Illum previous editions

ILLUM 24 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

NHAR il-Ħamis li għadda, il-Qorti tal- maġistrati sabet lil raġel ta' 28 sena mhux ħati ta' traffikar ta'droga eroina, wara li semgħet kif ix-xhud prinċipali tal- prosekuzzjoni ibati minn kundizzjoni li twassal għal diffikulta biex jiddistingwi ir-realtà mill-immaġinarju. Lineker David Micallef kien mixli bir-reat ta' traffikar tal-eroina li allegatament seħħ f 'Lulju tal-2006. Hu kien akkużat ukoll b'pussess aggravat tal-eroina, li wettaq reat waqt il-perjodu operattiv ta' sentenza sospiża u bir- reċidività. L-ispettur Pierre Grech għall-prosekuzzjoni, kien spjega lill-maġistrat Neville Camilleri kif f 'Lulju tal- 2006, pulizija tat-taqsima CID kienu waqqfu sewwieq ta' mutur fuq suspett li l-mutur kien misruq. Dan kien qalilhom li kien bagħtu ċertu Lineker biex jiltaqa' ma terza persuna jismu Tony u jiġbor 4 grammi eroina għal Lineker. Is- sewwieq tal-mutur kien imwiegħed ammont ta' eroina bħala ħlas għal dan. Micallef kien sussegwentement arrestat iżda kien ċaħad li kien traffikant tad-droga u saħaq li kien jixtriha għall-użu personali tiegħu biss . L-imputat, li kien għażel li jixhed, ċaħad dan kollu u qal li bil-kemm jaf min hu x-xhud. Din is-sitwazzjoni ġiet iċċarata permezz tax-xhieda tal-psikjatra tax-xhud imsejjaħ mid-difiża li spjega li dan ix-xhud kien ibati minn psikożi u paranoja. Kien spiss jimmaġina ġrajjiet li fil-fatt ma jkunux seħħew, qal il-psikjatra. Il-kredibbiltà tax-xhud ħadet daqqa oħra meta xhedet tfajla li kienet għamlet żmien għarusa tax-xhud. Dan kien xehed li kienet takkumpanjah meta kien imur jixtri d-droga mingħand Micallef, iżda t-tfajla nsistiet li l-imputat kienet ratu għall-ewwel darba dakinhar fil-Qorti. B' riżultat tan-nuqqas ta' provi kontrih, Micallef ġie misjub mhux ħati. Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 | illum 21 TELEVIXIN Qorti KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI MPJIEG IL-MITA TIPPROVDI AKTAR MINN SEMPLIĊI MPJIEG. IL-MITA HIJA L-AKBAR ENTITÀ TAL-ICT F'MALTA B'TIM PROFESSJONALI TA' AKTAR MINN 330 IMPJEGAT. AĦNA NINVESTU FIK BIEX TILĦAQ IL-POTENZJAL PROFESSJONALI TIEGĦEK U NASSIGURAW LI L-IMPJIEG TIEGĦEK MAL-MITA JIŻVILUPPA F'KARRIERA LI TTIK SODISFAZZJON. JEKK QIEGĦED/A TFITTEX KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI IMPJIEG, IRRIDU NISIMGĦU MINN GĦANDEK. TECHNICAL SERVICES OFFICER PERMESS TAL-ETC: 117/2015 Servizz ta' Security u ta' Networks Qiegħdin inttxu li nimpjegaw Technical Services Ocers -oqsma tas-Security u tan-Networks rispettivament. Security - Il-kandidati magħżula ser imantnu u jħaddmu sistemi ta' information security, janalizzaw security logs biex jidentikaw theddid għall-kundenzjalita', integrita' u disponibbilta' u jirrikmandaw miżuri ta' mitigazzjoni; Networks – Il-kandidati magħżula ser jikkontribwixxu f 'tim lejn id-disinn, twaqqif u operat ta' wieħed mill-ikbar networks f 'Malta kif ukoll jimplimentaw u jipprovdu servizz ta' support għal soluzzjonijiet ta' networks eċjenti u bl-inqas spiża nanzjarja. Dawn huma rwoli li jipprovdu sda u jagħtu lill-kandidati l-opportunita' li jipparteċipaw proġetti interessanti, jiksbu tagħrif wiesgħa u jiżviluppaw il-karriera tagħhom. Għal aktar dettalji żur: www.mita.gov.mt/careers Ibgħat CV dettaljat, imkien ma' email, kopji taċ-ċertikati u ismijiet ta' żewġ referenzi inkluż l-indirizz elettroniku tagħhom sa mhux aktar tard mill-Erbgħa, 3 ta' Frar 2016 fuq: careers.mita@gov.mt, Human Resources Manager, Malta Information Technology Agency, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Il-MITA tapplika l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali għal kulħadd SOFTWARE DEVELOPER PERMESS TAL-ETC: 14/2015 Żvilupp ta' Mobile Apps Qiegħdin l-proċess li ntejjbu s-servizz pubbliku tal-Gvern billi nipprovdu soluzzjonijiet avvanzati permezz tal-Mobile Apps. Għal dan il-għan nixtiequ nimpjegaw Software Developers biex jiddisinjaw u jiżviluppaw business applications ta' livell għoli li jinkludu wkoll Mobile Apps. Il-kandidati magħżula jiġu esposti għal oqsma dierenti tal-operat tal-Gvern. B'din l-opportunita' l-kandidati jiżviluppaw u/jew jimplimentaw/joru servizz ta' support għal soluzzjonijiet bil-għan li jittrasformaw l-operat tal-Gvern għall-beneċċju taċ-ċittadin. i. Grad akkademiku (livell tal-MQF ta' 6 jew ogħla), f 'liema każ esperjenza preċedenti m'hijiex neċessarja; JEW ii. Diploma (livell tal-MQF ta' 5) imkien ma' sena esperjenza relatata mal-ICT; JEW iii. Diploma (livell tal-MQF ta' 4) imkien ma' sentejn esperjenza relatata mal-ICT; JEW iv. Tlett snin esperjenza relatata mal-ICT. Rekwiżiti ta' kwaliċi u/jew esperjenza, relatati mal-ICT għaż-żewġ pożizzjonijiet imsemmija iktar 'l fuq: Mhux ħati ta' traffikar ta' droga għax ma jafx jagħraf ir-realtà u l-immaġinarju Multa ta' €23 minflok €1,300 għax ix-xhieda bbażat fuq riħa ILQORTI tal-Appell ċekknet b'mod sostanzjali l-multa dovuta minn raġel li kien nstab ħati ta' sewqan taħt l-effett tal-alkoħol, wara li kkonkludiet li l-prosekuzzjoni kienet ibbażat il-każ tagħha fuq riħa li xammew żewġ pulizija. Raymond Debono ta' 56 sena, kien ġie mixli li saq fis-sakra, li rrifjuta li jissottometti għal test tal- breathalyzer u li kien saq bil-lejl bid-dwal tal-karozza tiegħu mitfija, u wara ħabat bil-karozza f 'Diċembru 2013. F'Marzu li għadda, hu nstab ħati ta' sewqan taħt l-effett tax-xorb u ta li saq bil-lejl bla dawl. Ġie misjub mhux ħati li rrifjuta t-test, minħabba li kien ġarrab ġrieħi gravi fl-inċident u kellu diffikultà biex jieħu n-nifs. Il-Qorti tal-Maġistrati kienet ordnatlu jħallas multa ta' €1,300 filwaqt li ssospendietlu l-liċenzja tas- sewqan għal sitt xhur. Iżda nhar il-Ġimgħa, il-Qorti tal-Appell, ippreseduta mill-imħallef Edwina Grima kellha kliem iebes għan-nuqqas ta' provi xjentifiċi f 'dan il-każ. Filwaqt li kien minnu li xhud minnhom kien xehed li Debono kien qed jgħawweġ kliemu bħal bniedem fis-sakra u li kellu problemi biex iżomm il-bilanċ, il-Qorti nnutat li din il-verżjoni ma rriżultatx mix-xhieda taż- żewġ pulizija li marru fuq il-post. Dawn ma semmew xejn għajr li kellu riħa ħafifa ta' xorb. Il-Qorti semgħet kif il- pulizija kienu kkonkludew li Debono kien fis-sakra minħabba din ir-riħa ħafifa u l-fatt li ma setgħax iżomm bil-wieqfa. Għajr dan, ma kien hemm l-ebda evidenza li r-raġel kien xorob dak il-lejl, osservat il-Qorti. L-imħallef irrimarkat li d-diffikultà li kellu Debono biex jżomm bil-wieqfa seta' kienet kawżà tal-ġrieħi serji li kien ġarrab fil-ħabta, ftit minuti biss qabel. Il-Qorti qalet li ma setgħetx issib ħtija abbażi ta' probabbiltà, iżda fuq bażi ta' ċertezza lil hinn minn kull dubju ddettat mir-raġuni. Għaldaqstant, Debono ġie lliberat mill- akkużi fuq xorb fis-sakra u misjub ħati biss ta' kontravenzjoni minħabba li saq bla dawl. Għal din tal-aħħar. Debono ġie mmultat biss €23. L-avukati Jason Azzopardi u Kris Busietta rrapreżentaw lil Debono.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 Jannar 2016