Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579
Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 | illum 11 Intervista gwardjani tad-drittijiet tat-tfal' fost l-oħrajn. Issa huwa vera li l-bandli mhux post għalihom, però nistgħu noħolqu spazju għalihom biex ikollhom fejn jiltaqgħu?" staqsiet Miceli biex tindirizza problema kbira fost l-adolexxenti. Pauline Miceli kompliet tistqarr u qalet li "tweġġgħani li s-soċjetà ma tħarisx lejn dan il-grupp tas-soċjetà b'iktar simpatija." Minn issa 'l quddiem Meta mistoqsija dwar x'inhi l-viżjoni tagħha bħala Kummissarju għat-tfal ġdid u x'inhuma dawk l-affarijiet li tixtieq tindirizza b'iktar enfasi fit-terminu tagħha, Miceli tkellmet dwar l-importanza tar-riċerka f 'oqsma li jidħlu fihom it-tfal. Waqt li tkellmet dwar ix-xogħol li sar fil-passat minn kummissarji li preċedewha, qalet li għandu jkun hemm kontinwazzjoni u tkomplija ta' dan ix-xogħol. Fil-fatt, qed taħdem, fost l-oħrajn fuq il-konklużjonijiet ta' riċerka li saret mill-Kummissarju Helen D'Amato dwar il-fostering u kif jistgħu jitjiebu d-drittijiet tat-tfal meta jkunu ngħataw għall-fostering. Semmiet ukoll ix-xogħol li sar fir- rigward tal-liġijiet tal-protezzjoni tat-tfal li ma jkunux jistgħu jibqgħu jgħixu fil-familja. Għal dan, Miceli qalet li tittama li dawn il-politiki ma jdumux ma jiġu ppubblikati, hekk kif jinsabu fil-fażijiet finali tagħhom. Sfida oħra hija dik marbuta mas- saħħa tat-tfal– l-obeżità u n-nuqqas ta' eżerċizzju. "Huwa importanti li kulħadd jaħdem flimkien biex ngħelbu din il-problema li qed therri s-saħħa tal-poplu tagħna u tirrovina l-ħajja tat-tfal tagħna," sostniet Miceli. Minkejja dawn l-isfidi kollha li ġġib magħha kariga bħal din li għadha kemm imbarkat fuqha Pauline Miceli, hi tħares b'ottimiżmu għall-futur, u tgħid kif "qed inħares lejn dan ix-xogħol bħala sfida li naħseb li għandi biżżejjed esperjenza kemm parsonali kif ukollma' tfal oħrajn għax jien għomri u żmieni dejjem imdawra bit-tfal fl-iskejjel f 'livelli differenti." Finalment, Miceli tkellmet dwar kemm trid tkun kawta f 'dak li tgħid u tagħmel, l-aktar fi kwistjonijiet kemxejn sensittivi bħat-tfal tal- immigranti minħabba li sostniet li ma tixtieqx li kwistjonijiet tagħhom jiġu mżeffna fin-nofs u sosniet li, "aħna għandna l-interess ta' dawn it-tfal u mhux ta' min irid imexxi aġenda razzista." Miceli temmet tgħid kif il- prijorità tal-ħidma tagħha hi t-tfal u l-ħarsien tagħhom għaliex ,"l-interess ewlieni tiegħi huwa li nagħti vuċi lit-tfal u għalhekk, l-interess primarju tiegħi huwa l-ħarsien tagħhom." Dwar x'tixtieq li twassal permezz tal-kariga l-ġdida li għandha, Pauline Miceli qalet kif tixtieq li t-tfal, "ikunu iktar indipendenti, ikunu kapaċi jitkellmu iktar u jkunu empowered mhux biss biex jaraw u jagħrfu d-drittijiet tagħhom, imma wkoll jagħrfu iktar responsabbiltà, għax il-bilanċ f 'dan l-għarfien iwassal għal-libertà personali. Ritratt: Ray Attard Aħna għandna l-interess ta' dawn it-tfal u mhux ta' min irid imexxi aġenda razzista " "