Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745
Il-Ħadd 10 ta' Jannar 2016 | illum 11 Intervista pajjiżna se jkollu Air Malta ġdida' allura jekk l-aktar kandidata preferuta hija l-Etihad f 'dan il- konsolidament, bit-tweġiba tkun iktar skjetta din id-darba, anke jekk mhux eżattament dak li xtaqt nisma jien. "Ma nistax ngħid min hu s-sieħeb strateġiku għax qegħdin f 'mument sensittiv u ma rridx nippreġudika n-negozjati." Flotta li tikber għal bejn 12 u 13-il ajruplan Huwa jgħid li l-objettiv tal- Gvern hu li l-flotta ta' ajruplani tal-Airmalta tiżdied għal bejn 12 u 13. 'Imma skużi, dan il-Gvern ma naqqasx il-flotta preżenti?' nistaqsih mill-ewwel. Jirribatti billi jgħid li "t-tnaqqis mhux l-objettiv. L-objettiv tagħna huwa li l-Airmalta jkollha bejn 12 u 13-il ajruplan. Dak li qed isir bħalissa huwa parti mill-programm ta' ristrutturar li aħna obbligati nonoraw, anke jekk huwa ftehim li sar minn Gvern Nazzjonalista. X'se tkun il-mediċina l-morra? Tkeċċijiet jew tnaqqis fil- perkaċċi? Fl-analiżi tal-ILLUM (ara paġni 6 u 7), iffukajna fuq il-każ tal- Alitalia u mingħajr wisq sorpriżi, sibna li għalkemm ix-xiri ta' 49% tal-ishma mill-Etihad sarrfu f 'aktar kompetizzjoni u aktar għażla, issarrfet ukoll f 'sagrifiċċji mill- ħaddiema. 'Se jkollok bħala Ministru u bħala parti mill-Gvern tliet għażliet', fakkart lil Zammit Lewis. Dawn huma li jew jitnaqqsu n-numru ta' impjiegi, jew inkella li jitnaqqsu l-pagi jew inkella li jinqatgħu xi perkaċċi. Kif jingħad bl-Ingliż, 'something's gotta give', ma jistax ikollok bidla daqshekk drastika u ma jkollokx xi tnaqqis minn hawn u minn hemm. Liema minn dawn it- tlieta qiegħed jeskludi l-Gvern? Jew mhu qed jeskludi xejn? Zammit Lewis jgħid li għalih il- ħaddiema huma komponent ewlieni f 'dawn in-negozjati. "Il-ħaddiema huma għal qalbi u għamlu ħafna sagrifiċċji, ikkoperaw magħna u wasalna fejn wasalna grazzi għall- maniġment imma, mingħajr dubju, grazzi għall-ħaddiema wkoll." Mill-ewwel iżid jgħid iżda li "ma rrid nidħaq b'ħadd. Dawn huma l-isfidi ewlenin u qed naraw kif id-deċiżjoni tagħna se timpatta l-inqas lill-ħaddiema." Naturalment dan ifisser li kif irrimarkajtlu qabel, xi ftit jew wisq ta' għafsa se jkun hemm. "Però," interrompa mill- ewwel il-Ministru "tarax biss l-Alitalia f 'dak li għandu x'jaqsam ma' akkwisti għax din hija linja tal- ajru kbira. Ħares lejn linji oħrajn li akkwistat ishma fiha l-Etihad u li huma iżgħar fid-daqs. Li hu ċert huwa li rridu nwaqqfu t-tkabbir negattiv jew status quo ta' bħalissa." Allura l-Gvern mhux jeskludi li jkun hemm tnaqqis fin-numru ta' impjieg jew inqas perkaċċi? "Huwa stadju prematur fin- negozjati biex inwieġbek. Li nista' ngħid huwa li tim partikolari bħalissa, min-naħa tal-Gvern, se jkun qed jitkellem ma' kull union tal-ħaddiema u li l-ħaddiema huma l-ewwel fil-lista tal-prioritajiet tagħna." Sas-sajf ikollna Airmalta 'ġdida' Etihad jew le iżda, kemm tista' tkun xi ħaġa tajba jew ħażina l-fatt li l-linja nazzjonali jkollha sieħeb strateġiku? Zammit Lewis jasserixxi mill- ewwel li, "bla dubju fit-terminu ta' żmien medju u anke fit-tul, sieħeb strateġiku jiggarantixxi tkabbir b'network ikbar, b'destinazzjonijiet ġodda, li l-Airmalta tkun parti minn grupp li għandu ftehim ta' code shares ma' pajjiżi oħrajn u li fl- aħħar mill-aħħar joffri taħriġ aħjar lill-ħaddiema. Ma ninsewx," ikompli l-Ministru, "kif inhi l-Airmalta illum, m'għandhiex ir-riżorsa biex toffri dan it-taħriġ, li fl-aħħar mill-aħħar jagħti aktar żvog u jkabbar il-potenzjal ta' dawk kollha li għandhom jew jixtieq ikollhom karriera f 'dan is-settur." Allura dan il-proċess kollu meta mistenni jiġi fi tmiemu? Zammit Lewis ma jdumx wisq jaħsibha u jgħid li "rridu nkunu għalaqna kollox fl-ewwel sitt xhur tas-sena. Bħalissa qed naħdmu kull minuta biex sas-sajf ikollna Airmalta 'ġdida'." Dwar l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, Zammit Lewis ma xtaqx jitkellem wisq ħlief li qal li, "kieku kelli nitkellem dwar x'għamel ħażin il-PN fl-Airmalta jew x'suppost għamel li kien tajjeb u m'għamilx, tista' taqbad il-gazzetta kollha u tagħtihieli biex nimlieha." Il-kundizzjonijiet tax-xogħol: L-objettiv tal-Gvern din is-sena Intant lejn l-aħħar tal-intervista tkellimna wkoll dwar il-proġett tal-ITS li mistenni jsir fi Smart City b'investiment ta' €56 miljun. Zammit Lewis jgħid li minkejja t-tijib li sar f 'dawn l-aħħar xhur il-Gvern irid aktar. Irid li l-istudenti jkollhom faċilitajiet aħjar u jixtieq li n-numru ta' studenti jiżdied. "Ir-rata li bih ikunu assorbiti studenti tal-ITS fid-dinja tax-xogħol hija tajba ħafna tant li kważi kollha jsibu xogħol qabel biss jispiċċaw l-istudji. Għalhekk irridu aktar studenti għax biex ikollok prodott ta' kwalità jeħtieġ li jkollok ukoll nies ta' kwalità. Il-Ministru Zammit Lewis jagħlaq b'tema li din il-gazzetta ilha tisħaq dwarha, jiġifieri l-kundizzjonijiet tax-xogħol f 'dan is-settur. "Qed isiru profitti kbar, nistenna li parti minn dak il-ġid jinżel għand il- ħaddiem. Is-suċċess jien inkejlu b'kemm dak il-ġid qed jinħass minn kull ħaddiem fil-lukanda u nemmen f 'dan għax jien parti minn Gvern Laburista." Il-Ministru qal li matul din is-sena, il-kundizzjonijiet tax- xogħol ta' dawk li jaħdmu fis- settur turistiku se jkunu wieħed mill-objettivi tal-2016. "Irridu nikkonvinċu aktar nies biex jagħżlu impjieg fit-turiżmu imma biex nagħmlu dan, irridu naċċertaw li l-kundizzjonijiet jkunu tajbin." Irridu nkunu għalaqna kollox fl-ewwel sitt xhur tas-sena. Bħalissa qed naħdmu kull minuta biex sas- sajf ikollna Airmalta 'ġdida' " " Ritratt: Ray Attard