Illum previous editions

ILLUM 10 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Jannar 2016 | illum 29 Sports Arsenal u Manchester City fir-raba' rawnd tal-FA Trophy mingħajr tbatija RIŻULTATI FA CUP It-Tielet Rawnd FIXTURES Is-Sibt 9 ta' Jannar Wycombe W. vs Aston Villa 1-1 Arsenal vs Sunderland 3-1 Birmingham C. vs Bournemouth 1-2 Brentford vs Walsall 0-1 Colchester U. vs Charlton A. 2-1 Doncaster Rovers vs Stoke City 1-2 Eastleigh vs Bolton Wanderers 1-1 Everton vs Dagenham&Redbrid. 2-0 Hartlepool United vs Derby C. 1-2 Huddersfield Town vs Reading 2-2 Hull C. vs Brighton & Hove A. 1-0 Ipswich Town vs Portsmouth 2-2 Leeds U. vs Rotherham U. 2-0 Middlesbrough vs Burnley 1-2 Newport C. vs Blackburn R. POSP. Northampton Town vs MKD 2-2 Norwich C. vs Manchester C. 0-3 Nottingham F. vs QPR 1-0 Peterborough U. vs Preston North End 2-0 Sheffield Wednesday vs Fulham 2-1 Southampton vs Crystal Palace 1-2 Watford vs Newcastle United 1-0 WBA vs Bristol City 2-2 West Ham U. vs Wolves 1-0 Bury vs Bradford City 0-0 Il-Ħadd 10 ta' Jannar 13:00 Oxford United vs Swansea City 15:00 Carlisle United vs Yeovil Town 15:00 Chelsea vs Scunthorpe United 17:00 Tottenham H. vs Leicester C. 19:00 Cardiff C. vs Shrewsbury Town Kampjonat Serie A TIM Fixtures Is-Sibt 9 ta' Jannar Carpi vs Udinese 2-1 Il-Ħadd 10 ta' Jannar 12:30 Inter vs Sassuolo 15:00 Atalanta vs Genoa 15:00 Bologna vs ChievoVerona 15:00 Frosinone vs Napoli 15:00 Hellas Verona vs Palermo 15:00 Torino vs Empoli 20:45 Sampdoria vs Juventus It-tielet rawnd tal-FA Cup ArsenAl u Manchester City ma tantx tħabtu biex kisbu post fir-raba' rawnd tal-FA Trophy. Dan hekk kif il-Gunners ġewwa darhom fl- emirates stadium għelbu lil sunderland bl-iskor ta' 3-1waqt li Manchester City barra minn darhom għelbu lil norwich City bl-iskor ta' 3-0. Biex nieħdu logħba logħba, il-gowls għall- Gunners waslu minn Joel Campbell, Aaron Ramsey u Olivier Giroud li rnexxielhom isibu x-xibka wara li kienu propju Sunderland li fetħu l-iskor permezz ta' Jeremain Lens fis-16-il minuta. Intant, it- tliet gowls għal Manchester City fir-rebħa faċli tagħhom kontra Norwich City, waslu minn Sergio Aguero, Kelechi Iheanacho u Kevin de Bruyne. Crystal Palace barra minn darhom kisbu kwalifikazzjni li ma tantx kienet mistennija, hekk kif barra minn darhom għelbu lil Southampton bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Joel Ward u Wilfried Zaha waqt li l-gowl uniku għas- Saints wasal minn Oriol Romeu fil-51 minuta. Watford ġewwa darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Newcastle United bil-gowl waħdieni tagħhom fil-logħba jasal minn Troy Deeney fl-44 minuta. It-tim li jinsab ankrat fil-qiegħ tal-klassifika tal-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra, Aston Villa, irreġistra riżultat diżappuntanti u deludenti ieħor, meta barra minn daru safa miżmum fi draw ta' 1-1 minn Wycombe Wanderers, bil- gowl għalihom jasal minn Micah Richards, waqt li Wycombe Wanderers ġabu l-iskor indaqs permezz ta' penalty ta' Joe Jacobson fil-50 minuta. AFC Bournemouth barra minn darhom kisbu rebħa ta' 2-1 kontra Birmingham City, bil-gowls għalihom jaslu minn penalty ta' Lee Tomin u gowl ta' Glenn Murray. Tajjeb ngħidu li kienu propju Birmingham City li fetħu l-iskor fl-40 minuta permezz ta' Michael Morrison. Stoke City barra minn darhom għelbu lil Doncaster Rovers bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Peter Crouch u Jonathan Walters. Intant, Nathan Tyson kien ġab id-draw momentarju għal Doncster Rovers fil-25 minuta. Everton ġewwa darhom f 'Goodison Park għelbu lil Dagenham & Redbridge bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Arouna Kone u minn penalty ta' Kevin Mirallas. Nottingham Forest ġewwa darhom għelbu lil Queens Park Rangers bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl għalihom jasal minn Jamie Ward fit-23 minuta. West Bromwich Albion, ġewwa darhom sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta' 2-2 minn Bristol City, biż- żewġ gowls għalihom jaslu minn Saido Berahino u minn James Morrison, propju fid-90 minuta. Min-naħa l-oħra, il-gowls għal Bristol City waslu minn Jonathan Kodija u minn Kieran Agard. Wieħed stenna iktar minn West Ham United, li ġewwa darhom fil-Boleyn Stadium f 'Upton Park, kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra t-tim inferjuri ta' Wolverhampton Wanderers, bil-gowl uniku tagħhom fil-logħba jasal minn Nikica Jelavic tard fil-logħba, eżattament fl-84 minuta. Intant fil-Kampjonat Serie A TIM fl-Italja, Carpi ġewwa darhom kisbu rebħa ta' 2-1 meta għelbu lil Udinese bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Lorenzo Pasciuti u Lorenzo Lollo, waqt li l-gowl uniku għal Udinese wasal minn Duvan Zapata fit-72 minuta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 Jannar 2016