Illum previous editions

ILLUM 31 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 minn John Busuttil "Għext u kont noqgħod Strada San Paolo. Kont president tal-Għaqda tal- Pawlini u tas-soċjetà ta' La Vallette. Dan kollu jorbotni ma' San Pawl", beda biex qalli Ray Bondin li bla dubju hu persuna li l-Beltin kollha jassoċjawh ma' San Pawl. Il-familja Bondin minn dejjem kienet familja Beltija minsuġa mal-festa ta' San Pawl tal-Belt. Barra hekk, Ray għamel 20 sena bħala koordinatur tal- proġetti ta' rijabitazzjoni tal-Belt u anke membru parlamentari Nazzjonalista mtella' mid-distrett tal-Belt. Interessanti wkoll li Ray Bondin hu membru fiż- żewġ soċjetajiet - sew dik ta' San Pawl kif ukoll ta' San Duminku. Ilbierah ġiet iċċelebrata l-festa meqjusa bħala waħda nazzjonali tan-Nawfraġju ta' San Pawl tal-Belt, li tinkludi mhux biss il-festa nnifisha, iżda wkoll il-kultura dwar San Pawl innifsu u dwar il-kultura Pawlina f 'Malta u lilhinn minnha. Għalhekk iddeċidejt li dan kollu nħajjarkom tarawh mil- lenti ta' Ray Bondin - persuna kolta li għex il-festa minn tfulitu, u hu l-persuna li wkoll beda u qed jibni fondazzjoni dwar il-passi ta' San Pawl li rnexxilu jgħaqqad kultura mil- Lvant għall- Punent. Mill- Palestina u l-Iżrael, sal-Libanu, Turkija, Sirja, Greċja, Sqallija u Malta. Pajjiżi li kollha kellhom x'jaqsmu ma' San Pawl. "Din il-fondazzjoni dwar il-vjaġġi ta' Pawlu l-appostlu bdejtha jien, iżda sibt appoġġ sħiħ mill- ispeaker Anġlu Farrugia. Żewġt ibliet fi Sqallija - Palazzo Acredi u Solarina, diġà ngħaqdu fiha u hemm diversi bliet oħra fl-Italja, kif ukoll Tessaloniki li diġà bdejna taħdidiet magħhom," qalilna Ray li kompla jgħidli li l-ewwel attività se tkun wirja f 'Malta ta' statwi ta' San Pawl Sqallin u konferenza internazzjonali. "Il-UNESCO tagħti importanza kbira lil dawn ir-rotot kulturali għax dawn jgħaddu kulturi differenti flimkien." Staqsejtu xi tfisser il-festa ta' San Pawl għalih."Il-festa ma nfalliha qatt. Iżda għalija l-festa mhux il-marċ iżda l-attivitajiet tal-knisja. Ġieli erfajt ftit fl-istatwa, hekk kif il-Belt hija unika fuq hekk, fejn kif l-istatwa tasal fi Triq San Pawl, l-purċissjoni tidħol fil-knisja u tħalli l-vara f 'idejn in-nies għal madwar siegħa u nofs. Huma l-ħafna Pawlini li jerfgħu ftit lill- patrun tagħhom." "L-isbaħ mument hu meta tidħol l-istatwa fil- knisja. Hu mument emozzjonali. L-ewwel inkunu mtertqin li l-istatwa ma jiġrilha xejn - minħabba li l-Knisja tinsab f 'telgħa u hemm dawk l-erba' tarġiet. Imbagħad dak il- mument li tidħol u tibda tindaqq l-antifona u l-innijiet , dejjem inxerred demgħa bl-emozzjoni." Dwar l-istatwa nnifisha Ray Bondin qal li għalkemm jingħad li din saret minn zokk wieħed, jista' jkun li mhux il-każ. "Li hu żgur li l-vara kienet kummissjonata mill-familja Testaferrata lill-iskultur Melchiore Gafà meta kien jgħix Ruma. Ġabuha Malta u għal xi snin żammewha fid-dar tagħhom. Bdiet tintuża għall-purċissjoni fl-1700. Hi magħmulha minn l-injam u hemm kopja tagħha kważi perfetta l-Munxar Għawdex." Sadanittant irrakkuntalna storja ħelwa minħabba li l-parroċċa ta' San Pawl m'għandhiex pjazza. "Jingħad li fi żmien il-Gwerra xi Pawlini kienu jitolbu li taqa' xi bomba tal-għadu faċċata tal-knisja, biex b'hekk jaqgħu d-djar u ma jinbnewx oħrajn, u b'hekk ikollhom pjazza. Iżda hu fatt li bombi lejn dawn in-naħat ftit jew xejn waqgħu" qal Ray bi tbissima. Din il-festa hi marbuta ħafna mal-Partit Nazzjonalista, anke jekk San Pawl "Malli tidħol il-vara u tibda tindaqq l-antifona nemozzjona ruħi u nxerred demgħa" San Pawl tal-Belt: Mil-lenti ta' • L-aħħar siegħa u nofs il-vara ta' San Pawl tingħata f'idejn il-Pawlini • Joseph Muscat kien l-ewwel mexxej Laburista li qatt attenda għall-paniġirku ta' San Pawl • L-aktar mument emozzjonanti hu meta l-vara tidħol lura fil-knisja u tiġi milqugħa bl-antifona 'Sancte Pauli' • Fi żmien il-Gwerra kien hemm min xtaq li taqa' bomba quddiem il-kolleġġjata ħalli tinfetaħ pjazza Il-Pawlini jattendu għall-festa minn kull raħal ta' Malta Ray Bondin jerfa' l-vara ta' San Pawl

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 Jannar 2016