Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579
Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 | illum 15 M in juza' t-trasport pubbliku jaf li hawn straġi sħiħa. Min juża t-trasport pubbliku jaf li bejn dak li wiegħed il-Ministru Joe Mizzi qabel l-elezzjoni, u x'għamel f 'dawn it-tliet snin, hemm baħar jaqsam. Min juża t-trasport pubbliku jaf li morna għall- agħar. Minkejja li diġà għaddew kważi tliet snin ta' Gvern Laburista, u minkejja li l-Ministru Mizzi għamel riforma tar-riforma tiegħu stess, il-poplu baqa' mhux moqdi. Għandu raġun il-poplu li jistenna servizz tajjeb. Għandu raġun il-poplu li jilmenta. L-ewwel nett, għax hekk ġie mwiegħed. Qabel l-elezzjoni, il- Partit Laburista u b'mod partikolari l-Ministru Joe Mizzi nnifsu, tgħidx kemm kienu jikkritikaw it-trasport pubbliku. Saħansitra, Mizzi kien jgħid li kif jitla' fil- Gvern, il-Partit Laburista għandu pjan lest; il-famuża road map, u kollox se jkun jimxi fuq ir-rubini. Fil- fatt, paġna 109, punt 24 tal-manifest elettorali tal- Partit Laburista jgħid hekk, "Pajjizna jixraqlu sistema ta' transport pubbliku aħjar. Nifhmu li r-riform fit- trasport pubbliku kif saret, sfortunatament ma ħallietx ir-riżultat li xtaq il-poplu. Bir-raġun, il-poplu stenna aktar." Barra minn hekk, ejja ma ninsewx li l-poplu qed jistenna servizz tajjeb u aħjar, għax illum pajjiżna qed iħallas it-tripplu f 'sussidju. €30 miljun, li finalment dan is-sussidju qed iħallas għalih hu stess. Ħa naraw ftit x'ġejna mwegħdin u fejn attwalment qegħdin. Wegħda numru 1: Il- Kuntratt F'Dicembru 2014, il- Ministru Mizzi kien ta l-kelma li kien se jippubblika l-kuntratt li ffirma mal- Ispanjoli fi żmien qasir. Diġà għaddiet sena, diġà għaddew 52 ġimgħa, u l-kuntratt għadu ma rax id-dawl tax-xemx. Il-kuntratt għadu moħbi f 'xi kexxun. Qisu s-sigriet ta' Fatima. X'fih dan il-kuntratt li l-Ministru Mizzi ma jridniex inkunu nafu? Li kieku kien kuntratt li jiffavorixxi lin-nies li juzaw il-karozzi tal-linja, jien ċerta li l-Ministru kien jippubblikah mill-ewwel, u jiftaħar bil-ftehim li għamel...u hekk kien ikun sewwa u xieraq. Però, mhux hekk ġara iżda bil-kontra. U allura, bir-raġun li n-nies tistaqsi x'qed jipprova jgħatti u jżomm mistur il-Ministru Mizzi. Wegħda numru 2: Sistema effiċjenti fejn jinqata' d-dewmien u tiżdied l-għażla u l-kumdità Titkellem ma' min titkellem, kemm Nazzjonalisti, Laburisti, nies li ma jissimpatizzaw mal-ebda partit politiku, kulħadd tal-istess fehma, u kulħadd jgħidlek li llum, ma tkunx taf jekk tal-linja hix se titfaċċa jew le, u jekk titfaċċa, fix-ħin se titfaċċa. U meta tistaqsi lill-Ministru dwar x'qed jagħmel biex jassigura li l-vjaġġi u r-rotot kollha qed isiru kif suppost, tieħu elf risposta ħlief risposta ċara dwar x'verament qed jagħmel biex isolvi din il-problema li jiffaċċjaw in-nies ta' kuljum. U bl-aħħar riforma li reġa' għamel il-Ministru, il- problema kompliet tiżdied. Jekk titkellem mal-istudenti, tagħraf kemm sar diffiċli għall-istudent biex imur għal- lectures b'tal-linja. Hemm min idum kważi sagħtejn sakemm jasal. Hemm min ma jirnexxielu jirkeb qatt, għax ir-rotta li tgħaddi minn fejn joqgħod hu, tgħaddi dejjem mimlija. L-istess problema qed jaffaċċjawha dawk li jkollhom bżonn imorru Mater Dei. Dawn huma żewġ gruppi ta' nies li qed jużaw tal-linja għall-bżonn u mhux għal xi kapriċċ. Jekk lanqas m'huma moqdijin ir-rotot bażiċi u essenzjali bħal dik ta' Mater Dei u tal-Università, aħseb u ara f 'liema stat jinsabu r-rotot l-oħrajn! Kellmuni wkoll familji ta' persuni b'diżabbiltà. Omm spjegatli kemm sar diffiċli li t-tifla tagħha tmur tagħmel 4 sigħat xogħol. Spjegatli li bl-aħħar riforma li suppost kellha tmur għall-aħjar, spiċċaw ġew agħar. Spjegatli li t-tifla trid tbiddel 5 karozzi tal-linja biex tasal ix-xogħol u ddum madwar siegħa u nofs sakemm tasal ix-xogħol. Dan kollu biex minn San Ġwann tmur sa Santa Venera. U xi ngħidu għall- manutenzjoni li suppost issir fuq il-bus shelters? Filwaqt li hemm numru ta' postijiet li għandhom bus shelters f 'kundizzjoni tajba, għad baqa' ħafna li jew qegħdin fi stat traskurat u mkisser, jew inkella m'hemmx. Meta se jitranġaw? Wegħda 3: Il-Venda Hemm ukoll ħafna garr fuq il-venda tal-Belt kif ukoll fuq dik ta' Mater Dei. Il-vened suppost saru biex is-servizz jitjieb u mhux biex joħloq inkonvenjent ikbar u periklu ikbar għan-nies. Meta ministru jfassal il-politika tiegħu, meta ministru jieħu d-deċiżjonijiet, irid iżomm quddiem għajnejh il-ġid komuni, u mhux x'jaqbillu wieħed jew l-ieħor. In-nies li jużaw il-venda tal-belt qed jilmentaw li t-tqassim ma sarx sewwa u b'għaqal. In-nies li jużaw il-venda ta' Mater Dei jispjegaw il-perikli dwar li nħolqu. Konklużjoni Il-ġimgha l-oħra, minn stħarriġ li għamlet din il- gazzetta stess irrizulta li 75% fil-mija tan-nies li jużaw tal-linja qalu li s-servizz mar għall-agħar; dan ifisser li 3 minn kull 4 jemmnu dan. Il-poplu jixraqlu aħjar u l-politiku għandu r-responsabbiltà li dak li jkun wiegħed iwettqu u mhux joqgħod isib l-iskużi. Jidher bl-iktar mod ċar li l-Ministru Mizzi m'għandux kontroll fuq l-Ispanjoli. Anzi bil-kontra, l-Ispanjoli jiddettaw x'iridu, l-Ispanjoli jimpalaw is-sussidju u l-poplu Malti jistenna. Marthese Portelli hi Shadow Minister ghall-Ambjent, Energija u Trasport Opinjoni Tal-linja ġiet? marthese portelli "Ejja ma ninsewx li l-poplu qed jistenna servizz tajjeb u aħjar, għax illum pajjiżna qed iħallas it-tripplu f 'sussidju"