzjali fuq il-prezz tal-petrol u d-diesel. "Konsumaturi f 'pajjiżi bħal Ċipru, l-Ungerija u Franza raw roħs ta' kważi 30 ċenteżmu fl-aħħar 12-il xahar." Din l-istqarrija tiġi wara li l-Gvern kien ħabbar tnaqqis fil- prezziiet tal-fuel għal dan ix- xahar. Fil-fatt il-petrol se jkun qed jorħos 3ċ u d-diesel se jkun qed jorħos b'4ċ. Il-PN kompla jgħid iżda, li mhux l-istess jgħodd għall- konsumaturi u sidien ta' negozji Maltin u Għawdxin. "Wara xhur sħaħ fejn il-Gvern żamm għalih il-benefiċċji ta' dan ir-roħs internazzjonali, f 'Jannar, waqt li l-prezz taż-żejt qed ikompli nieżel, se jagħti roħs miżeru ta' 3 ċenteżmi fuq il-petrol u 4 ċenteżmi fuq id-diesel." Barra li jaffettwa l-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin, u jnaqqsilhom l-ispending power, id-deċiżjoni ta' Joseph Muscat li jżomm il-prezz tal-fuel fost l-ogħla fl-Ewropa timmina l-kompetittività tan- negozji ta' pajjiżna. Il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Gvern biex ma jkomplix għaddej b'dan is-serq u jagħti dak li hu mistħoqq lill- familji u negozji Maltin. It-tħaffir tal-mini taħt l-art kien parti mill-pjan għat-taffija tal-għargħar Ir-regoli tax-Schengen f 'pajjiżna lura fis-seħħ Il-MINIstErU tal-Intern u s-sigurtà Nazzjonali fi stqarrija lbieraħ avża lill-pubbliku li l-kontrolli temporanji tal-fruntiera fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u fit-terminal tal- Passiġġieri fil-Belt Valletta għal tluq u wasliet minn stati fiż-żona schengen li kienu ddaħħlu fis-seħħ sal- 31 ta' Diċembru 2015, kif previst issa waqfu. Is-sistema rritornat lura għan-normal, imħaddma hekk kif mitluba mir-regoli tax-schengen. Fl-aħħar jiem, il-komunità internazzjonali żammet allert minħabba ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena f 'diversi ibliet madwar l-Ewropa. Malta qatt ma kellha theddid fuqha, u huwa b'hekk li llum il-Gvern huwa f 'pożizzjoni li jħabbar li r-regoli tax-Schengen issa reġgħu jinsabu fis-seħħ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 Jannar 2016