Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254
24 illum | Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 Kummerċjali It-tfal jiġu l-ewwel fir-restorant Luzzu Ir-restorant Luzzu fil-Qawra żied aktar il-valur tas- servizz li toffri l-kċina tiegħu u l-veduti spettakolari tal-baħar permezz ta' introduzzjoni ta' żona ġdida speċifikament għat-tfal. B'dan il-mod ir-restorant qed jagħmel tajjeb għan-nuqqas ta' ristoranti mmirati għall- familja kollha fil-Qawra. Il-pubbliku laqa' b'mod pożittiv din id-deċizjoni peress li dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba sabiex dan il-post jistabbilixxi lilu nnifsu bħala restorant tal- familja. Ir-restorant issa jinkludi żurżieqa tat-tfal u żona tat-tpinġija fejn it-tfal jistgħu jieħdu gost f 'żona kompletament magħluqa li tiggarantixxi l-akbar sigurtà waqt li l-ġenituri jistgħu jserħu rashom hekk kif ikunu qed igawdu l-ħin tagħhom fir- restorant Luzzu. Mingħajr ebda dubju, dan ir-restorant hu perfett għal ikla tal-familja, għal xi ħaġa ħafifa u ta' malajr wara l-ħin tal-iskola jew għall-ħarġa mal-familja għall-ikla tal- Ħadd waranofsinhar, b'veduta inkredibbli. Barra minn hekk, minħabba l-ħinijiet vantaġġjużi li dan ir-restorant ikun miftuħ, dan il-post jista' jilqa' numru kbir ta' ġenituri li jkunu qed ifittxu post komdu fejn it-tfal tagħhom ikunu jistgħu igawdu l-ħin matul il-ġurnata. L-Air Malta tagħżel lil Britannia Services bħala L-Aqwa Aġent tal-Ivvjaġġar Britannia Services hija 'L-Aqwa Aġent tal-Ivvjaġġar 2014/2015' tal-Air Malta. L-aġenzija, li rebħet dan il-premju għat-tielet sena konsekuttiva, rebħet ukoll il-premju għall-Ikbar Volum ta' Bejgħ fis-Sena. L-unuri ġew ippreżentati mill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Air Malta, Philip Micallef matul avveniment li sar bħala ringrazzjament għall-aġenti tal-ivvjaġġar għall-appoġġ bla heda u l-ħidma kbira tagħhom matul l-2015 u bħala ċelebrazzjoni tal-aħħar tas-sena. L-avveniment li sar f'Palazzo De Piro fl-Imdina kien opportunità tajba għar-rappreżentanti min- negozji lokali tal-ivvjaġġar u r-rappreżentanti tal-Air Malta sabiex jaqsmu l-fehmiet tagħhom u jiddiskutu l-inizjattivi li għandhom ippjanati għall-2016. "L-aġenti tal-ivvjaġġar għad għandhom sehem importanti fil-kanali ta' distribuzzjoni tal-Air Malta. Is-servizzi tal-ivvjaġġar personalizzat tiegħek huma tassew importanti għall-eluf ta' nies li jfittxu pariri professjonali sabiex jippjanaw il-btajjel tagħhom. Il-linja tal-ajru hija ħerqana sabiex tkompli taħdem magħkom u tkompli ssaħħaħ dawn is-servizzi", qal is-Sur Micallef qabel il-preżentazzjoni tal-premji. "Niżżulkom ħajr talli dejjem bqajtu tappoġġjawna u tifhmuna tul is-snin, anki meta l-linja tal-ajru kienet qiegħda tħabbat wiċċha mal-intoppi u kellha tadatta għal bidliet f'suq li ma jieqafx jinbidel," kompla Joe Galea, l-Uffiċjal Deputat Kap Kummerċjali tal-Air Malta. Ir-rebbieħa tal-Premji tal-Aġenti tal-Ivvjaġġar 2015 tal-Air Malta huma: Britannia Services Ltd – L-Aqwa Aġent tal-Ivvjaġġar 2014/5; FCM Travel Solutions – It-Tieni l-Aqwa Aġent tal- Ivvjaġġar 2014/5; Kirton Travel – L-Aqwa Bejgħ Korporattiv 2014/5; A&V von Brockdorff – It- Tieni l-Aqwa Bejgħ Korporattiv 2014/5; Britannia Service - L-Ikbar Volum ta' Bejgħ fis-Sena 2014/5 Europa Tours – It-Tieni l-Ikbar Volum ta' Bejgħ fis-Sena. L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Air Malta Philip Micallef, Direttur Maniġerjali ta' Brittania Noel Farrugia u Joseph Galea, Uffiċjal Deputat Kap Kummerċjali tal-Air Malta Fundación MAPFRE tippremja entitajiet u persuni li taw kontribut fis-soċjetà Ġiet imnedija l-għoxrin edizzjoni ta' Fundación MAPFRE Awards, bl-għan li l-premjijiet jirrikonoxxu l-impenn ta' persuni jew instituzzjonijiet li taw kontribut eċċellenti lis- soċjetà fil-qasam tax-xjenza, kultura u umanità. Fundación MAPFRE hija għaqda non-governattiva li twaqqfet minn MAPFRE, li f 'Malta hi rrappreżentata minn MAPFRE Middlesea. L-unuri, bi premju ta' €30,000 jingħataw fil- ħames kategoriji li ġejjin. Lifetime Achievement Award tagħti rikonoxximent għall- kontribuzzjoni minn persuna ta' 70 sena jew aktar b'karriera li ħalliet riżultati tajbin fis-servizz lejn is-soċjetà. Il-Premju Award for the Best Health Promotion Initiative jirrikonoxxi kontribuzzjoni lill-entitajiet u persuni fil- prevenzjoni ta' riskji u aċċidenti u fil-promozzjoni tas-saħħa. The Award for the Best Social Action Initiative jipremja persuni u entitajiet li ħadmu biex itejbu l-integrazzjoni u l-kwalità ta' ħajja ta' gruppi b'inqas xorti, waqt li għenuhom jgħelbu limitazzjonijiet fiżiċi, finanzjarji u soċjali. The Award for the Best Accident Prevention and Road Safety Initiative jingħata li dawk li taw kontribuzzjoni signifikanti għall-prevenzjoni u tnaqqis f 'aċċidenti domestiċi, tat- traffiku, u waqt attivitajiet sportivi. Għall-ewwel darba din is-sena, il-premjijiet se jinkludu wkoll International Insurance Award, li jingħata lill-entitajiet u persuni li kkontribwew biex itejbu l-perċezzjoni dwar l-assigurazzjoni, permezz ta' innovazzjoni, taħrig u titjieb tas-servizz. In-nominazzjonijiet għandhom issiru sal- ewwel ta' Marzu. Għal aktar informazzjoni żur is-sit http:// www.fundacionmapfre.org/ fundacion/es_es/conocenos/ premios-fundacion/ Mapfre Middlesea p.l.c. (C-5553) hi awtorizzata mill-Awtorità ta' Malta għas- Servizzi Finanzjarji biex tmexxi Negozju kemm għat-Tul u kemm Ġenerali taħt l-Att tal-1998 dwar Negozju ta' Assigurazzjoni.