Illum previous editions

ILLUM 31 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 | illum 27 SportSillum minn Cristian Antony Muscat St Andrews .................. 2 Hibernians .................. 2 BSt Andrews ħasdu lil Hibernians, meta żammewhom fi draw ta' 2-2, biex b'hekk kisbu l-ewwel punt tal-istaġun. Kienu l-Pawlisti li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża wara seba' minuti logħob, meta freekick ta' Jackson Lima għadda ftit barra mil- lasti difiżi mill-goalkeeper żagħżugħ ta' St Andrews, Jake Galea. Fit-22 minuta, il-Pawlisti resqu viċin li jiftħu l-iskor meta Jurgen Degabriele li ftit tal-jiem ilu, ġedded il-kuntratt tiegħu ma' Hibernians b'ħames snin oħra, ra t-tentattiv tiegħu mill-viċin jiġi milqugħ minn Jake Galea, li iżda ma żammx, bil-ballun jerġa' jispiċċa f 'saqajn l-istess attakkant żagħżugħ - li ra x-xutt tiegħu jiġi mxellef f 'corner minn difensur ta' St Andrews. Fil-55 minuta Hibernians rebħu penalty meta Sorin Oproiescu waqqa' lil Jurgen Degabriele fil-kaxxa. Mill- 11-il metru nkariga ruħu Clayton Failla, li ma żbaljax. Iżda l-Pawlisti ma tantx damu jifirħu hekk kif fis-57 minuta, kien imiss lil St Andrews, li jirbħu penalty meta Joseph Essien Mbong waqqa' lil Matteo Desira Buttigieg fil-kaxxa, biex mill-penalty spot inkariga ruħu l-captain Joseph Farrugia, li tefa' l-ballun fix- xibka. Fid-90 minuta, Hibernians marru fil-vantaġġ permezz ta' freekick pinġut minn pożizzjoni angulata ta' Gilmar Da Silva Ribeiro, bil-ballun jaħbat mal-wieqfa qabel intemm ġewwa. Iżda fil-ħin miżjud, St Andrews, reġgħu ġabu l-iskor indaqs meta wara li rċieva minn cross-shot mil-lemin, il- ballun spiċċa f 'saqajn Joseph Farrugia, li mill-viċin tefa' ġewwa, biex b'hekk irreġistra doppjetta personali. St Andrews - Galea, Pena' Beltre, Camilleri, 5 - Che Bong Won, Perez Cuestra, Oproiescu (Walker 90'), Desira Buttigieg (Nwoko 65'), Farrugia, Chinatu Onwudinjo, Wisdom (15 - Johnson 90'), Edu Nkene Hibernians - Briffa, Pearson (Farrugia 88'), Lima, Soares, Cohen, Kristensen, Failla, Degabriele (Rocha Dos Santos 77'), Mbong (Dos Santos 59'), Da Silva Ribeiro, Santos Silva Referi Malcolm Spiteri JAKE GALEA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għad għandu biss 19-il sena, iżda qed juri biċ-ċar li għandu futur mill-isbaħ quddiemu bħala goalkeeper. Flimkein mal-captain Joseph Farrugia, kien l-eroj għal St Andrews hekk kif għal diversi drabi ċaħħad lil Hibernians milli jsibu x-xibka permezz tas-saves tiegħu. St Andrews jiksbu l-ewwel punt bi draw drammatiku kontra Hibernians Ritratt - Ray Attard Edison Luis Dos Santos jara t-tentattiv tiegħu mill-viċin jiġi milqugħ mill-goalkeeper żagħżugħ ta' St Andrews, Jake Galea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 Jannar 2016