Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/630579
Il-Ħadd 24 ta' Jannar 2016 | illum 35 Parma bejn l-2004 u l-2010 Sports niffurmaw żewġ lasti permezz taz-zkuk, jien noħroġ nilgħab - l-aqwa li jkolli l-ballun f 'saqajja! Kif tiddeskrivi l-livell tal-futbol Malti u x'taħseb li jista' jsir biex dan ikompli javvanza? Jien naħseb li l-livell tal-futbol Malti huwa wieħed tajjeb u li jħabbatha ferm mal-livell tal-Kampjonat tas-Serie B fl-Italja. Biex ngħidlek il-verità, meta ġejt nilgħab f 'Malta mill-Italja, stennejt li l-livell tal-futbol f 'dan il-pajjiż kien wieħed ferm inferjuri. Madankollu, malli bdew jgħaddu x-xhur għalija bħala plejer ta' Sliema Wanderers, bdejt ninduna kemm fil-fatt f 'Malta, il-livell tal-futbol kien wieħed ferm sodisfaċenti, fejn tabilħaqq kienu jeżistu diversi plejers kemm Maltin kif ukoll barranin ta' talent partikolari. Madankolu, nemmen li m'hemmx dubju li fadal lok fejn il-futbol Malti għandu x'jikber biex jilħaq livelli ogħla minn dak li jinsab fih bħalissa. Tista' ttina xi eżempji kif dan jista' jsir? Jien nemmen bis-sħiħ li biex dan il-livell jagħmel ċerti avvanzi, hemm bżonn li diversi plejers Maltin iħallu Malta biex jibdew avventuri ġodda fil-futbol barra minn Malta. Biex inkun sinċier miegħek, ma nistax nifhem kif lanqas plejer wieħed Malti ma rnexxielu jagħmilha f 'Kampjonat ewlieni fl- Ewropa, fosthom il-Kampjonat Taljan tas-Serie A fl-Italja jew il-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra. L-iktar wieħed li wasal kien Michael Mifsud li lagħab fiċ-'Championship' fl-Ingilterra, u issa Rowen Muscat ma' Ascoli però dawn huma ftit wisq. Nisma' b'pajjiżi żgħar oħra fosthom il-Mali fl-Afrika, u l-Iżlanda li tul il-medda tas-snin irnexxielhom jipproduċu diversi plejers ta' talent li llum qed narawhom jilagħbu fl-aqwa Kampjonati fl-Ewropa. U ġaladarba semmejt lill-Iżlanda, huwa għalhekk li t-tim nazzjonali ta' dan il-pajjiż irnexxielu jagħmel avvanzi kbar 'il quddiem fil-futbol. Nistaqsi għaliex Malta ma rnexxiliex tasal biex tipproduċi plejers li jagħmluha f 'Kampjonati Ewropej ta' din ix-xorta? Persważ li f 'Malta, hawn diversi plejers ta' talent li kapaċi jagħmluha sal-ogħla livelli tal-futbol Ewropew. Dan narah biċ-ċar meta nikkowċja tfal żgħar fl- akkademja tal-futbol li għandi f 'Malta. B'hekk ninsab persważ li f 'Malta jeżistu plejers ta' talent, u ninsab infurmat li kien hemm bosta plejers żgħażagħ Maltin li marru jagħmlu esperjenza ta' prova ma' xi tim barra minn Malta, iżda rritornaw lura wara biss ftit ġimgħat jew xhur. Għalhekk nemmen li l-problema f 'dan il-pajjiż hija waħda, dik li l-plejers huma mfissdin ħafna u ferm attakkati mal-familja u l-ħbieb tagħhom. Barra minn hekk, huma għandhom diversi postijiet fejn jiddevertu, il-klima hija waħda ideali u huwa ferm viċin biex tivvjaġġa minn post għall-ieħor, u għalhekk ikunu jinsabu fil-'comfort zone'. Iżda kif smajt li jgħidu bil-Malti, 'il-fsied iħassar l-ulied', u nemmen li dan il-fattur qed iwassal biex numru ta' plejers Maltin ta' etajiet diversi u li jkollhom talent fil-futbol, iħossuhom komdi li jibqgħu jilagħbu f 'Malta, u mal-ewwel ineħħu minn moħħhom il-possibiltà li jibdew avventura ġdida fil-karriera tagħhom tal-futbol barra minn Malta. Għandek nostalġija tal-futbol milgħub? Meta waqaft nilgħab fis-7 ta' Mejju tas-sena li għaddiet, ħassejtni ħażin ħafna psikoloġikament, minħabba li l-fatt li għalkemm ngħix ħajja leġġera u għandi ħafna ħin f 'idejja, għandi nostalġija kbira tal-futbol. Kif tiddeskrivi l-esperjenza ta' staġun tilgħab f 'Malta ma' Sliema Wanderers? Kienet esperjenza kollox ma' kollox pożittiva, għalkemm bħala Sliema Wanderers, ma rnexxilniex nilħqu t-tragward tagħna li kien dak li jiksbu post fl-Ewropa. Madankollu, ma' dan it-tim erġajt sofrejt minn injury oħra fl-irkoppa, li ħallietni barra mil-logħob għal diversi ġimgħat. X'tikkummenta fuq it-tim nazzjonali Malti mmexxi minn Pietro Ghedin, li ġġeddidlu l-kuntratt tiegħu b'sentejn oħra? Inħoss li l-kowċ kompatrijott Taljan Pietro Ghedin qed jagħmel xogħol ferm siewi fit-tmun tat-tim nazzjonali Malti bħala kowċ. M'hemmx dubju li l-prestazzjonijiet tat-tim nazzjonali Malti taħt il-gwida ta' dan il-kowċ tjiebu ferm tul l-aħħar xhur, għalkemm ir-riżultati pożittivi baqgħu ma waslux. Madankollu, inħoss li l-fatt li tim nazzjonali ikun min ikun jitlef bl- iskor minimu ta' 1-0 kontra timijiet nazzjonali kkunsidrati bħala ġganti fil-futbol mondjali, mhix xi ħaġa li għandha tħammar wiċċ l-ebda kowċ nazzjonali, fosthom dak ta' Pietro Ghedin. Dan għaliex kulħadd jaf li ma tistax bl-ebda mod tikkumpara lit-tim nazzjonali Malti ma' dak Taljan u Kroat fost l-oħrajn, għax il-livelli fil-futbol huma kompletament differenti minn xulxin, biex ma nsemmux ir-riżorsi u l-faċilitajiet fejn jittrenjaw it-timijiet, il-kwistjoni ta' plejers professjonali li jimmilitaw f 'dawn it-timijiet, u diversi affarijiet oħrajn. Tikkunsidra l-possibiltà li fil-futur ġejjieni tkun kowċ ta' xi tim f 'Malta? Fil-fatt nibtet fija x-xewqa li nkun kowċ, u din ix-xewqa ma ġietx mix- xejn. Ksibt il-liċenzja ta' kowċ UEFA B mill-MFA, u bħalissa qed nagħmel kors ta' fiżjo-terapista mal-fiżjo-terapista Taljan tat-tim nazzjonali Malti, Luca Pagani. Nixtieq nikkowċja tim sa minn issa, iżda rrid nirrispetta l-ġerarkija. Inħoss li wħud mill-eks kollegi tiegħi bħala plejers, saru kowċis malajr wisq. Jien nixtieq li nibda l-esperjenza tiegħi fil-kowċing bħala assistent kowċ jew billi nkun kowċ ta' xi tim mill-Ewwel Diviżjoni, bil-possibiltà li mbagħad nibqa' tiela' u nieħu t-tmun ta' xi tim mill-Premier bħala kowċ. Però, għalissa sakemm insib klabb f 'Malta biex nikkowċja, qed ingawdi lill-familja u lit-tfal tiegħi, waqt li nieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-akkademja tiegħi tal-futbol li għandi f 'Malta, fejn sa issa hemm 11-il tifel jittrenja taħt il- gwida tiegħi u li jisimha 'Andrea Pisanu Soccer Academy'. Twieled fis-7 ta' Jannar 1982 f 'Cagliari, l-Italja. Fil-karriera tiegħu lagħab ma' Cagliari, Prato, Varese, Siena, Verona, Parma, Bologna, Montreal Impact u Sliema Wanderers. L-aktar li kiseb suċċess kien ma' Parma fejn bejn l-2004 u l-2010 kien wieħed mill-aqwa plejers tagħhom. Fl-istaġun 2014/15 lagħab ma' Sliema Wanderers f 'pajjiżna, u għadu jgħix f 'Malta sal-lum. Għandu akkademja tal-futbol f 'pajjiżna, 'Andrea Pisanu Soccer Academy'. Ix-xewqa ewlenija tiegħu bħalissa hija dik li jkun kowċ ta' xi tim Malti. Andrea Pisanu Ritratt: Chris Mangion