Illum previous editions

ILLUM 24 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 | illum 27 SportSillum minn Cristian Antony Muscat Birkirkara......................2 Sliema W.......................0 Birkirkara ma tantx tħabtu biex għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta' 2-0. Kienu propju huma li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża wara seba' minuti logħob, meta Edmond Agius għadda tajjeb lejn Vito Plut li avvanza tajjeb qabel ra lil Glenn Zammit isalva tajjeb. Sliema Wanderers irrispondew seba' minuti wara meta Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma għadda bit-takkuna lejn Marko Potezika li minn quddiem il-goalkeeper Miroslav Kopric ra lill-goalkeeper Kroat imiss ftit il-ballun qabel ma ħabat mal-wieqfa bid-difiża Karkariża titfa' l-ballun 'il bogħod minn kull periklu. Wara kwarta logħob, Birkirkara tilfu ċans tad- deheb li jiftħu l-iskor meta minn corner ta' Mislav Andelkovic, għola tajjeb Maurico Matias Latini Mazzetti li iżda ra d-daqqa ta' ras tiegħu tiġi maqlugħa minn fuq il-linja bir-ras minn Luke Dimech. Żewġ minuti wara, l-Istripes fetħu l-iskor meta tentattiv minn freekick dirett ta' Ryan Camenzuli ġie mxellef mill-plejer tal- Wanderers li kien jinsab fil-barriera, Mark Scerri, qabel intemm ġewwa. Fis-37 minuta, it-tim immexxi mill-kowċ Kroat Drazen Besek, irdoppja l-iskor meta minn corner mogħti mis-solitu Mislav Andelkovic, daqqa ta' ras ta' Maurico Matias Latini Mazzetti ġiet salvata tajjeb minn Glenn Zammit, bil- ballun jintemm għand id- difensur ċentrali Christian Bubalovic li kellu daqqa ta' ras oħra maqluha minn fuq il-linja mid-difiża tal- Wanderers, biex finalment kien Frank Temile li mir- rebound tefa' gewwa. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirara komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u fid-49 minuta, Edmond Agius għadda tajjeb lejn Ryan Camenzuli, li ra x-xutt mill-ewwel tiegħu jintemm ftit barra. Sliema Wanderers irrispondew fit-72 minuta, meta freekick ċentrali ta' Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma ġie mdawwar f 'corner mill-goalkeeper tal-Istripes, Miroslav Kopric. Birkirkara - Kopric, Mujanovic, Bubalovic (Attard 76'), Latini Mazzetti, Sciberras, Agius (Guillaumier 64'), Andelkovic, Zerafa, Temile, Camenzuli, Plut (Zammit 87') Sliema W. - Zammit, A. Muscat (Sansone 84'), Scerri (Essel 46'), Rodrigues Ledesma, Gatt Baldacchino, Potezica, Friggieri, Bezzina, Hendry (Xuereb 34'), Muir, Dimech Referi - Esther Azzopardi RYAN CAMENZULI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mil-ġurnalisti preżenti. Twieled fit-8 ta' Settembru 1994 f'Tal-Pietà. Rebaħ l-unur personali prestiġjuż tal-BOV Plejer tax- Xahar għal Diċembru tas-sena li għaddiet, għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu. Huwa l-Captain tat-Tim Nazzjonali ta' taħt il-21 sena u fost l-aktar futbolers żgħażagħ li qed jimpressjona sa issa fil- Kampjonat BOV Premier, bil- flokk ta' Birkirkara. Jigi ħu l-eks plejer ta' Birkirkara u tat-tim nazzjonali Malti, William Camenzuli. Ix-xewqa prinċipali tiegħu hija dik li jmur jilgħab barra minn Malta. Birkirkara jegħlbu lil Sliema W bla tbatija Ritratt - Ray Attard Ritratt - BOV Gareth Sciberras, jikkontrolla l-ballun tajjeb segwit minn Peter Xuereb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 Jannar 2016