Illum previous editions

ILLUM 24 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 Sports L-Għaqda Maltija tal-Weightlifting (MWa) organizzat b'suċċess l-ewwel kompetizzjoni tas-sena. din kienet importanti ħafna peress li offriet l-aħħar ċans lill- atleti biex jikkwalifikaw għall-kompetizzjonijiet internazzjonali li huma fil-qrib. L-ewwel kompetizzjoni kienet għall-Kadetti, fejn numru sabiħ ta' tfal ħadu sehem, bl-aħjar riżultati ġew minn Rylee Borg b'125 punt segwita minn Kyle Camilleri b'117-il punt. Camilleri rnexxielu wkoll jistabilixxi rekord nazzjonali fil-kategorija tat-30kg. It-tieni kompetizzjoni kienet għall-atleti li qed jippreparaw għall- Kampjonati tal-Unjoni Ewropea li se ssir f 'Malta f 'Mejju li ġej. Fil- kategorija ta' taħt il-15-il sena, l-aħjar riżultati għas-subien ġew minn Lionel Zerafa, b`refgħa ta' 61 kilogramma, u Shelby Vassallo fis-sezzjoni tal- bniet, li refgħet 56 kilo. Fis-sezzjoni tas-subien ta' taħt is-17-il sena, l-aħjar riżultati ġew minn Kieran Mifsud b`refgħa ta' 215 kilo, waqt li fis- sezzjoni tal-bniet, l-aħjar riżultat wasal minn Shazel Guzman, li refgħet 75kilo. Fil-kategorija tal-irġiel ta' taħt l-20 sena, l-aħjar riżultat wasal minn Andy Grech, b'irfigħ ta' 175 kilo, waqt li fl-istess kategorija iżda din id-draba tan- nisa, Rebecca Fitz kisbet l-aħjar riżultat b'irfigħ totali ta' 89 kilo, waqt li stabbiliet ukoll sitt rekords nazzjonali ġodda fil-Clean & Jerk u Total. It-tielet kompetizzjoni tal-ġurnata kienet għall- atleti nisa. L-atleti kollha għamlu l-aħjar tagħhom biex jiżguraw pożizzjoni fit-tim nazzjonali. L-ewwel f 'din il-kompetizzjoni kienet Pamela Psaila b'irfigħ totali ta' 137 kilo u punteġġ ta' 188 punt. Permezz ta' dan ir-riżultat, hija stabbiliiet ukoll tliet rekords nazzjonali ġodda. Fit- tieni post spiċċat Yazmin Zammit Stevens b'irfigħ totali ta' 129 kilo u punteġġ ta' 163 punt. Fit- tielet post spiċċat Elisia Scicluna b'irfigħ totali ta' 135 kilo u punteġġ ta' 154 punt. Hija kienet segwita minn Kristen Borg b'irfigħ totali ta' 98 kilo u punteġġ ta' 151 punt. L-aħħar kompetizzjoni tal-ġurnata kienet għall-irġiel. Din kienet iddominata minn Rodmar Pulis bit-total ta' 244 kilo u punteġġ ta' 302 punti. Pulis kien segwit minn Matthew Camilleri b'irfigħ totali ta' 226 kilo u punteġġ ta' 269 punt, u Anton Micallef b'irfigħ totali ta' 202 kilogrammi u punteġġ ta' 237 punt. Rodmar Pulis, Kyle Micallef, Ryan Agius, Pamela Psaila u Yazmine Zammit Stevens, huma l-atleti li kkwalifikaw bħala tim biex jirrapreżentaw lil Malta fil-Kampjonat għall-Pajjiżi ż-Żgħar Ewropej f 'Ċipru. Matthew Camilleri, Andy Grech, Elisia Scicluna u Kristen Borg, ikkwalifikatw biex jirrappreżentaw lil Malta fil-Kompetizzjoni tal-Mediterran tal- Weightlifting ġewwa Spanja. Iż-żewġ kompetizzjonijiet internazzjonali se jinżammu f 'Marzu li ġej. L-MWA torganizza b'suċċess l-ewwel kompetizzjoni tas-sena Il-weightlifter ewlieni f 'Malta, Rodmar Pulis, fl-azzjoni Ritratt - MWA Miljun Ewro kienu mqassma f 'sena lill-assoċjazzjonijiet sportivi SportMaLta ppreżentat l-aħħar sett ta' għajnuniet finanzjarji lill-assoċjazzjonijiet u atleti individwali biex b'kollox, matul is-sena 2015, tat madwar miljun ewro f 'assistenza finanzjarja. Fl-aħħar ċerimonja kien preżentat total ta' 'l fuq minn €300,000, li kien jinkludi għajnuna għall- 10 proġetti relatati ma' turiżmu sportiv. B'kollox kienu 214 atleta u assoċjazzjoni li bbenefikaw minn assistenza finanzjarja matul is-sena li għadha kemm spiċċat. Dawn kienu maqsumin f 'erba' ċerimonji, bl-aħħar waħda tkun dik tal-bieraħ filgħaxija. SportMalta torganizza erba' ċerimonji sabiex l-assoċjazzjonijiet sportivi u l-atleti ma jkollhomx jistennew żmien twil għall- assistenza finanzjarja. Dawn huwa parti mir-riforma ta' SportMalta għall-benefiċċju tal-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet, biex b'hekk tagħtihom aktar ċertezza biex jippjanaw finazjarjament. Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius aċċenna għall-fatt li fil-ġimgħat li ġejjin ser ikun qiegħed jitnieda l-abbozz tar-riforma tal- kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi, sabiex l-assoċjazzjonijet ma jibqgħux jiddependu biss fuq SportMalta, imma jibdew jkunu awto-suffiċjenti. Huwa semma' wkoll li fil- ġimgħat li ġejjin se titnieda għall-konsultazzjoni din ir-riforma, u ħeġġeġ lill- pubbliku sabiex jibgħat ir-rimarki tiegħu. Mark Cutajar, l-Aġent Kap Eżekuttiv ta' SportMalta, semma' li x-xewqa tas- Segretarjat Parlamentari u ta' SportMalta hija li s-sena 2017, is-sena tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, tkun is-sena tal-isport għal pajjiżna. Huwa ħeġġeġ lill- assoċjazzjonijiet preżenti biex jorganizzaw attivitajiet internazzjonali f 'pajjiżna tul dik is-sena. Cutajar fakkar li, SportMalta, flimkien mal- Għaqda Ġurnalisti Sport, se tkun qiegħda għal darb'oħra torganizza serata waħda ta' għoti ta' unuri li ser issir nhar it-13 ta' Frar, u ħeġġeġ lill-assoċjazzjonijiet sportivi sabiex jinnominaw l-aħjar atleti tagħhom. Cutajar semma li fiż-żmien li ġej se jibda x-xogħol biex ikunu preparati serje ta' emendi sabiex il-Liġi tal-Isport tkun konforma mal-kuntest preżenti. Semma' wkoll li l-proġetti li tħabbru f 'Novembru diġà bdew jitlestew u li fil-11 ta' Jannar ser ikun aġġudikat it-tender biex jiġu identifikati il-periti għad-disinn tal-estensjoni tal-Kottonera u tal-Youth Village f 'Santa Venera. Iċ-Ċermen ta' SportMalta, Luciano Busuttil, saħaq fuq l-importanza li SportMalta u l-assoċjazzjonijiet jiġbdu ħabel wieħed għall-ġid tal-isport f 'pajjiżna. Huwa aċċenna għal bosta proġetti li mbarkat fuqhom SportMalta, bl-għan li aktar assoċjazzjonijiet jutilizzawhom bl-aħjar mod li jistgħu. Chris Agius u Luciano Busuttil jippreżentaw għotja finanzjarja lil waħda mill-assoċjazzjonijiet sportivi li bbenefikat bis-sħiħ minn SportMalta Ritratt - DOI - Pierre Sammut

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 Jannar 2016