Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672
4 illum | Il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016 ILMINISTRU għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis nieda l-ewwel politika ta' films f 'pajjiżna, l-unika waħda tax-xorta tagħha fl-istorja ta' 90 sena ta' films f 'pajjiżna. L-iskop ta' din il-politika hija sabiex pajjiżna jkollu direzzjoni ċara fi ħdan is- settur. Matul dawn l-aħħar tliet snin, rajna żieda konsiderevoli fin-numru ta' produzzjonijiet f 'Malta. Fis-sena 2015 Malta rat sittax-il produzzjoni internazzjonali li erbgħa minnhom kienu jikkonsistu f ''post production'. Zammit Lewis qal li r-riżultati minn din l-industrija u n-numru ta' produzzjonijiet, qed jinħassu mill-pubbliku. Huwa fisser li sal- aħħar tal-2015 din l-industrija ser tkun ikkontribwiet mal- mitt miljun ewro b'mod dirett fl-ekonomija ta' pajjiżna. Dan meta kkumparat mad-29 miljun ewro tas-sena l-oħra u 5 miljun ewro fl-2013. Il-Ministru qal li bla dubju fl-aħħar sentejn l-industrija tal-films kibret b'ritmu mgħaġġel. Is-sena 2014 żdiedet b'650% meta mqabbla mas-sena ta' qabel. Minkejja dan, ġiet irreġistrata żieda ta' 45% fl-applikazzjonijiet permezz tal-'Malta Films Funds' meta mqabbla mal-perjodu 2008-2012. Zammit Lewis qal li l-potenzjal tas-settur tal- ġbid ta' films qiegħed dejjem jiżdied f 'pajjiżna. Il-politika l-ġdida ġiet magħmula biex tistabbilixxi l-viżjoni ta' dan il-qasam u toffri strateġija għall-ħames snin li ġejjin. Hu qal li din il-politika se sservi biex Malta tistabbilixxi isimha fuq il-mappa internazzjonali bħala destinazzjoni unika tal- films. Matul l-aħħar sentejn, l-industrija tal-films f 'Malta ħadet dimensjoni ġdida u dan is-settur huwa kontributur ieħor importanti għat-tkabbir ekonomiku ta' Malta. Huwa kruċjali li jinżamm dan il-momentum li b'viżjoni u bl- implimentazzjoni ta' strateġija fit-tul jiġi żgurat li Malta tibqa' kompetittivà u tibni fuq is- suċċessi inkoraġġanti li diġà kisbet s'issa, żied jgħid Zammit Lewis. Għal dan il-għan f 'Marzu li għadda nħatar kumitat konsultattiv iffurmat minn partijiet interessati tal- industrija tal-films li ħadem b'mod kollettiv biex titfassal l-ewwel politika ffukata fuq l-industrija tal-films. Dan il-kumitat irċieva numru ta' suġġerimenti li permezz tagħhom seta' ġie ffinalizzat dan id-dokument tal-politika. Minħabba l-potenzjal kbir f 'dan is-settur, din il-politika nazzjonali tal-films ġiet imfassla fuq numru ta' parametri li huma meqjusa importanti fi ħdan l-industrija. Dawn jinkludu l-infrastruttura tal-industrija, inċentivi finanzjarji, l-industrija indiġena, il-qasam tax-xogħol, l-edukazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet u 'screen tourism'. Il- Ministru Zammit Lewis saħaq li din l-industrija tirrikonoxxi li dawn huma pilastri importanti li jiffurmaw l-għeruq għal direzzjoni ġdida u distinta għall-industrija tal-films lokali. Il-Ministru qal li permezz ta' dan id-dokument għandhom jintlaħqu l-għanijiet li ġew stabbiliti fejn din il-politika ġġedded l-impenn ta' dan il-Gvern biex din l-industrija tal-films tibqa' sostenibbli. Zammit Lewis irringrazzja lill-membri tal-kunsill konsultattiv tax-xogħol siewi li wettaq fit-tfassil ta' din il-politika li ġie mmexxi mill-Ministeru għat-Turiżmu, bl- għajnuna tal-Kummissjoni tal-Films u entitajiet oħra fosthom l-Università ta' Malta, l-MCAST, il-Kamra tal- Kummerċ u dik ta' Għawdex, il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ (ETC), l-Assoċjazzjoni Awdjoviżiva f 'Malta (MAVA), ix-Xandir Pubbliku (PBS), l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), Malta Enterprise kif ukoll il-Kunsill Malti għall-Arti flimkien ma' rappreżentanti tal- industrija. B'din il-politika nazzjonali tal-films il-Gvern se jkompli jagħmel minn din l-industrija, niċċa li tħalli impatt dirett fl- ekonomija ta' pajjiżna li twassal għal ħolqien ta' diversi mpjiegi ta' kwalità. Aħbarijiet Cacopardo: Dawk li fil-PN ħawdu fl-ambjent fil-passat, għadhom mas-saqajn Politika nazzjonali ġdida dwar il-ġbid ta' films f 'Malta minn Mark Borg ILPARTIT Nazzjonalista organizza konvenzjoni ġenerali bit-tema 'idea ambjent' li tingħalaq dalgħodu. L-ILLUM kellmet lil Carmel Cacopardo, deputat mexxej tal- Alternattiva Demokratika, u lil Alfred Baldacchino, ambjentalist magħruf Malti, dwar xi tfisser din il-konvenzjoni għall-ambjent Malti. Cacopardo qal b'ċerta ċiniżmu li l-PN ma jistax jinjora l-fatt li, "f '25 sena dawn m'għamlu xejn u sar ħafna taħwid fil-qasam ambjentali. Lanqas jistgħu jinjoraw il-fatt li dawk in-nies tal-PN li kienu jħawdu fl- ambjent meta kienu fil-Gvern, għadhom mas-saqajn. Mhux lakemm il-PN jgħid li se jibda paġna ġdida fil-qasam ambjentali. Il-prova tiġi minn dak li jagħmlu meta jkunu fil-Gvern speċjalment fid-dawl tal-fatt li lanqas huma lesti li jikkommettu ruħhom fuq ċerti kwistjonijiet bħal dik tal-kmamar illegali fl-Armier mill-Oppożizzjoni. Il-kummenti ta' Cacopardo jiġu ġimgħa wara li din il- gazzetta rraportat li minkejja li Busuttil wiegħed li mhux se jżomm ma' ftehimiet li għamlu mexxejja Nazzjonalisti preċedenti, ma rrispondiex mistoqsijiet tal-ILLUM dwar x'jagħmel hu bil-kmamar tal-Armier kieku jkun Prim Ministru. L-ILLUM staqsiet lill-Kap tal-PN dawn il- mistoqsijiet: "X'hemm ippjanat li jsir fl-Armier? Jew aħjar il-PN x'se jagħmel fil-konkret? Simon Busuttil qal li lest jiltaqa' mal-partijiet interessati. Ġie avviċinat biex issir laqgħa? U x'se jkun qed jipproponi l-PN? Għal dawn il-mistoqsijiet, il-PN wieġeb biss li Busuttil se jistenna r-reazzjoni tal-Gvern, "u f 'dan l-istadju m'għandux aktar xi jżid fuq li diġà qal." Cacopardo fakkar kif l-eks ministru Nazzjonalista Michael Falzon kien ressaq proposta fil-Kabinett biex jitwaqqgħu l-kmamar tal-Armier imma l-membri tal-Kabinett irrifjutaw li jagħmlu dan. "Dik kienet opportunità li fiha l-Partit Nazzjonalista seta' wera kemm ġenwinament hu favur il- protezzjoni tal-ambjent,"qal Cacopardo. Il-konvenzjoni tal-PN qed turi żieda fil-kuxjenza ambjentali Min-naħa tiegħu, Baldacchino qal li din kienet esperjenza pożittiva għax il-konvenzjoni, li kellha attendenza kbira, wriet lill-politiċi li llum hemm kuxjenza qawwija fil-qasam ambjentali, li ma jistgħux jibqgħu jinjoraw. Hu qal li din kienet l-ewwel konvenzjoni dwar l-ambjent organizzata minn partit politiku. Il- politiċi ma tkellmux u ħallew lin-nies jesprimu ruħhom liberament dwar is-suġġett. Aktar minn qatt qabel, in-nies minn kull qasam tal-ħajja esprimew ruħhom b'mod qawwi u ġenwin favur il-protezzjoni tal-ambjent u l-kampanja Maltija. Meta Baldacchino kien mistoqsi x'jista' jieħu l-gvern preżenti minn din il-konvenzjoni, hu qal li kieku l-gvern Laburista qed jimxi mal-manifest elettorali tiegħu stess, "m'għandniex id-diżastri li qed naraw illum fil-qasam ambjentali. Il-manifesti sbieħ li jsiru qabel l-elezzjoni għandhom jiġu implimentati ladarba l-partiti jitilgħu fil- Gvern." Imma Alfred Baldacchino jidhirlu li l-konvenzjoni tal-PN dwar l-ambjent kienet 'esperjenza pożittiva' L-eks Ministru Nazzjonalista Michael Falzon kien ressaq proposta fil-Kabinett biex jitwaqqgħu l-kmamar tal-Armi- er imma l-membri tal-Kabinett irrifjutaw