Illum previous editions

ILLUM 24 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 Sports minn Cristian Antony Muscat Floriana .................... 1 Valletta .................... 2 Valletta rebħu d-Derby tant mistenni kontra l-ġirien iżda rivali kbar ta' Floriana, bl-iskor ta' 2-1, u dan wara li fi tmiem l-ewwel taqsima, huma kienu gowl minn taħt. Fit-18-il minuta, meta Floriana rebħu penalti meta Claudio Pani waqqa' lill-attakkant tal-Greens, Matteo Piciollo fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu Mauricio Villa, li ma żbaljax. Il-Greens reġgħu ħolqu l-periklu għaxar minuti wara permezz ta' xutt ċentrali minn barra l-kaxxa ta' Matteo Piciollo li iżda ġie milqugħ minn Henry Bonello. Fit-53 minuta Floriana kienu ferm sfortunati li ma rduppjawx l-iskor meta Mauricio Villa għadda pass preċiż lejn Matteo Piciollo, li wara li qabeż plejer ta' Valletta, ra x-xutt tiegħu jistampa mal-mimduda. Żewġ minuti biss wara, Floriana reġgħu tilfu okkażjoni tad-deheb li jsibu x-xibka, meta Mauricio Villa ra d-daqqa ta' ras tiegħu mill-viċin tistampa mal- mimduda. Valletta kienu se japprofittaw bis-sħiħ minn dawn iż-żewġ okkażjonijiet kbar mitlufa minn Floriana, u fis-56 minuta, Federico Matias Falcone mill-viċin ra d-daqqa ta' ras tiegħu tiġi salvata b'mod spettakolari mill- goalkeeper ta' Floriana, Matthew Calleja Cremona. Fid-69 minuta, Valletta ġabu l-iskor indaqs meta l-captain Belti, Roderick Briffa għadda tajjeb lejn Jhonnattann Benites Da Conceicao, li minn pożizzjoni angulata minn ġol-kaxxa tefa' fix-xibka. Valletta skorjaw il-gowl tar-rebħa fis-86 minuta permezz ta' xutt bomba mill-viċin tas-sostitut Umeh Uchenna Calistus. Floriana - Calleja Cremona, Scicluna (Cabral 82'), Monticelli, Pepe, Pisani, C. Borg (Fontanella 88'), Villa, Piciollo, Bonnici, Briffa, Chiesa Valletta - Bonello, Caruana, Camilleri, Gill Cruz (Azzopardi 63'), Mifsud (Uchenna Calistus 69'), Briffa, Latini Mazzetti, Cremona (Borg 76'), Pani, Benites Da Conceicao, 90 - Romao Referi - Alan Mario Sant MATTEO PICIOLLO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Twieled fil-15 ta' Ottubru 1992 fl-Italja. Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Floriana. Qabel ingħaqad ma' Floriana, huwa lagħab ma' AS Ostiamare, Civitavecchia, Salernitana u Atletico Roma Jugend fl-Italja. Valletta jirbħu d-Derby kontra r-rivali Floriana Ritratt - Ray Attard Taqtiegħa għall-ballun bejn iż-żewġ captains ta' Valletta u Floriana, Roderick Briffa u Nicolas Hernan Chiesa, rispettivament

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 Jannar 2016