Illum previous editions

ILLUM 10 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 10 ta' Jannar 2016 Sports Tragward storiku ieħor għad-dipartiment tar-referis fl-MFA Waqt serata li ġiet organizzata b'mod impekkabbli mis-settur tar-Refereeing tal-MFa f 'lukanda ewlenija fil- Furjana, nhar it-tnejn li għadda, ġew ippreżentati l-FIFa Badges lil 17-il referee internazzjonali tal-FIFa. Dan huwa riżultat ieħor li jirrifletti biċ-ċar il-ħidma ma taqta' xejn tad-dipartiment tar-referees fi ħdan l-MFA immexxi b'abbiltà mill-Kap Adrian Casha, bil-koperazzjoni sħiħa tal-amministrazzjoni ċentrali tal-MFA fosthom il-president Norman Darmanin Demajo u s-Segretarju Ġenerali Bjorn Vassallo. U propju għal dawn iż-żewġ persuni li l-istess Adrian Casha kellu kliem ta' tifħir waqt l-indirizz tiegħu, hekk kif fi kliemu, huma dejjem jagħtu sapport massimu lid-dipartiment tar-referees fi ħdan l-MFA għall-akbar ġid ta' dan is-settur ferm importanti fil-logħba tal-futbol lokali. Waqt l-indirizz tiegħu, Adrian Casha, kompla li dan huwa tragward ieħor li wasal sforz ta' ħidma kollettiva mill-persuni kollha konċernati, li wassal ukoll biex fost l-oħrajn Malta kisbet it-tieni Badge tal-FIFA fil-Futsal. Dan hekk kif ingħatat FIFA Badge lir-referee Clinton Mario Cassar, fejn hawnhekk Adrian Casha ħa spunt u semma storja interessanti rigward dan ir-referee żagħżugħ. Dan hekk kif huwa għamel xi żmien fejn qata' qabu li kien se jilħaq l-ogħla livelli fil-karriera tiegħu bħala referee tal-futsal u saħansitra kien irtira għal xi żmien mir-refereeing. Iżda propju r-referee l-ieħor tal-futsal li għandu l-badge tal-FIFA, Franco Cachia, meqjus bħala wieħed fost l-aqwa referees u fost l-aktar stabbiliti f 'dan l-isport, ħeġġeġ bis-sħiħ lil Clinton Mario Cassar biex jerġa' jirritorna fl-azzjoni u huwa hekk għamel. Iżda tajjeb ngħidu li l-istess Clinton Mario Cassar kien f 'kompetizzjoni ma' Franco Cachia fejn tabilħaqq seta' jeħodlu postu bħala FIFA Referee, tant kemm kien qed ikollu prestazzjonijiet tajba. Iżda l-MFA fil-persuna ta' Adrian Casha spjega din is- sitwazzjoni lill-FIFA, u din allokat it-tieni Badge tal- FIFA fil-Futsal lil pajjiżna li marret propju għand ir- referee ta' 33 sena, Clinton Mario Cassar. Adrian Casha faħħar ukoll fost l-oħrajn lir-referee Jude Amin Utulu, fejn iddeskrivieh bħala wieħed mill-aqwa referees tal- Beach Soccer bħalissa mhux biss fl-Ewropa iżda wkoll fid-dinja, fejn huwa żamm ukoll il-FIFA Badge bħala referee tal-Beach Soccer. Miegħu jirrapreżenta lil pajjiżna f 'dan l-isport bil- FIFA Badge hemm ukoll ir-referee Stefan Pace. Adrian Casha kompla biex faħħar id-determinazzjoni sħiħa tar-referees żgħażagħ ta' 30 sena Trustin Farrugia Cann u Fyodor Zammit, li wasslithom biex jiksbu l-FIFA Badge waqt li rringrazzja lil-referee Adrian Azzopardi, li ma kienx preżenti għal din is-serata għas-sena servizz li ta fuq il-FIFA Panel bħala referee. Intant, l-assistant referee ta' 29 sena, Luke Portelli, se jkun inkluż fuq il-lista tal- FIFA bħala assistant referee internazzjonali għall-ewwel darba. Flimkien ma' Trustin Farrugia Cann u Fyodor Zammit, żammew isimhom fuq il-panel tal-FIFA, iż- żewġ referees ta' esperjenza liema bħalha fis-settur tar- refereeing Clayton Pisani u Alan Mario Sant, waqt li Alan Camilleri, William Debattista, Mitchell Scerri, Edward Spiteri, Jurgen Spiteri, Duncan Sultana u Roberto Vella ġew approvati bħala FIFA Assistant Referees. Esther Azzopardi żammet postha bħala l-unika referee mara Maltija fuq il-Panel tal-FIFA. Adrian Casha semma b'mod partikolari lil Marco Borg u ppreżentalu memento hekk kif dan ta xejn inqas minn 25 sena servizz lill-futbol Malti bħala referee tal-ogħla livell, u mistenni jirtira mill-football fl-aħħar ta' dan l-istaġun, waqt li l-logħba ta' ħbiberija bejn Hibernians u PSV Eindhoven kienet propju l-aħħar waħda tiegħu fix- xena internazzjonali. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas Adrian Casha tenna li waqt li l-MFA hija ferm kuntenta u sodisfatta b'dawn it-tragwardi storiċi milħuqa minnha li waslu frott ta' ħidma intensiva, viżjoni u perseveranza, hija mhux se tieqaf hemm u fl-2017, se tkun qed tfittex li saħansitra iżżid in-numru ta' referees Maltin fuq il-panel tal- FIFA. Tajjeb ngħidu li din kienet it-tieni sena konsekuttiva li Malta rnexxielha tkabbar in-numru ta' FIFA Badges għall-uffiċjali tagħha. Fl- 2014, in-numru totali ta' uffiċjali internazzjonali fuq il-panel tal-FIFA kien dak ta' 13, waqt li fl-2015 in- numru kien tela' għal 16. Ir-referis u assistenti referis li għandhom il-Badge tal-FIFA flimkien ma' Alex Manfrè, Adrian Casha u Kevin Azzopardi Ritratt - Joe Borg 'Irrid ngħin lil Balzan jilħqu l-ambizzjoniet li għandhom' - Paul Fenech Fost l-aktar trasferimenti li għamlu ħoss lokalment s'issa fit-tieqa tat- trasferimenti ta' Jannar, m'hemmx dubju li nsibu dak tal-plejer internazzjonali Paul Fenech li ngħaqad ma' Balzan wara żmien twil jilgħab ma' Birkirkara. Din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Paul Fenech fejn tana dawn il-kummenti esklussivi rigward kif qed iħares lejn din l-avventura ġdida fil- karriera glorjuża tiegħu, ma' Balzan, ma' liema tim iffirma kuntratt ta' tliet snin u nofs. Huwa qal li, "Inħossni ferm eċitat b'din l-avventura ġdida tiegħi ma' tim li l-ambizzjonijiet tiegħu huma kbar, però ovvjament fl-istess ħin, inħossni naqra stramb speċjalment minħabba l-fatt li kont ilni xejn inqas minn tmien snin u nofs nilgħab ma' Birkirkara. Minn hawn nixtieq niringrazzja lill-klan kollu Karkariż tas-sapport li dejjem urewni. Irbaħna ħafna flimkien, u qatt ma nista' ninsa l-memorji sbieħ li kelli ma' Birkirkara. Fl- istess ħin għandi f 'moħħi wkoll il-memorji l-koroh, però dejjem irnexxielna nikkumbattu kontra l-maltemp. Minn hawn irrid nibda nħares 'il quddiem u ngħin kemm jista' jkun lil Balzan biex nilħqu l-ambizzjonijiet li għandna bħala tim. Nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja wkoll lill- president Anton Tagliaferro, lill-kumitat, kowċ, plejers u partitarji kollha ta' Balzan li laqgħuni mal-ewwel sekonda li dħalt għat-taħriġ nhar it-Tnejn li għadda. Huma għamluhieli ferm faċli biex inħossni parti minnhom mill-ewwel. Mil-lum irrid inħares lejn il-preżent u l-futur ma' Balzan," temm jgħid Paul Fenech. Paul Fench huwa prodott ta' Naxxar Lions u ngħaqad ma' Msida St Joseph lura fl-istaġun 2005/06 iżda fis- sajf tal-2007, ingħaqad ma' Birkirkara fejn magħhom rebaħ l-unuri prinċipali kollha li għandu x'joffri l-futbol Malti, fosthom żewġ Kampjonati BOV Premier, żewġ FA Trophies, u żewġ BOV Super Cups, apparti milli rebaħ l-unur personali ferm prestiġjuz fl-istaġun 2012/13. Paul Fenech jippoża bix-xalla ta' Balzan FC, ftit wara li ffirma l-kuntratt ta' tliet snin u nofs ma' Balzan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 Jannar 2016