Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579
32 illum Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 Sports 'Ħassejt li ma kontx qed niġi utilizzat daqs kemm xtaqt minn Balzan FC' - Terence Agius Nhar it-Tlieta 5 ta' Jannar 2016, il-plejer internazzjonali ta' nofs il-grawnd ta' taħt il-21 sena Terence agius iffirma b'mod uffiċjali ma' Pembroke athleta, wara li ngħaqad magħhom b'self sa tmiem dan l-istaġun mingħand Balzan FC. Dan kien it-tieni akkwist fi ftit jiem għal Pembroke Athleta wara li ftit tal- jiem qabel ikkonkludew l-akkwist tal-plejer Mano Micallef mingħand Mosta. ILLUM tkellmet ma' Terence Agius innifsu rigward kif qed iħares lejn din l-avventura ġdida fil-karriera tiegħu. Hu sostna li, "Ħassejt li ma kontx qed niġi utilizzat daqs kemm xtaqt minn Balzan FC, u ġietni l-opportunità li bis-saħħa tal-kowċ ta' Pembroke Athleta Winston Muscat, il-president Alex Calleja kif ukoll it-team manager Jason Vella, ningħaqad magħhom biex insib iktar cans li nilgħab u anki ngħin bis-sħiħ lil dan il-klabb li nemmen li hu wieħed mill-iktar timijiet li juri futbol sabiħ fil- Kampjonat BOV Premier f 'pajjiżna," temm jgħid Terence Agius. Terence Agius ingħaqad ma' Balzan FC mingħand Pietà Hotspurs f 'nofs l-istaġun li għadda. Madankollu, u minkejja li ddebutta anke fil-UEFA Europa League kontra FK Željezničar, hu ftit li xejn sab spazju u naqas milli jilgħab regolari. Minkejja l-età żgħira tiegħu, Agius diġa' lagħab 40 logħba fil-Kampjonat BOV Premier, fejn skorja gowl u ta 4 assists. Terence Agius fl-azzjoni bil-flokk ta' Pembroke Athleta għall-ewwel darba kontra Hibernians Ritratt - Foto Domingo 'Qatt ma stajt nirriuta lil San Ġiljan' - Dean Camilleri Nhar is-Sibt 9 ta' Jannar, tħabbar b'mod uffiċjali li l-goalkeeper Dean Camilleri kien ingħaqad ma' San Ġiljan wara sena jilgħab ma' Valletta fil-waterpolo. Din il-gazzetta iltaqgħet ma' Camilleri nnifsu fejn ġie mistoqsi rigward kif qed iħares lejn ir-ritorn tiegħu ma' San Ġiljan. Min-naħa tiegħu. Camilleri xtaq jirringrazja ħafna lit- tim ta' Valletta, fejn qal li, "napprezza ħafna dak kollu li għamlu miegħi s-sena l-oħra, u nixtieqilhom kull suċċess għall-futur. Meta ġejt mistoqsi jekk kontx interessat li nerġa' mmur lura ma' San Ġiljan, jien qatt ma stajt nirrifjuta din l-offerta, għax dak hu propju l-klabb ta' qalbi u li jirrapreżenta l-lokalità fejn trabbejt bħala tifel. Minn hawnhekk, nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lil kull min b'xi mod jew ieħor kellu sehem f 'dan ir-ritorn tiegħi ma' San Ġiljan, b'mod speċjali l-president tat-tim, Daniel Aquilina u l-membru tal- kumitat, Alfredo Spiteri De Barro. L-għan tiegħi għal dan l-istaġun huwa dak li ngħin lil San Ġiljan, jirbħu jekk jista' jkun l-erba' tazzi li se nkunu qed nikkompetu fihom. Ninsab kuntent ħafna u kburi ferm li se nkun qed intemm il-karriera tiegħi fil-waterpolo propju mal- klabb ta' qalbi," temm jgħid il-goalkeeper neo-akkwist ta' San Ġiljan, Dean Camilleri. Il-goalkeeper Dean Camilleri jiddefendi l-lasti ta' San Ġiljan Għoxrin student mll-Akkademja tar-Referees jattendu għal-live-in annwali GħoxriN student mill- akkademja tar-referees, fosthom ħames tfajliet, attendew għal live-in ta' tlett ijiem organizzat mid- Dipartiment tar-referees tal-MFa ġewwa s-'Seashells resort', fil-Lukanda Suncrest fil-Qawra bejn it-8 u l-10 ta' Jannar. Il-live-in beda permezz ta' introduzzjoni qasira mill-Uffiċjal għall-Iżvilupp tar-Referees fi ħdan l-MFA, Kevin Azzopardi, li ġiet segwita minn preżentazzjoni interessanti tal-president tal-MFA, Norman Darmanin Demajo, bis-suġġett ikun, 'Il-Qawwa mentali u l-Kwalità tar- Referees'. L-ispeċjalista tal-assistant referees, Philip Agius, kien il-kelliem li jmiss fejn iffoka fuq teamwork effettiv bejn l-Uffiċjali tal-logħba. Nhar is-Sibt filgħodu, l-ispeċjalista tan- nutrizzjoni, Dorianne Caruana Bonnici, qasmet ma' dawk preżenti l-ħsibijet esperti tagħha rigward nutrizzjoni tajba biex sportiv ikollu wirja tajba fl- isport li jipprattika, waqt li l-Kap tad-Dipartiment tar- Refereeing fi ħdan l-MFA, Adrian Casha, iffoka fuq il-'free kick management'. Saret ukoll sessjoni prattika fis-Sirens Stadium, f 'San Pawl il-Baħar, fejn warajha l-istudenti tal-Akkademja tar-Referees, attendew għal logħba mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, iktar magħrufa bħala d-Derby tal-Kottonera, bejn Senglea Athletic u St George's, fis- Centenary Stadium, f 'Ta' Qali. It-tieni ġurnata tal-live-in intemmet minn kelmtejn tal-Kap tal-Proġett tal- Akkademja tar-Referees, Paul Caruana, li silet u emfasizza l-passi kollha neċessarji li għandu jsegwi referee meta tingħata taħdita qabel il-logħba, jew dik li hija iktar magħrufa bħala l-'pre-match talk'. Il-Ħadd filgħodu beda permezz ta' quddiesa ġewwa l-Knisja Parrokkjali tal- Qawra, li ġiet segwita minn quiz fuq ir-regolamenti tal-Logħba, li tmexxa minn Kevin Azzopardi, li anima wkoll analiżi dettaljata tal- logħba tas-Sibt bejn Senglea Athletic u St Georges, flimkien mar-referee li rrefja din il-logħba, Emanuel Grech. Dan tmiem il-ġimgħa ntemm minn taħdita ta' ispirazzjoni mill-kowċ tal-basketball permezz tal-wheelchairs Noel Aquilina, li ddiskuta mal- parteċipanti, dak li s-soċjetà tipperċepixxi bħala normali u diżabilità. L-emfażi tiegħu fuq li wieħed għandu jibdel l-impossibli f 'possibli u l-apprezzament tagħna tal-abbilitajiet ta' persuna partikolari, kienu indubbjament żewġ messaġġi mill-aktar pożittivi li ħallew lil dawk li attendew għal dan il-live-in b'ħafna ħsibijiet biex jaħsbu u jirriflettu fuqhom. Fil-konklużjoni tiegħu, Adrian Casha, inkoraġġixxa bis-sħiħ lill-istudenti tal-Akkademja biex jagħmlu l-aħjar li jistgħu mill-opportunitajiet li se jkollhom f 'ħajjithom permezz tar-refereeing. L-istudenti tal-Akkademja tar-Referees jiltaqgħu kull nhar ta' Sibt filgħodu sa April li ġej, hekk kif wara dan ix-xahar huma jiggradwaw bħala Referees fil-livell tal-Grassroots. Uħud mill-istudenti tal-Akkademja tar-Referees, flimkien ma' Adrian Casha, Kevin Azzopardi u Paul Caruana Ritratt - Joe Borg