Illum previous editions

ILLUM 24 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 N iskanta kif bħal donnu l-kelma pro-business saret daqstant skomda għall-Partit Nazzjonalista li jużaha bħala aġġettiv biex jikkritika lill-Gvern b'mod ripetut u kostanti. Dan komplejt nikkonfermah wara li segwejt l-intervista li għamel Saviour Balzan lis- segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Rosette Thake aktar kmieni din il-ġimgħa fuq il-programm Reporter. Innutajt kif għas-Sinjura Thake hija bħal donnu xi ħaġa tal-mistħija li toħroġ għonqok għan-negozjant. Mhux ħa noqgħod nelenka xi jġegħelni nistħi bħala persuna għaliex ibqgħu ċerti li f '25 sena ta' Gvern Nazzjonalista hemm bil- gzuz! Minflok, ħa nagħżel li nkun pożittiva għaliex dan il-Gvern jagħtini r-raġunijiet kollha biex inkun. Waħda mill-aktar talbiet li jkolli bħala sindku, (anke jekk mhux fir- responsabbiltajiet diretti tiegħi) huwa x-xogħol, u mhux biss mingħand min ma jaħdimx. Il-bniedem jaspira li dejjem ikollu xogħol aħjar u b'aktar ħlas, u allaħares ma jkunx hekk, għax nispiċċaw pajjiż b'nies mingħajr aspirazzjoni u ambizzjoni. U allura ngħid għalija, kif tista' ma tgħinx lil min qed joħloq ix-xogħol? Kif tista' ma tgħinx lil min, ta' kuljum iqum filgħodu u jrid iħaddem għaxar persuni jew ħafna aktar? Kif tista' ma toħloqx miżuri biex tgħin lil min investa sal-anqas ewro fil-kumpanija tiegħu? Kif tista' ma tkunx favur tagħhom meta qed jagħtu l-għixien lil tant familji Maltin u Għawdxin? Immexxi lokalità li minn ġo fiha, joperaw aktar minn 900 intrapriża, b'ħafna minnhom ikunu ta' daqs medju, iżda hemm kumpaniji li jħaddmu eluf. Nies fin-negozju jitkellmu miegħi b'mod kostanti, jafu li hemm Gvern jifimhom u li kif jgħidu bit-Taljani, taħt dan il-Gvern, 'si respira un'aria migliore'. Ngħidha b'konvinzjoni li l-amministrazzjoni preżenti hija l-aktar waħda pro-business li qatt kellu pajjiżna. U dan ma ngħidux jiena biss, imma jgħiduh anke investituri barranin li qed jagħżlu lil pajjiżna għaliex konxji li se jsibu l-għajnuna neċessarja u mhux bibien jingħalqu f 'wiċċhom. Il-verità hi li l-Partit Nazzjonalista m'għadux il-partit tan-negozju u n-negozjanti, u flok jara kif jerġa' jsir kredibbli ma' dawn in-nies, qed jinfexx f 'dagħdiegħa ta' attakki fil- konfront tal-Gvern preżenti għaliex qed jagħmel dak li ma baqgħux jagħmlu huma. Għall-Partit Nazzjonalista, li tkun pro-business hija li tagħti xi €10 miljuni f 'għajnuniet lil kumpanija f 'xifer falliment bħat-TRC, u dan minkejja pariri interni u rapport ta' nies esperti li jgħidu li se tfalli. Għall-Partit Laburista, li tkun pro-business hi li tkun spalla ma' spalla ma' kull min joħloq bl-għaraq ta' ġbinu joħloq l-impjiegi. Pro-Business, iżda mhux biss! Huwa vera li l-Moviment Laburista sar jappella għal dawk li tradizzjonalment kienu jħossuhom komdi mal-lemin, fosthom nies bin-negozju, iżda fl-istess waqt, il-qalb soċjali baqgħet tħabbat sew. F'kull baġit ta' Gvern Laburista, dejjem inżamm fiċ-ċentru l-ħaddiem u 'ż-zgħir' u konvinta li fil- baġits li ġejjin se jinzammu fiċ-ċentru aktar minn qatt qabel. Miżuri bħal roħs fil- kontijiet tad-dawl u ilma, childcare b'xejn, eżenzjoni mill-bolla għal min jixtri l-ewwel proprjetà, żieda fl- istipendji u fil-pensjonijiet eċċ, bħal donnhom indraw. Iżda dawn kollha huma parti minn kullana ta' miżuri li qed iwasslu għal mobbiltà soċjali li toħloq middleclass ġdida, kif kien imwiegħed fl- aħħar elezzjoni ġenerali. Għal dan il-pajjiż, tassew hu l-każ ta' il-kbir għadu ġej! Politika tar-responsabbiltà Nhar l-Erbgħa filgħaxija rajna għall-ewwel darba eżempju ta' governanza tajba. Dik li dwarha jitkellem ħafna l-Partit Nazzjonalista, imma fil-prattika ma jimplimentahiex. Ir-riżenja ta' Michael Falzon ma kinitx faċli, imma l-pajjiż inbidel u dan il-Gvern lest li jieħu d-deċiżjonijiet, anke dawk iebsin. Ħafna nies, ġustament ftit irrabjati għax konxji li taħt il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien jiġri l-istess jew agħar. Il-Maltin qishom kienu draw li kollox jintefa' taħt it-tapit. Madankollu, din mhux skuża valida biex dan il-Gvern jagħmel l-istess. Dan il-Gvern mhux bħal ta' qablu, iżda aħjar minnu, mhux biss fl-istil imma wkoll fil-kontenut. In-nies ma jistennew xejn mill-partit Nazzjonalista għaliex lil min tafu, tistaqsix għalih. Madankollu, jistennew ħafna minn dan il-Gvern għaliex għandhom fiduċja f 'Joseph Muscat. Rosianne Camilleri hi s-sindku ta' Ħal-Qormi Opinjoni Pro-Business u kburin! Rosianne CutajaR "Għall-Partit Nazzjonalista, li tkun pro-business hija li tagħti xi €10 miljuni f 'għajnuniet lil kumpanija f 'xifer falliment bħat- TRC" "Il-Maltin qishom kienu draw li kollox jintefa' taħt it-tapit, madankollu, din mhux skuża valida biex dan il-Gvern jagħmel l-istess"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 Jannar 2016