Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745
Il-Ħadd 10 ta' Jannar 2016 | illum 21 TELEVIXIN Ikel Ingredjenti: 3 magħref butir • Kikkra ross arborio • 3 kikkri stokk tat-tiġieġ • 2-3 kikkri brokkoli mqatta' biċċiet • 2 kikkri ġobon maħkuk • Metodu: Sajjar il-brokkoli fil-microwave jew fuq in-nar. 1. Fil-microwave: Poġġi l-brokkoli fi skutella flimkien ma' 3-4 magħref ilma. Għatti u sajjar għal 3-4 minuti sakemm jirtabu. Saffi u ħalli fil- ġenb. Fuq in-nar: Għalli ftit ilma f 'borma u sajjar għal 3-4 minuti sakemm jirtabu. Qatta' l-brokkoli biċċiet żgħar. Saħħan l-istokk tat-tiġieġ f 'kazzola u ibda' r-ross. 2. F'borma, dewweb il-butir fuq nar medju, u żid 3. ir-ross u ħawwad sew. Ħallih isir għal madwar 3 minuti, waqt li tħawwad kultant. Wara 3 minuti, żid kikkra stokk tat-tiġieġ u 4. ħallih itektek sakemm l-ilma jkun inxtorob kważi kollu. Żid it-tieni kikkra stokk u ħawwad, u erġa 5. stennih itektek sakemm il-likwidu jkun inxtorob. Żid l-aħħar kikkra stokk, u kompli ħawwad. 6. Kif ikun se jinxtorob l-aħħar ftit likwidu, żid il-brokkoli msajjar u ħawwad. Neħħi minn fuq in-nar u żid il-ġobon. Ħawwad 7. sakemm idub. Riżotto tal-Brokkoli Se jinżlulek għasel żgur minn Veronica Lynn Mizzi Ingredjenti: 4 isdra tat-tiġieġ (jew koxox bla • għadam) Kikkra stokk tat-tiġieġ • 2 magħref meraq tal-lumi • 2 sinniet tewm mgħaffġin • ½ kuċċarina trab taċ-ċilì • 1 magħrfa żejt taż-żebbuġa • 1 basla żgħira mqatta' • 2 magħref butir mielaħ • ¼ kikkra krema friska • 2 magħref tursin imqatta' • Metodu: B'martell tal-kċina, sawwat it-tiġieġ 1. biex tiċcattja u roxx ftit bżar u melħ fuq iż-żewġ naħat tat-tiġieġ. Ħallat flimkien fi skutella is-stokk 2. tat-tiġieġ, meraq tal-lumi, tewm u ċilì. Saħħan iż-żejt taż-żebbuġa f 'taġen li 3. jista' jiddaħħal fil-forn. Żid it-tiġieġ u sajjar għal madwar 2-3 minuti fuq kull naħa. M'hemmx għalfejn isiru kompletament għax se jkompli jissajru fil-forn. Poġġi t-tiġieġ fi platt. Baxxi n-nar u żid il-basal flimkien 4. mat-taħlita tal-istokk tat-tiġieġ. Ħawwad sew flimkien. Ħalli z-zalza ttektek għal madwar 8-10 minuti sakemm jinxtorob. Meta z-zalza tkun għaqdet, neħħi 5. minn fuq in-nar u żid il-butir. Ħawwad sew sakemm idub kompletament. Żid il-krema u ħawwad sew. Erġa' poġġi fuq in-nar għal mhux iktar minn 30 sekonda. Thallix iz-zalza tibda tagħli. Erġa' neħħi min-nar u żid it-tiġieġ u 6. ħallat sew biex it-tiġieġ ikun miksi biz-zalza. Kompli sajjar fil-forn għal madwar 7. 5-8 minuti f 'forn ta' 220˚C jew sakemm it-tiġieġ ikun sar kompletament. Servi sħun bit-tursin imqatta' fil- 8. wiċċ u flieli tal-lumi. Tiġieġ biz-zalza tat-tewm u l-lumi