Illum previous editions

ILLUM 10 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 10 ta' Jannar 2016 Aħbarijiet Iż-żewġ faċċati tas-sieħeb L-ILLUM tħares lejn iċ-ċifri, figuri u suċċessi tal-Etihad kif ukoll lejn il-bejgħ ta' parti mill-Alitalia lil din il-kumpanija minn Albert Gauci Cunningham Hija l-isponsor ewlieni tat-tim Manchester City FC, rebħet il-premijiet kollha tal-iSkytrax World airline awards u fl-2014 biss għamlet iktar minn €1 biljun fi profitti. Din hija l-linja tal-ajru Etihad li skont l-aħħar informazzjoni li ħarġet fil-midja hija dik preferuta biex tkun sieħeb strateġiku tal-airmalta. jidher li l-Etihad kienet il-linja tal-ajru li attirat l-aktar interess minn lista ta' tliet possibiltajiet, jiġifieri din il-linja flimkien mat- Turkish airlines u l-air China (jew kwalunkwe linja tal-ajru kbira Ċiniża). imma x'inhi l-istorja tal-Etihad? Minn fejn bdiet? Qiegħda tirnexxi? U fl-aħħar mill-aħħar, dan huwa investiment fis-sod jew xi ftit dubjuż? L-ILLUM tħares lejn numru ta' fatti storiċi u figuri li għamlu din il-linja tal-ajru waħda ta' suċċess kbir, 12-il sena biss wara li kienet imwaqqfa fl-Emirati Għarab Magħquda. L-Etihad (EY) hija t-tieni l-akbar linja tal-ajru fl- Emirati u topera b'kollox 1,000 titjira fil-ġimgħa. B'kollox, il-ġwienaħ tal- ajruplani tagħha jittajru lejn 120 destinazzjoni, kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija u għandha b'kollox 119 ajruplan tat-tip Airbus u Boeing li jtajru fihom aktar minn 10 miljun pasiġġier kull sena. In-numru ta' passiġġieri qed jiżdied tant li fl-2012 din il- kumpanija rreġistrat żieda ta' 23% fin- numru ta' passiġġieri meta mqabbel mas-sena 2011. Nhar il-Ħadd 1 ta' Novembru, f 'analiżi ppublikata f 'din il- gazzetta, espert fil- qasam tal-avjazzjoni kien spjega kif apparti mil-linja nazzjonali, Torka il-ftehim ta' codesharing bejn l-Airmalta u l-Etihad iqajjem ħafna interess. "L-ispekulazzjoni dwar l-Etihad hija ġustifikata għaliex l-EY ma toperax lejn Malta u l-Airmalta ma toperax lejn Abu Dhabi, mela allura għalfejn hemm qbil ta' codesharing għal titjiriet tal-Airmalta li lanqas biss jgħaqqdu lill-pajjiżi direttament?" kien staqsa l-istess espert f 'indikazzjoni ċara li l-Etihad tista' tkun is-sieħeb magħżul għall- Airmalta. Jekk il-qbil bejn iż-żewġ linji tal-ajru jseħħ, dan ikun ieħor mil-lista sħiħa ta' linji tal-ajru li l-Etihad xtrat parti minnhom. Fil-fatt, din it- tieni l-akbar linja tal-ajru fl- Emirati Għarab Magħquda fl-2011 xtrat 29.2% tal- ishma tal-AirBerlin, is-sitt l-akbar linja tal-ajru fl- Ewropa. Sussegwentement, l-istess linja għamlet investiment ta' xiri ta' ishma minoritarji tal-Air Seychelles (40%), Aer Lingus (2.9%) u Virgin Australia (10%). Fl-2013 l-Etihad xtrat 49% tal-linja nazzjonali Serba Air Serbia filwaqt li fl-istess sena xtrat 33.3% tal- kumpanija Swizzera Darwin Airline, li llum jisimha Etihad Regional. Iktar qrib fid-data u anke ġeografikament lejn Malta, fit-8 t'Awwissu 2014 l-Etihad xtrat 49% mil-linja tal-ajru nazzjonali Taljana Alitalia għal investiment inizzjali ta' €560 miljun. L-alitalia timmira għall- ewwel profitt fi 15-il sena Fid-dawl tal-fatt li l-Etihad xtrat numru ta' ishma ta' linji tal-ajru, l-ILLUM ħares lejn ir-riżultati tal-Alitalia wara li din issieħbet mal- Etihad. Fil-każ tal-linja nazzjonali Taljana din qed timmira biex is-sena d-dieħla tagħlaq l-ewwel sena bi qligħ fi 15-il sena. Fil-fatt, l-aħħar li kienet għamlet profitt l-Alitalia kien fl-2002. Skont il- previżjonijiet, din is-sena, il-kumpanija għandha tkun f 'sitwazzjoni fejn la tagħmel telf u lanqas qligħ. Figuri maħruġin fi Frar 2015, inqas minn sena minn meta daħlet l-Etihad fix-xena, juru rekord ta' 3.3 biljun passiġġier li użaw il- linja tal-ajru. Dan jimmarka żieda qawwija ta' 170 miljun passiġġier. L-Etihad investiet bil-qawwi fir-reklamar mill-ġdid tal- Alitalia fejn, biex inġibu eżempju, biddlu l-ajruplani minn ġewwa biex min imur, ikollu esperjenza aktar lussuża, li tirrifletti l-fatt li l-Italja huwa l-pajjiż tal- moda. Aktar minn hekk, l-Etihad bniet strateġija ċara għal- linja Taljana li tinkludi netwerk ta' tliet 'hubs' fl- Italja: Milan Malpensa, minn fejn jiżdiedu t-titjiriet lejn destinazzjoinijiet imbiegħda (long haul) u Milan Linate, minn fejn tiżdied il- konnetivita' ma' 'hubs' ta' linji tal-ajru li huma s-sħab tal-Etihad. L-ajruport ta' Fiumicino f 'Ruma tespandi n-numru ta' titjiriet li huma meqsjusin 'short haul' u 'long haul' biex iżżomm ir-relevanza tas-suq Taljan. L-alitalia tibda rotot ġodda L-akkwist tal-Etihad ġab miegħu rotot ġodda minn Ruma li jinkludu Berlin u Dusseldorf fil-Ġermanja, San Fransisco fl-Istati Uniti u Mexico City u Santiago fl-Amerika t'Isfel. L-Alitalia bdiet ukoll ittir lejn Beijing fiċ-Ċina u Seoul fil-Korea t'Isfel. Mal-investiment tal-Etihad, l-Alitalia żiedet it-titjiriet lejn New York, Abu Dhabi u Rio de Janeiro kif ukoll bdiet erba' titjiriet fil-ġimgħa lejn Shanghai. Apparti dan, naturalment, l-Alitalia żiedet it-titjiriet lejn Abu Dhabi, meqjus bħala ajruport ċentrali ħafna u li minnu tista' taqbad titjiriet lejn kull rokna tad-dinja, minn Venezja, Milan, Bolonja u Katanja. il-konsumatur gawda żgur Din iż-żieda fit- titjiriet tfisser li l-konsumatur, jiġifieri kull passiġġier prospettiv, għandu għażla aktar vasta. Dan jista' jkun tajjeb ħafna għal Malta hekk kif il-Maltin u l-Għawdxin, li llum saru jsiefru aktar minn qatt qabel, se jkollhom għażla ikbar ta' destinazzjonijiet kemm lejn kif ukoll lil hinn minn destinazzjonijiet meqjusin 'tradizzjonali'. Jekk l-arranġament bejn L-Air Malta u l-Etihad iseħħ, "Pajjiżna jkun pass eqreb lejn ajruporti bħal dak ta' Abu Dhabi li minnu tista' ttir lejn kull kontinent u prattikament lejn kull pajjiż" "Wara diskussjonijiet twal, li xi minn daqqiet waqqfu l-proċess kollu ta' diskussjoni, intlaħaq ftehim li jitnaqqsu 1,635 ħaddiem (mill- Alitalia)"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 Jannar 2016