Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579
22 illum | Ħadd 24 ta' Jannar 2016 Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Aħseb x'inhu tajjeb għalik minn dak li int tħoss ġewwa fik. Li tieħu parir, huwa tajjeb ħalli int ikollok gwida imma s-sitwazzjoni tiegħek int tafha. Għalhekk, idħol ġewwa fik biex tgħaraf il-verità ta' dak li int trid u tixtieq. Tibdil li ġej lejk, anke mil-lat ta' karriera, mhux bilfors iġib bidla f 'dak li tagħmel, imma r-responsabbiltà tinbidel żgur u fl-imħabba, jeħtieġ li tagħmel xi rtokki għall-aħjar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla bl-aktar għajnuna fl-emozzjoni għalik hija Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 14, 24 u 35. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Xi kultant trid tagħraf timxi ħafna iżjed b'moħħok milli b'qalbek, u bħalissa, dan huwa żmien li int trid tagħraf timxi ħafna iżjed b'moħħok, kemm fl-imħabba, imma b'mod partikolari f 'dak li għandu x'jaqsam ma' karriera. Issa huwa l-mument li trid turi l-abbiltà tiegħek. Jeħtieġ li mhux biss tidher, imma tinħass fil-madwar. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla bl-aktar għajnuna fl-emozzjoni għalik hija Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 18, 22 u 34. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Tgħafas kemm tgħafas, bħalissa m'int se tasal imkien. Aħjar trattab ftit ħalli int tnaqqas mill- pressjoni li qiegħda ddur madwarek. Din hi fażi li m'għandhiex iddum madwarek, jekk int tgħaraf tnaqqas ftit minn dik ir-ras iebsa li mhu se twasslek imkien. Anzi, kif int tħoll ftit, se tara u tħossok aħjar, għalkemm għaddej minn din il-fażi. Ħu ħsieb li tmur tirrilassa xi mkien għax dan ikun tajjeb għalik. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-istilla bl-aktar għajnuna fl-emozzjoni għalik hija Cancer Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 16, 28 u 31. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Bħalissa, is-sitwazzjoni tiegħek hi maqsuma biex tagħraf x'inhu l-aħjar li tagħmel fir- relazzjoni tiegħek mal-partner tiegħek. Dubji li tqanqlu dan l-aħħar bħal donnhom fixkluk, u dan jista' jkun il-mument fejn int trid tagħraf aktar x'hemm bżonn li tagħmel. Bħala Taurus, trid tagħraf iżjed lilek innifsek, u eżattament int f 'liema responsabbiltà lest li tidħol. Għalik ġej żmien ta' riflessjoni, fittex agħraf! Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla bl-aktar għajnuna fl-emozzjoni għalik hija Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 14, 23 u 37. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Deċiżjoni iebsa li għandek tieħu, tibżax teħodha, għalkemm tkun maħkum minn ċertu biża', din ħa tirrifletti tajjeb ħafna 'il qud- diem. Persuna mill-passat tiegħek ħa tkun ta' kuraġġ għalik. Dieħel iż-żmien biex il-pjanijiet għall-proġetti tiegħek jibdew jitressqu 'l quddiem. Aħseb sew dwar dak li għandek imħejji, u taħlix żmien. Iċ-ċavetta ta' suċċess tiegħek tinsab f 'idejk u ħu ħsieb. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla bl-aktar għajnuna fl-emozzjoni għalik hija Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 13, 29 u 38. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Mhux kulħadd jista' jaqbel miegħek f 'dak li int taħseb li tagħmel, imma huwa int li taf eżatt il- bżonnijiet tiegħek. Agħraf uża moħħok, u ara li m'għandek bżonn tal-ebda għassies madwarek. Sitwazzjoni li ġejja dwar deċiżjoni ta' familja, trid tagħraf teħodha bl-akbar responsabbiltà. Agħraf afda ma' min tħossok digur. Arja ta' pożittività riesqa madwarek. Sarrafha sew u b'għaqal. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla bl-aktar għajnuna fl-emozzjoni għalik hija Libra. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 7, 19, 27 u 33. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Dak il-kuraġġ li int għandek tant bżonn, ħa jiġik. Taqtax qalbek! Dak li int lest biex tagħraf tkun aħjar, irid isir. Xejn ma jiġi b'xejn, però dak li int se tagħmel, se jkollok il-frott tiegħu fix-xhur li ġejjin. Ħu ħsieb ir-relazzjoni tiegħek. Twarrabx lil min vera jħobbok, u tkunx għami għax inkella taf tħallas qares ħafna. Mhux kull ma jleqq hu deheb. Aħseb fil- fond. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-istilla bl-aktar għajnuna fl-emozzjoni għalik hija Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 17, 22 u 30. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Wasal il-mument għal iktar determinazzjoni sabiex int turi l-vera min int. Ilek tħoss li jrid jasal il-mument fejn fl-imħabba ma toqgħodx lura sabiex int tesprimi dak li vera tħoss u tixtieq, aktar u aktar fil-kamp tal-karriera tiegħek fejn hawn żgur wasal il-mument turi li int ukoll għandek pożizzjoni. Wara dawn il-mumenti, ħa tgħid, imma għalfejn ħadt dan iż-żmien kollu! Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla bl-aktar għajnuna fl-emozzjoni għalik hija Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 15, 28 u 35. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ottubru Żomm saqajk mal-art, għalkemm għandek żmien pożittiv ħafna u miexi 'l quddiem, imma jista' jkun li tista' tisker f 'dan il-mument, u trid tagħraf li int persuna li żżomm bilanċ. Issa jekk dan il-bilanċ se jintilef u tibda tikbirlek rasek, ikun hawn li int tibda titlef dik il-formula li tant magħruf għaliha ta' bilanċ. Jekk int tagħraf iżżomm il-bilanċ, kollox jibqa' għaddej tajjeb u aktar. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-istilla bl-aktar għajnuna fl-emozzjoni għalik hija Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 17, 22 u 39. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Żball jew deċiżjoni li int ħadt bl-għaġġla u ħadtx iż-żmien biżżejjed biex tirrfletti fu- qha, issa qiegħed jinħass l-effett ta' dan u qed tinkwieta kif tista' tirranġa din is-sitwazzjoni li ovvjament ħloqtha int stess. Ħalli ftit ġranet jgħaddu u of- fri stedina. Mhijiex faċli, imma din hi din li tista' treġġa' kollox għan-normal, u għalik, dan ikun pass fid-direzzjoni t-tajba għax ħa tħossok aħjar. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla bl-aktar għajnuna fl-emozzjoni għalik hija Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 16, 29 u 32. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Żvilupp li tant qiegħda tistenna fl-imħabba, għalissa ma jistax ikun hemm żblokk li int tant tixtieq, imma xorta waħda trid tibqa' tgħafas, għax għalkemm ma sar l-ebda pass f 'dak li int tant qed tixtieq, però s-sitwazzjoni tjiebet. Allura, int xorta trid tibqa' iffukat fuq dak li int s'issa irnexxielek takkwista. Hemm imfassal żmien aħjar għalik, għalhekk ibqa ssielet. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-istilla bl-aktar għajnuna fl-emozzjoni għalik hija Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 12, 21 u 35. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Fixkla ta' ħsieb, tħallihiex tiġi madwarek. Bħalissa, qisek se toħloq dik it-tensjoni żejda meta fil-fatt m'hemmx għalxiex tink- wieta. Aħjar tara kif taħseb dwar kif ħa taqsam il-ħajja tiegħek ħalli ssib il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħin ta' rilass għalik. Huwa dan li trid terfa' ħin għalik sabiex tirrilassa aktar ħalli meta ssib dan il-ħin, jagħtik iktar spazju kif int tip- pjana aħjar. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-istilla bl-aktar għajnuna fl-emozzjoni għalik hija Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 18, 24 u 34. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imħabba bla tmiem (2) Kristina bi pjan imfassal li twaqqa' lil Tonio għal dak li trid hi, kienet kuntenta li issa mhux se ssib tfikil ieħor hekk kif oħtha se ssiefer. Ħaġa waħda ma ħasbitx biżżejjed: fejn se jwassal dan il-pjan. Anna telqet lejn Milan u Kristina ma tilfitx ħin. Marret sal-bank bi lbies li tħalli lil kulħadd iħares lejha, u hekk ġralu Tonio. Kif raha quddiemu, tħawwad b'dik id-dehra. Hi marret bi skuża ta' parir, imma tant ħasbet b'kumplikazzjonijeit li Tonio ma kellux triq oħra għajr li jsaqsiha jekk hux possibbli tmur għandu d-dar wara x-xogħol ħalli jkun jista' jfehmha aħjar u jagħtiha l-aħjar parir. Kristina ħejjiet sew u għall-ħabta tat-8:30pm, marret għand Tonio b'dehra iktar seduċenti biex tfixklu iktar. Kristina, ftit ftit bdiet iżżid id-diskors b'aktar ton passjonali u l-ħin beda jgerbeb. Ħin minnhom, waqt li kienu fuq is-sufan, Kristina straħet fuq Tonio u hemm inħolqot sitwazzjoni delikata, u minn hawn u minn hemm, Kristina rnexxielha twaqqa' lil Tonio sesswalment, bis-sitwazzjoni tiżvolġi f 'waħda intima. Kristina ma kinitx kuntenta b'dan biss, u poġġiet ħwejjeg ta' taħt, fis-sufan ħalli żgur toħloq l-inkwiet. Anna waslet lura u fl- ewwel lejl marret tiekol għand Tonio. Wara li kielu, marru fis-salott u sakemm Tonio lesta l-kafè, rat xi ħaġa tleqq minn bejn ix- xquq tas-sufan u għelbitha l-kurżità. Għarfet li kienet parti mill-ħwejjeġ ta' taħt t'oħtha, u minn hawn inħolqot sitwazzjoni taħraq immens, fejn Tonio beda jaħrab il-verità, imma meta ssikkatu Anna, ammetta li kellu x'jaqsam m'oħtha. B'rabja u dispjaċir kbir, telqet 'il barra. Meta għaddew diversi sigħat, Tonio beda jċempel lil Anna, imma baqa' bla tweġiba. Ċempel lil oħtha għax ħaseb li kienet għandha, imma ma kinetx u t-tnejn bdew jinkwetaw. Kienu madwar is-2:00am meta Kristina rċeviet telefonata mill-isptar fejn qalulha biex tmur malajr għax oħtha kellha aċċident, u b'xokk ċemplet lil Tonio u marru malajr l-isptar. Anna kienet fl-ITU, u s-sitwazzjoni bdiet tmur għall-agħar, tant li li fl- 4:30am, għaddiet għall-ħajja ta' dejjem, fost it-twerżieq ta' oħta, u Tonio kien kważi intilef minn sensih. Ġiet imkeffna bil-libsa tat-tieġ bajda mimlija fosos u bizzilla fina, fejn dehret qisha rieqda fit-tebut. M'għaddietx ġimgħa li fid- dar ta' Kristina bdew iseħħu affarijeit strambi ħafna bla kontroll. Anke fid-dar ta' Tonio bdew isiru xi affarijiet. Ma kinux jafu għand min se jmorru, u fuq parir, marru għand qassis, però ma kinux kuntenti. Ħabib bagħthom għand persuna barranija imma wkoll raw li kien hemm bħal vojt. Kristina saret taf b'PaulJon u ċemplet għal appuntament. Wara li spjegat fit-tul, dak li ġara, u li kien qed jiġri, u staqsiet jekk nistax ngħinha, u bdejna b'viżta fid-dar. Tkompli l-ġimgħa d-dieħla... Jekk hemm xi ġrajja li tixtiequ taqsmu mal-qarrejja, ċempli 99013600