Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/624745
10 illum | Il-Ħadd 10 ta' Jannar 2016 I l-Ministru Edward Zammit Lewis jilqa' lill- gazzetta ILLUM fl-uffiċċju tiegħu b'ċertu sens ta' ottimiżmu, u forsi bir- raġun. Bir-raġun għax il-pajjiż għadu ħiereġ minn sena li fiha Malta kisret kull rekord qatt milħuq fis-settur turistiku f 'pajjiżna, inkluż rekord multi- miljunarju fl-industrija tal-films. Minkejja dan, is-sena li għadha kif bdiet tista' ma tkunx kollha ward u żahar għall-Ministru responsabbli mil-linja nazzjonali tal-ajru, li din is-sena se jkollha d-destin tagħha miktub b'ċertezza. Jew 'l isfel u 'l barra jew inkella aktar b'saħħitha b'sieħeb strateġiku li jista' jdaħħalha f 'era ġdida, anke jekk inċerta għall-bidu. Niddeċiedi li ma nibdiex bl- Airmalta mill-ewwel u nħalliha għal aktar tard fl-intervista meta din tkun qabdet ritmu aħjar. Għalissa nħarsu naqra lura u nistaqsi lill-Ministru jekk is- suċċess fit-turiżmu huwiex dovut għalih u għall-Gvern jew inkella minħabba fatturi esterni lil hinn minn pajjiżna. "Iva," afferma Zammit Lewis, "is-sena l-oħra kienet rekord fejn qbiżna mhux biss il-previżjonijiet tagħna, iżda l-previżjonijiet tal- World Tourism Organisation għal tkabbir fl-Ewropa u fil-Mediterran ukoll." Huwa mill-ewwel isemmi ċ-ċifra ta' turisti li għalkemm għadha mhux uffiċjali mistennija tirrfletti n-numru ta' wasliet f 'Malta. "Fl-2015, se jkunu ġew pajjiżna 1.8 miljun turist, kellna żieda fl- ammont ta' ljieli u morna tajjeb ħafna fin-nefqa. U huwa dwar dan tal-aħħar li rridu dejjem inħarsu mill-qrib. Irridu nħarsu lil hinn minn kemm ġew turisti biss u niffukaw ukoll fuq kemm qed jonfqu," qal Zammit Lewis li ma naqasx milli jagħti ftit mill-preġju tar-riżultat lill-Gvern preżenti. "Il-Gvern huwa qrib is-settur privat u qed jaħdem b'interazzjoni kontinwa miegħu u ma' entitajiet bħall-MHRA. U tinsiex dan il- Gvern raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma li jagħmlu 9% mill-ispiża totali tal-lukandiera." Naturalment, il-Ministru jfakkar kif kien hemm fatturi esterni wkoll l-aktar minħabba problema ta' sigurtà u inċidenti fl-Eġittu u t-Tuneżija li huma pajjiżi ġirien u kompetituri tagħna. M'hemmx dubju li Malta, matul is-sena li għaddiet, kien imissha porzjon konsiderevoli tas-suq ta' turisti li normalment imorru jixxemmxu Sousse jew iżuru postijiet ta' storja fl-Eġittu. Imma din tal-'kwalità mhux il- kwantità' issa xbajna nisimugħa u anke jekk jidher li huwa argument li malajr jintogħġob mhux neċessarjament jagħmel sens. Apparti minn hekk, in-narrativa ta' kull Gvern dejjem kienet favur aktar numri. "Kieku m'għandniex in-numri, għandna problema, nibdew b'dik. Issa l-kwalità u l-kwantità nistgħu nirrikonċiljawhom għax fit-turiżmu tant sejrin tajjeb li m'għandniex bżonn 'terapiji xokkanti'. Illum qegħdin f 'sitwazzjoni fejn il-lukandiera qed jagħmlu profitti li qatt ma raw qabel, issa anke fix-xitwa qed joperaw bi profitti," qal Zammit Lewis b'ċertu sens ta' sodisfazzjon. "Issa għandna ċ-ċans li nirfinaw il-prodott tagħna aktar." In-nefqa tat-turist f 'Buġibba/ Qawra żdiedet b'€20 miljun Imma dak li qed jgħid il- Ministru, jista' jkun wisq ta' ġeneralizzazzjoni. Mhux kulħadd sejjer tajjeb. Mhux kulħadd jista' jirfina. Nippreżenta lill-Ministru b'argument li għamel negozjant miegħi m'ilux. Fil-Qawra, madwar ħames snin ilu kienet għalqet lukanda ewlenija ta' tliet stilel li kienet it-tielet l-akbar lukanda fl-inħawi. Huwa minnu li t-turisti li kienet tattira din il-lukanda partikolari ma kienux miljunarji, anzi kienu ħafna dawk li b'ton kondixxenti kienu jsibuhom bħala l-Ingliżi tal-'fish and chips'. Imma mal-għeluq ta' din il-lukanda li kellha mijiet ta' kmamar, spiċċaw ġew għarkupptejhom madwar 20 negozju ieħor ta' kull tip. Bl-aktar mod ċar, din tal-kwalità fuq il- kwantità ma ħadmitx hawn u tlifna l-kwantità, ma daħħalniex kwalità u negozji spiċċaw fallew. Zammit Lewis iwieġeb billi jitkellem dwar iż-żona kollha ta' San Pawl il-Baħar/Qawra/ Buġibba. "Jiena bħala Ministru ma kont xejn kuntent bil-prodott offrut f 'din iż-żona imma tajjeb niftakru xi writna hawnhekk. Dan il-Gvern wiret żona fejn kien hemm proċess ta' lukandi kollha qed jagħlqu. Fil-fatt, għalqu numru sostanzjali ta' lukandi li kienu ta' benefiċċju għan-negozji tal- madwar." Kuntrarjament għal din is-sitwazzjoni, jgħid Zammit Lewis, "illum qed naraw li 11-il lukanda ddeċidew li jagħmlu jew qegħdin fil-proċess li jagħmlu t-tibdiliet. Apparti minn hekk, fl-2015 it- turisti nefqu €20 miljun aktar f 'dik iż-żona biss. Hija żona importanti li neħtieġu nagħmlu titjib fiha." Zammit Lewis ikompli jgħid, dwar iż-żona turistika ewlenija fit-tramuntana ta' Malta, li taħt Gvern preċedenti, "kien hemm momentum negattiv, issa dan bdejna ndawruh f 'momentum pożittiv. Il-fatt li 11-il intraprenditur qed jagħmlu investiment f 'tisbiħ u tibdil jew qed japplikaw biex jagħmlu dan, huwa ċertifikat pożittiv għaż-żona. Baqa' ħafna xi jsir imma bdejna mexjin." L-Airmalta għadha ma sabitx l-identità tagħha Wara rapporti li dehru f 'diversi ġurnali, l-aħħar wieħed ikun kważi b'ċertezza, qed ikun rappurtat kif l-Etihad hija l-linja tal-ajru preferuta biex tkun is-sieħeb strateġiku tal-Airmalta. Zammit Lewis la ċaħad u lanqas ikkonferma dan. "Allura, se tikkonferma jew tiċħad din l-aħbar illum?" Zammit Leiws ma jirrispondix b'mod dirett u minflok jmur lura għar- raġuni għalfejn intagħżel sieħeb. "Il-proċess huwa twil u laboruż. Il-kompetizzjoni li hawn hija kbira. Għandek il-linji tal-ajru l-kbar li ġeneralment jagħmlu vjaġġi twal u anke għaddejjin minn ċerti diffikultajiet. Imbagħad għandek il-'low cost' li joperaw fuq mudell differenti u profitabbli. Għax għandhom kontroll strett tan- nefqa. L-Airmalta fejn hi? Qiegħda fin-nofs. Għadha ma sabitx l-identità tagħha." Zammit Lewis, f 'referenza għad- Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo fakkar kif kien hemm min staqsieh għalfejn se ssir il- privatizzazzjoni jekk se niefqu nagħmlu t-telf. Imma l-Ministru jsostni li l-viżjoni tal-Gvern għal-linja tal- ajru tmur lil hinn. "Irridu nħarsu lejn il-futur tal-linja tal-ajru. Irridu Airmalta li tista' tikkompeti, li tista' toffri opportunitajiet lill-ħaddiema tagħha, li jkollha network ta' rotot ikbar mil-lum u li tiġi fid-daqs it- tajjeb u fis-sitwazzjoni finanzjarja tajba billi tkun kapaċi tikkontrolla l-infiq. Issa jien x'għażla għandi? Jew li naħrab u nipprokrastina jew ngħid li għandna linja tal-ajru li ma rriduhiex tfalli u naħdmu biex naraw li dan ma jseħħx." Huwa jgħid li flimkien mal-Prim Ministru, ingħataw parametri ċari lil kull min kien interessat u "għamilnieha ċara li l-Airmalta ma tistax tkun żmantellata u li aħna nibqgħu nżommu l-maġġoranza tal-ishma." Imma l-Etihad jew le? Tajjeb u pożittiv diskors Zammit Lewis, imma dan mhux diskors għall-gallarija, din intervista u l-mistoqsija kienet ċara "jiċħad jew jikkonferma li l-Etihad hija l-linja tal-ajru preferuta mill-Gvern biex tkun sieħeb tal-Airmalta?" Il-Ministru mhux beħsiebu jagħti risposta daqshekk faċli dwar dan u jgħid biss li bħalma ġara dejjem, għaddejjin diskussjonijiet differenti, "biex fl-aħħar tikkonsolida ma' min huwa l-eqreb għall-parametri tiegħek." Nerġa' nistaqsih Intervista 'Sa sitt xhur oħra, pajjiżna Il-Familja Cachia: Sarah Jacob, Sammy u Chloe Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt (F'Buġibba) kien hemm momentum negattiv, issa dan bdejna ndawruh f 'momentum pożittiv...baqa' ħafna xi jsir imma bdejna mexjin " " L-objettiv tagħna huwa li l-Air Malta jkollha bejn 12 u 13-il ajruplan " "