Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579
12 illum | Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 Għawdex minn Anton Refalo, Ministru għal Għawdex Għalkemm għadha mhix lesta għal kollox mix-xogħlijiet kbar li saru f 'dawn l-aħħar sentejn, iċ-Ċittadella t'Għawdex bdiet tieħu n-nifs ġdid; nifs li issa ilna nistennew għal għexieren ta' snin u li ċ-Cittadella qatt ma setgħet tieħu minħabba nuqqas ta' riżorsi u finanzi meħtieġa biex setgħu isiru dawn ix- xogħlijiet. Forsi min qed iħares biss lejn iċ-Ċittadella minn Pjazza t-Tokk jindubja bis- sħiħ u jistaqsi b'ironija x'nifs ġdid jista' jkun dan. Dan għaliex wieħed għadu jilmaħ inġenji kbar tal-bini li għal tul ta' ħin jostakolaw l-aċċess peress li x-xogħol bħalissa huwa kkonċentrat mis-swar 'il barra. Dawk il-ħafna turisti li x-xogħol mhuwiex jaqtagħlhom qalbhom, qegħdin japprezzaw u jirrimarkaw tant tajjeb dwar l-istat taċ-Ċittadella min- naħa ta' ġewwa. Dawk kollha li xi darba jew oħra telgħu fiċ- Ċittadella jafu f 'liema stat kienu t-toroq, bil- ħitan dejjem ifarfru, art perikoluża, bini nieżel u veġetazzjoni bla kontroll ma' kullimkien. Illum il- folja nqalbet. It-toroq ġew imwittija biex il-viżitatur, imqar jekk b'pushchair, ma jsibx tarġa ma' kull żewġ passi. Issa li l-Gvern esproprja l-art u rranġa l-ħitan, it-toroq ħadu sura u ċ-Ċittadella reġa' għandha l-karattru ta' belt fortifikata, mhux ta' fdalijiet mitluqa. Meta ngħidu 'nifs ġdid' għaċ-Ċittadella nfissru li dan is-sit irridu nerġgħu niskopruh u niskoprulu l-valur veru tiegħu. Il- valur storiku kellna ħjiel tiegħu u issa bl-iskoperti arkeoloġiċi li sibna max-xogħol dan għad irid ikompli jogħla. Il- pass li jmiss huwa li nibdew nistudjawhom bir-reqqa. Iżda apparti l-valur storiku, moħmi fil- passat, in-nifs ġdid għaċ- Ċittadella jrid isaħħaħ il-valur soċjali u kulturali għall-ġenerazzjonijiet tal- lum u ta' għada. Irridu naraw li ċ-Ċittadella, illum u għada, tkun kapaċi tilqa' fiha lit-turist barrani, lit- turist Malti, u liċ-ċittadin Għawdxi. L-ewwel sfida hija l-aċċessibilità. Għaliex? Għax iċ-Ċittadella hija proprju mibnija fil-għoli, bi tlajja' u turġien kull fejn tħares biex ma tkunx aċċessibbli għall-għadu. B'daqshekk iżda ma jfissirx li m'għandniex nagħmlu l-almu kollu tagħna. Għalhekk bdejna minn barra nett: żewġ liftijiet biex minn nofs it-Telgħa tal- Belt, sal-bieb taċ-Ċittadella wieħed jista' prattikament jevita kull tarġa. Ġewwa fil-pjazza prinċipali, apparti t-telgħa li nbniet mat-taraġ tal-Katidral għal vetturi ta' emerġenza u ġenituri b'pushchairs, applikajna biex jitqiegħed lift pubbliku mill- pjazza sal-ewwel sular tal- Qorti. Dan jiftaħ fil-Qorti fil-ħinijiet tal-ftuħ, u jiftaħ ukoll bla limitu ta' ħin fil- parapett tal-Qorti biex anki t-toroq ta' fuq taċ-Ċittadella jkunu aċċessibbli. Twaħħlu wkoll żewġ stairlifts ħdejn il-mużew tal-Arkeoloġija u ħdejn l-Awla Kapitulari u vertical platform fuq id-demibastjun ta' San Martin. Qatt daqs din id-darba ma nistgħu ngħidu li se jkollna Ċittadella aċċessibbli, anki jekk din tibqa' mqaċċta 'l fuq kif dejjem kienet maħsuba bħala belt fortifikata tal- Għawdxin. Żgur li ftit, jew kważi ħadd, ma kien għadu jaf b'aċċess ieħor għaċ- Ċittadella. It-tindif u r-riġenerazzjoni tal-foss fi ġnien għall-familja ta użu mill-ġdid lil taraġ mibni fil- ħitan tas-swar. Hekk, mill- inħawi ta' wara s-sur, in-nies tista' litteralment tasal fil-qalba taċ-Ċittadella minn ġol-foss, bla xkiel ta' traffiku u b'mod ħafna aktar faċli. Ir-riġenerazzjoni tal-foss tat spazju ieħor pubbliku lill-Għawdxin kollha, speċjalment lir-residenti tar- Rabat, u permezz tiegħu, iċ- Ċittadella ċkejkna li konna nafu kibret notevolment. Mal-foss, wieħed għad irid jitkellem dwar iċ-Ċentru tal- Viżitaturi li qed jiġi ntegrat fil-ġibjun ta' żmien l-Ingliżi. Dan iċ-ċentru għandu jkun id-daħla naturali għat-turist li jixtieq jitgħallem dwar dak li ġie misjub reċentament fiċ-Ċittadella, xi ħaġa li frankament kull Malti u Għawdxi stess għandu jagħmel, għaliex dak li sibna u dak li għad irridu nsiru nafu, se joħroġ mal-analiżi tas-sejbiet arkeoloġiċi. Fuq ġewwa, fiċ-Ċittadella, ħafna xogħol jinsab fi stadju avvanzat. L-emfasi bħalissa hija fuq in-naħa ta' barra, sew għaliex dan qed jaffettwa l-aċċess għal dan is-sit storiku u sew għax fuq barra jistħoqlu attenzjoni partikolari. Iċ-Ċittadella mhix biss mis-swar 'il ġewwa. S'issa dejjem tajnieha valur għal dak li hemm ġewwa u għall-veduta li nistgħu ngawdu minn fuqha, imma bis-swar restawrati u bit- triq ġdida maqlugħa minn mas-swar fuq barra għandna Nifs ġdid għaċ-Ċittadella Il-pjazza prinċipali taċ-Ċittadella, ix-xogħol issa kważi lest