Illum previous editions

ILLUM 31 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 Aħbarijiet Malta u lil hinn minnha: X'ġara Jitneħħa xogħol ta' Banksy minn Londra Graffiti li tpenġa minn Banksy biex jikkritika t-trattament kontroversjali tal-immigranti fil-kamp magħruf bħala "il-Ġungla" f 'Calais tneħħa mill-awtoritajiet f 'Londra. Dan hekk kif ix-xogħol kien, b'inspirazzjoni mill-musical popolari Les Miserables, juri tifla bid-dmugħ f 'għajnejha b'landa tal-gas CS taħtha. Din tpenġiet barra l-ambaxxata Franċiża f 'Londra. Jitfakkru l-vittmi tal-Olokawst Nhar il-Erbgħa, 27 ta' Jannar tfakkru l-vittmi tal-Olokawst – hekk kif dan huwa l-Jum Internazzjonali fejn fih jitfakkru l-vittmi tal-akbar ġenoċidju tas-seklu għxorin li fih sitt miljun Lhudi nqatlu mill-militar Ġermaniż, immexxi minn Adolf Hitler, u l-kollaboraturi tagħhom. Fir-ritratt tidher il-grada ta' dak li kien l-kamp ta' konċentrament ta' Sachsenhausen viċin il-belt ta' Berlin f 'Oranienburg fil-Ġermanja. Borra, borra u aktar borra fl-Istati Uniti Maltemp qawwi fil-lvant tal-Istati Uniti, li wassal sabiex New York u Washington DC jieqfu għal kollox. 85 miljun persuna ġew affettwati minn dan kollu, hekk kif f 'xi bnadi ġie rreġistrat ta' 102ċm ta' borra. Iżda ma jistax jonqos li kien hemm min ra kif għamel biex gawda u ddeverta xorta – kif qed naraw fl-istampa! Ikompli jinfirex il-virus Zika Iddikjarat stat ta' emerġenza f 'xi żoni fl-Amerika Latina hekk kif il-virus Zika qed ikompli jinferex – liema virus iwassal għal trabi biex jitwieldu b'moħħhom mhux żviluppat kompletament. Fir-ritratt jidher ħaddiem tas-sanità f 'Tegucigalpa fil-Honduras li qed jiffumiga latrini pubbliċi. Jinstabu numru ta' baleni mejta Jinstabu numru ta' baleni mejtin fuq bosta bajjiet, l-aktar madwar bajjiet fir-Renju Unit kif ukoll fl-Olanda. Ir-raġuni għaliex ġara dan kollu għadu mhux magħruf. Fl-istampa tidher waħda mill-baleni li nstabet fl- fuq gżira bl-isem ta' Texel, fl-Olanda. Protesti kontra x-xufiera tal-Uber Xufiera tat-taxis konvenzjonali f 'Pariġi niżlu fit-toroq jipprotestaw minħabba dak li qed isostnu li hu kom- petizzjoni mhux xierqa min-naħa tat-taxis ta' Uber – app li dejjem qed tikseb akar popolarità. Il-pulizija kellha tuża gass tad-dmugħ sabiex twaqqaf lix-xufiera milli jipprotestaw f 'bypass ta' tmien karreġjati.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 Jannar 2016