Illum previous editions

ILLUM 24 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 illum | Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 Kummerċjali GO ser takkwista l-maġġoranza tal-ishma ta' Cablenet f 'Ċipru GO plc, il-fornitur ewlieni tas-servizzi tat- telekomunikazzjonijiet 'quad play' f'Malta, ser tkun qed takkwista l-maġġoranza tal-ishma ta' Cablenet Communications Systems Limited, kumpanija Ċiprijotta tat-telekomunikazzjoni 'triple play' fejn qabel GO kellha biss sehem minuri. F'Settembru 2014, f'konformità mal-istrateġija tagħha li tikseb opportunitajiet ta' tkabbir kull meta dan jagħmel sens, GO kisbet 25% tal-kapital azzjonarju ta' Cablenet f'Ċipru. GO kienet estendiet ukoll self konvertibbli ta' €12-il miljun lil Cablenet li seta' jkun konvertit f'ekwità (equity), kif ukoll l-għażla li, fil-futur, takkwista l-kontroll tal-maġġoranza tal-ishma fil- kumpanija Cablenet. Il-Bord ta' GO issa ddeċieda li jagħmel dan il-pass u jikkonverti s-self f'ekwità. B'riżultat ta' dan, is-sehem tal-ishma ta' GO fil- kumpannija Cablenet se jiżdied minn 25% għal 45% tal-kapital azzjonarju ta' Cablenet. Barra minn hekk, GO qed teżerċita wkoll l-għażla, li kienet inkluża fil-ftehim oriġinali tax-xiri tal-ishma, li tikseb 6% oħra tal- ishma kapitali, biex tilħaq total ta' 51% tal-ishma u b'hekk tikseb il-maġġoranza tal-ishma. Cablenet hi kumpanija privata li bdiet topera fl-2003 bħala l-fornitur tal-cable TV f'Ċipru. Sa minn dak iż-żmien, il-kumpannija espandiet in-netwerk u l-operat tagħha b'mod konsistenti. Illum, Cablenet hi l-fornitur privat ewlieni għall-broadband f'Ċipru u toffri pakketti li jinkludu aċċess għall-internet bil-broadband, telefonija b'linji fissi u HD TV diġitali lil għadd ta' abbonati li n-numri tagħhom dejjem qed jikbru. Yiannos Michaelides, il-Kap Eżekuttiv ta' GO, qal: "Apparti mill-fatt li dan ser iwassalna għal aċċess ta' suq ikbar, u sorsi ġodda ta' dħul, iż-żieda tas- sehem tagħna f'Cablenet ser tippermettielna sinerġiji effettivi bejn GO u Cablenet. Żgur li ser ikollna strateġiji rebbieħa u l-aqwa prattiċi f'numru ta' oqsma. Qed naraw ukoll potenzjal li nkomplu nikbru f'suq li, minkejja li għandu l-karatteristiċi tiegħu, hu simili ħafna għal Malta." Deepak Padmanabhan, iċ- Chairman ta' GO, ikkummenta, ''GO temmen bis-sħiħ fis-suq ta' Malta, kif muri biċ-ċar mill- akkwist riċenti tal-maġġoranza tal-ishma f'kumpanija li tispeċjalizza f'soluzzjonijiet tal-IT. Minkejja l-fatt li hi impenjata bis-sħiħ lejn Malta, GO qed tħares b'viżjoni fuq skala reġjonali, u Ċipru għandu parti sew minn din il-viżjoni. Minn dakinhar li akkwistajna sehem minuri f'Cablenet fl- 2014, il-kumpanija kompliet tikseb riżultati b'saħħithom, kif jintwera mit-tkabbir notevoli kemm tad-dħul kif ukoll tal- EBITDA matul dawn l-aħħar snin. Għalhekk qed naraw potenzjal sinifikanti li ser ikomplu joffrulna dawn l-assi. Il-fatt li GO hi f'pożizzjoni li tidħol għal investimenti stateġiċi bħal dawn, propju f'dan il-punt tal-istorja tagħha, turi kemm GO hi entità dinamika, kapitalizzata tajjeb, u b'viżjoni ċara ta' fejn trid tasal mhux biss fis-suq ta' Malta imma lil hinn minn xtutna. Nemmen li din hi aħbar tajba għal kull min hu involut b'mod jew ieħor fil-ħidma ta' GO." Aċċess usa' għall-finanzjament ekoloġiku permezz tal-BOV ECO Loan Nicole Ebejer se tkun il-wiċċ ta' Diet Kinnie għal din is-sena u se tidher fil-kampanja ta' reklamar tad-ditta fl-2016. Nicole rebħet ukoll kuntratt tal-immudellar għal sena ma' Supernova Models – l-aġenzija ewlenija tal- immudellar f'Malta. Hija mxiet fuq il-catwalk fl-aħħar Pink fashion show ta' Novembru u ħadet sehem f'sessjoni ta' fotografija tal-moda f'Londra, bħala parti mill-premju tagħha. Dehret ukoll fl-editorjal tal- edizzjoni ta' Diċembru fil- magazin Pink. Nicole rebħet il-kompetizzjoni Face of Diet Kinnie li kienet qed tfittex il-wiċċ ta' Diet Kinnie għal 2016, li fiha ħadu sehem 'il fuq minn 200 parteċipanta. Il-kompetizzjoni kien fiha numru ta' sfidi għall-parteċipanti, fosthom photoshoots u styling, u lezzjonijiet tal-immudellar. Dan kollu sar taħt il-gwida esperta ta' Marisa Grima, persuna magħrufa f'Malta fix-xena tal-immudellar u l-moda. Fil-kummenti li tat, Marisa Grima qalet li, "Il-parteċipanti ta' din il-kompetizzjoni jintgħażlu għax il-ġurija tkun rat xi ħaġa speċjali fihom. Applikaw mijiet, imma ftit għamluha sal-aħħar fażijiet tal- kompetizzjoni. Nicole għandha dak kollu li l-organizzaturi kienu qed ifittxu għall-wiċċ ta' Diet Kinnie, u l-personalità tagħha tikkumplimenta tajjeb ħafna s-sbuħija tagħha." Nicole qalet li hi, "Ferħana ħafna, eċitata u kburija li se nkun il-wiċċ ta' Diet Kinnet 2016 u ħerqana biex nibda naħdem f'din il- kampanja. S'issa l-bidu kien tajjeb ħafna. Sena ilu l-immudellar kien biss ħolma u issa meta nħares lura nintebaħ kemm diġà ksibt f'sena. Li nkun il-wiċċ ta' Diet Kinnie 2016 u li naħdem ma' ditta daqshekk pretiġjuża se jkomplu jagħtuni spinta 'l quddiem fil-karriera tiegħi tal-immudellar." Lara Filletti, Brand Executive ghal Kinnie ta' Simonds Farsons Cisk plc, qalet li Nicole kienet il- persuna ideali biex tirrappreżenta din il-marka kummerċjali għas-sena li ġejja u li tirrifletti l-karatteristiċi tal-marka b'mod perfett. "Tassew kuntenti bir- rebbieħa u ninsabu ħerqanin biex naħdmu flimkien għal kampanja oħra ta' suċċess għal Diet Kinnie." Ix-xarbiet Kinnie, Diet Kinnie, Kinnie Zest u Kinnie Vita huma prodotti, irreklamati u mqassma minn Simonds Farsons Cisk plc. Għal aktar tagħrif idħol fis-sit www.kinnie.com jew www. facebook.com/kinnie.mt. Nicole Ebejer, il-wiċċ ta' Diet Kinnie 2016 Il-Bank of Valletta ħabbar titjib fil-BOV Eco Loan li qed joffri, billi wessa' l-ambitu tal-finanzjament għal prodotti u servizzi ekoloġiċi. Il-BOV Eco Loan issa tista' tintuża wkoll biex tiffinanzja x-xiri ta' vetturi bil-mutur, sakemm il-livelli tal-emissjonijiet tas-CO2 tagħhom ma jaqbżux livelli limiti partikolari. Din il-faċilità ta' self favur l-ambjent, li tnediet l-ewwel darba fis-suq 10 snin ilu, hija ddisinjata biex tipprovdi aċċess faċli għall- finanzjament, flimkien ma' termini attraenti għal klijenti individwali li jkunu qed jikkunsidraw li jinvestu f 'tagħmir u prodotti favur l-ambjent bħal sistemi fotovoltajċi, ħiters tal-ilma solari u tagħmir domestiku tal- Klassi 'A' li jiffranka l-enerġija. Alan Micallef, il-Kap tal- Consumer Finance fil-Bank of Valletta spjega, "Mill- 2016, il-Bank of Valletta qed jaċċetta applikazzjonijiet għall-BOV Eco Loan relatati max-xiri ta' vetturi bil-mutur ġodda, sakemm il-livelli tal-emissjonijiet tas-CO2 tagħhom ikunu taħt il-100g/ km, jew 130g/km meta fl- istess ħin l-applikant ikun qed jiskreppja vettura bil-mutur oħra taħt l-iskema tal-Gvern ta' Skreppjar ta' Vetturi. Il-BOV Eco Loan qed tiġi estiża wkoll għax-xiri ta' muturi." Huwa kompla, "Ċertament, il-BOV Eco Loan tista' tintuża wkoll biex tiffinanzja x-xiri ta' vetturi bil-mutur elettriċi jew hybrid, kif ukoll biex vetturi bil-mutur jiġu konvertiti biex jaħdmu bl-autogas." Is-Sur Micallef qal li dawn l-għanijiet il-ġodda li qed jiġu kkunsidrati taħt il-BOV Eco Loan huma allinjati mar- responsabbiltà korporattiva tal-Bank, li permezz tagħhom il-Bank qed ifittex mhux biss li jadotta prattiki favur l-ambjent huwa stess, imma wkoll li jinkoraġġixxi u jippremja lill-klijenti li jieħdu deċiżjonijiet favur l-ambjent. Il-finanzjament permezz tal-BOV Eco Loan jista' jinkiseb għal ammonti li jibdew minn €500, u li jitilgħu sa massimu ta' €40,000. Ġeneralment, it-terminu ta' ħlas lura jkun ta' seba' snin, madankollu jista' jiġi estiż għal tmien snin fil-każ ta' self mogħti għax-xiri ta' vetturi bil-mutur b'livelli baxxi ta' emissjonijiet tas-CO2, karozzi elettriċi jew karozzi hybrid. Il-BOV Eco Loan fiha wkoll marġni tal-imgħax skontat u ma tinkludi l-ebda miżati amministrattivi. Iżjed informazzjoni rigward il-BOV Eco Loan kif ukoll it-termini u l-kundizzjonijiet relattivi, huma disponibbli mill-websajt: bov.com. Wieħed jista' wkoll iżur kwalunkwe fergħa tal-BOV jew jikkuntattja l-BOV Customer Service Centre fuq 2131 2020.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 Jannar 2016