Illum previous editions

ILLUM 31 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 | illum 17 Aħbarijiet X'ġara matul din il-ġimgħa Paceville 25 persuna se jkunu qed jiffaċċjaw akkużi kontrihom relatati mal-inċident fl-istabbiliment PlusOne. Dan wara li ħarġu il-konklużjonijiet tal-inkjesta li kixfet diversi nuqqasijiet u illegalitajiet li kien qed iseħħu fil-post. Traffiku Skont stħarriġ tal-Maltatoday l-aktar kwistjoni li qed tippreokkupa lill-Maltin u l-Għawdxin bħalissa hija t-traffiku. It-tieni kwistjoni li qed tinkwieta lill-Maltin hija l-immigrazzjoni. Suq tal-Belt Is-Suq tal-Belt fi Triq il-Merkanti huwa uffiċjalment magħluq. Issa se jkun qed jibda proġett li mistenni jara l-post riġenerat kompletament u miftuħ lura għall-pubbliku s-sena d-dieħla. Mistra Village Il-proġett fis-sit fejn kien hemm il-lukanda Mistra Village mhux se jsir. Dan il-proġett kien se jinkorpora kumpless ta' 12-il sular b'700 appartament u kien għal żmien twil f 'nofs kontroversja minħabba l-impatt ambjentali tiegħu. RCC Din il-ġimgħa fil-Parlament kien żvelat kif l-eks Rappreżentant ta' Malta fl-UE Richard Cachia Caruana ingħata kważi €500,000 wara li spiċċa mill-kariga tiegħu minħabba li kien sfiduċjat fil-Parlament. Simon Busuttil Il-Kap tal-PN baqa' għaddej bi kritika ħarxa lejn il-Gvern. Il-Ħadd li għadda saħansitra akkuża lill-Gvern u lil kull min jaħdem Kastilja illi huma 'mafja'. Ritratti: Chris Mangion u Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 Jannar 2016