Illum previous editions

ILLUM 24 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 | illum 13 Għawdex FILĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA storja differenti. Fuq barra għandna post fejn wieħed jista' jieqaf japprezza din l-arkitettura militari mill- isbaħ. M'għandniex aktar sempliċi triq tat-traffiku, imma spazju pubbliku mnejn tibda l-esperjenza ta' kull min iżur iċ-Ċittadella. Għalhekk jixraq ukoll li dan il-post ikollu l-valur estetiku tiegħu, li la jikkompeti u anqas jagħmel nuqqas ta' ġustizzja mal-fortifikazzjoni. Id-daħla, jew it-telgħa taċ- Ċittadella, issa se tkompli timmarka l-importanza tas- sit bil-mafkar f 'ġieħ il-vittmi tal-Assedju t'Għawdex. Ma' din il-parti jintrabat ukoll l-aċċess għat-traffiku. Ħafna attivitajiet fiċ- Ċittadella, sew reliġjużi, u sew kulturali jiġbru u jerħu volum ta' traffiku qawwi f 'daqqa waħda li ħafna drabi kien qed jikkawża konġestjoni kbira fi Pjazza Indipendenza (it-Tokk). Din il-problema għandha tiġi mmitigata bil-permess li hemm għall-approvazzjoni tal-MEPA għall-bini ta' parkeġġ fi proprjetà tal- Katidral fi Triq il-Kastell, magħrufa bħala l-Ħaġġarija. Dan il-parkeġġ joħloq triq fuq wara li tiżbokka fi Triq Sant'Ursola u hekk it-traffiku għaċ-Ċittadella jkollu fetħa oħra mnejn joħroġ. Fl-istess waqt, il-vetturi jipparkjaw fil- magħluq u l-pubbliku jasal b'lift ieħor u pont sa taħt id- Demibastjun ta' San Martin. Hekk jiġi evitat il-periklu għall-viżitaturi u l-post ma jiġix imtappan bi traffiku qawwi. Nifs ġdid għal post antik bħaċ-Ċittadella qatt mhu faċli. Il-pjanti nbidlu ħafna drabi skont is-sejbiet, li ma kinux ftit. Mill-2013 'l hawn inħareġ 21 tender meta qabel l-2013 kien inħareġ wieħed biss li ma ġiex aċċettat għax teknikament ma kienx validu. Affarijiet oħra bħat-tim tekniku għall- konservazzjoni u restawr taċ-Ċittadella huma ppjanati għall-futur qarib. Huwa b'dan il-mod li nipproteġu l-patrimonju li writna mill-passat u nimmaniġjaw is-sit għall-pubbliku preżenti u l-ġenerazzjoni tal-futur. Ninsab fiduċjuż li hemm affarijiet oħra eċitanti x'għad irridu niskopru. Dan għandu jħeġġiġna biex nibdew il- proċess tan-nominazzjoni taċ-Ċittadella għal-lista ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, wara li din ilha fuq il-lista tentattiva mill-1998. Dan il-proċess jibda b'analiżi komparattiva, u huwa b'hekk biss li waqt li nsalvaw xi ħaġa li qed nirtu mill-passat, nagħtuha nifs ġdid li bih tiġi apprezzata min-nies lokali, barranin u aġenziji internazzjonali. "Dawk kollha li xi darba jew oħra telgħu fiċ- Ċittadella jafu f 'liema stat kienu t-toroq, bil-ħitan dejjem ifarfru, art perikoluża, bini nieżel..." għaċ-Ċittadella t'Għawdex Il-foss riabilitat f 'żona ta' mixi u rilassament taħt iċ-Ċittadella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 Jannar 2016