Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/627672
Il-Ħadd 17 ta' Jannar 2016 | illum 31 Sports 'Fl-aħħar waslet il-ħolma li tant ilni naħdem għaliha' - Zach Muscat ZACH Muscat huwa bla dubju fost l-aqwa plejers żgħażagħ li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin u li matul il-ġimgħa li għaddiet sar magħruf kif il-ħolma li tant ilu jaħdem għaliha, fl-aħħar kienet tabilħaqq saret realtà, hekk kif ħalla xtutna biex jibda avventura ġdida fil-karriera tiegħu mat-tim minn Agrigento fi Sqallija, Akragas, liema tim jimmilita f 'Girone C tal-Lego Pro. Bħalissa dan it-tim xejn mhu għaddej minn żmien tajjeb fejn jinsab fl-14-il post minn 18-il tim, hekk kif wara bidu ta' kampjonat pożittiv, għadda minn perjodu ħażin fejn sofra diversi riżultati negattivi. Huma kisbu l-promozzjoni mis-Serie D matul l-istaġun li għadda wara li rebħu Girone I. Zach Muscat, li propju ftit tal-ġimgħat ilu, iggradwa bħala perit mill-Università ta' Malta, iffirma kuntratt ta' sitt xhur ma' Akragas li jwasslu sa Ġunju li ġej, fejn imbagħad huwa jkun 'free agent'. Dan ifisser li huwa jkun jista' jiffirma ma' kull klabb ieħor, fosthom xi klabb Malti, għalkemm l-għan ewlieni ta' Zach Muscat huwa dak li jibqa' jilgħab ma' xi tim barrani. Tajjeb ngħidu li Akragas huma mmexxija minn ħadd ħlief Nicola Legrottaglie bħala kowċ, li fil-passat riċenti niftakruh jilgħab ma' AC Milan, Juventus , Bologna, Catania u Siena fil- Kampjonat Serie A TIM fl- Italja, fejn saħansitra lagħab ukoll 16-il logħba mat-tim nazzjonali Taljan u skorja gowl wieħed. Għalkemm Birkirkara dejjem inkoraġġew lill- plejers tagħhom biex ifittxu avventuri ġodda ma' xi tim barra minn xtutna, żgur li din kienet daqqa ta' ħarta oħra għalihom, fejn fi ftit jiem fil-bidu ta' din is-sena 2016, tilfu s-servizzi ta' tlieta mill-aqwa pedini tagħhom, fosthom Paul Fenech, Rowen Muscat u issa l-istess Zach Muscat. Propju ftit minuti wara li tħabbar b'mod uffiċjali li Zach Muscat kien se jħalli lil Birkirkara biex jingħaqad ma' Akragas fi Sqallija, din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Zach Muscat innifsu, fejn bħal dejjem kien mill-aktar disponibbli u tana dawn il- kummenti esklussivi rigward kif qed iħares lejn din l-avventura ġdida fil-karriera tiegħu. Huwa saħaq li: "Fl-aħħar waslet il-ħolma li tant ilni naħdem għaliha. Din saret realtà grazzi għax-xogħol intensiv u professjonali tiegħi. Din se tkun l-ewwel tarġa fl- esperjenza professjonali tiegħi fil-futbol barra minn Malta, li nixtieq naraha timmaterjalizza ruħha fiż- żmien li ġej. Biex inkun iktar ċar, ma xtaqtx li per eżempju mmur nilgħab ma' tim li jimmilita fis-Serie A mal-ewwel, iżda xtaqt nieħu l-affarijiet bil-mod u nħalli l-affarijiet jiżviluppaw waħedhom. Ninsab konxju mill-fatt li bħalissa Akragas għaddejjin minn żmien kemxejn ħażin, però fil-bidu tas-sena għadhom kemm iffirmaw xi plejers ta' kwalità tajba, waqt li kien hemm tibdiliet fid- diriġenza ta' dan it-tim." Meta mistoqsi rigward il-kowċ ta' Akragas, Nicola Legrottaglie, Zach Muscat wieġeb li jinsab persważ li se jitgħallem ħafna affarijiet mingħand dan il-kowċ, speċjalment meta wieħed jiftakar x'difensur ċentrali tal-ogħla livell huwa kien. Barra minn hekk, Muscat semma' b'mod partikolari l-aspett uman ta' din il-persuna, hekk kif huwa fatt magħruf li Legrottaglie huwa bniedem ferm reliġjuż u li jippossjedi ċerti valuri sodi, fejn saħansitra fis- snin li għaddew kiteb awto-bijografija, fejn fiha jidħol f 'ċertu dettal rigwerd l-esperjenza profonda tiegħu ma' Alla u l-bidla radikali li dan ġab f 'ħajtu. Meta mistoqsi rigward x'jaħseb li se jkun il- futur tal-eks tim tiegħu, Birkirkara, speċjalment meta wieħed jiftakar li huma tilfu tliet elementi fundamentali tat-tim f 'qasir żmien, huwa kien pront u wieġeb fl-affermattiv li jinsab ċert li Birkirkara għandhom pjanijiet u tragwardi realistiċi u mill- aktar ambizzjużi għall-futur ġejjieni u jinsab ċert li l-Istripes se jkunu hemm għat-taqtiegħa finali għar- rebħ tal-unuri prinċipali f 'Mejju li ġej. Huwa kompla li għalkemm l-amministrazzjoni ċentrali ta' Birkirkara, immexxija mil-president ferm ħabrieki, Dr Adrian Delia, kienet ferm konxja mill-fatt li kienet se titlef lil dawn il-plejers ferm importanti, hija dejjem inkoraġġiethom u għenithom bis-sħiħ biex imorru jfittxu avventuri ġodda fil-karriera tagħhom barra minn xtutna, kif għamlet fil-każ ta' Rowen Muscat li fil-jiem li għaddew ingħaqad ma' Ascoli fil- Kampjonat tas-Serie B fl-Italja, kif ukoll ma' Zach innifsu. Ta' dan huwa xtaq jirringrazzja b'mod partikolari lid-diriġenza kollha ta' Birkirkara, lill- eks kowċ tal-Istripes, Paul Zammit, li fi kliem Zach Muscat stess dejjem għenu ħafna u kien propju hu li emmen fih u tellgħu mal- ewwel tim ta' Birkirkara, kif ukoll lill-plejers kollha sħabu talli tul l-aħħar snin li huwa dam jilgħab magħhom, għenuh bis-sħiħ u xprunawh biex jibda din l-avventura ġdida fil-karriera tiegħu, fi kliemu ħolma, barra minn Malta mat-tim ta' Akragas. Zach Muscat kompla li żgur li matul dan iż-żmien li huwa se jkun qed jilgħab barra minn Malta, fl- Italja, se jkollu nostalġija partikolari speċjalment tal-familjari kollha tiegħu, kif ukoll tal- ħbieb tiegħu, tal- eks plejers sħabu ta' Birkirkara kif ukoll tal-partitarji kollha numerużi tal-Istripes, li reġa' kellu kliem ta' tifħir u ta' ringrazzjament assolut lejhom. Iżda, dan il-pass li huwa ħa fil-karriera tiegħu żgur li kien tal-akbar ġid għalih, fejn huwa jinsab ċert li se jkun qed iħalli l-frott mixtieq, speċjalment għall-fatt li jkun qed jiftaħlu orizzonti ġodda fil- karriera tiegħu ta' futboler, primarjament ma' xi klabb barra minn Malta. Din il-gazzetta talbet ukoll lil Zach Muscat jekk għalissa hux se jkun qed ikompli jaħdem fil-professjoni tiegħu ta' perit, fejn huwa wieġeb li wara li ggradwa f 'din il-professjoni f 'Novembru li għadda, għalissa huwa se jkun qed jiffoka u jikkonċentra biss fuq il- futbol professjonali ma' Akragas, fejn stqarr li l-aktar importanti għalih huwa l-fatt li għandu l-lawrea f 'idejh - fi kliemu stess: "Issa u għaxar snin oħra, din il-lawrea tibqa' tgħodd u għalhekk xorta waħda nkun nista' nkompli fejn ħallejt bħala Perit. Zach Muscat jaf il-bidu tal-karriera tiegħu fil-futbol lin-nurseries ta' St Andrews u Melita, fejn kien propju ma' dawn iż-żewġ timijiet li bħala tifel kien jilgħab. Wara, huwa sieħeb lin-Nursesy ta' Pietà Hotspurs, fejn ma' dan it-tim tela' t-taraġ kollha u ddebutta mat-tim tal-kbar tagħhom fil-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni. Fis-sajf tal-2012, huwa ngħaqad ma' Birkirkara, fejn magħhom għamel id-debutt uffiċjali tiegħu fil-Kampjonat BOV Premier. Mal-Istripes huwa rebaħ kull m'għandu x'joffri l-futbol Malti, fosthom Kampjonat fl-istaġun 2012/13, FA Trophy fl-istaġun 2014/15 u żewġ Super Cups fl-2013 u fl-2014. Zach Muscat ftit ħin wara li għamel it-test mediku mkien ma' żewġ plejers ġodda sħabu ta' Akragas Il-partitarji numerużi u ferventi ta' Akragas