Illum previous editions

ILLUM 31 Jannar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/634254

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 31 ta' Jannar 2016 Aħbarijiet Il-poster artistiku tal-Karnival Għawdxi Il-Leverist: wiċċ nofsu sinjur u nofsu fqir minn John Busuttil ILKARNIVAL fil-Gżejjer Maltin normalment ma tantx jiġi meqjus jew imqabbel mal-arti, anke jekk il-karrijiet u l-kostumi huma arti fihom infushom. Dan għax ħafna drabi l-karnival hu abbinat max- xalar bla rażan għal tliet ijiem sħaħ. F'Għawdex barra l-karnival ferm imfittex tan-Nadur hemm il-Karnival konvenzjonali li hu organizzat mis-sezzjoni tal-Kultura tal-Ministeru t'Għawdex. Kull sena jsir poster speċjali, poster artistiku li jagħti lill- karnival aspett artistiku. Din is-sena, il-poster uffiċjali tal- Karnival t'Għawdex ġie fdat f 'idejn l-artist abbli Xewki Paul Falzon. F'dan l-inkwatru Falzon ħareġ is-seħer u l-awtentiċità tal-Karnival Għawdxi. Din il-pittura, hi mnebbħa mill-karattru ferrieħi tal-għannej Għawdxi Fredu Spiteri l-Leverist (1930–1965), f 'għeluq il-ħamsin sena mill-mewt traġika tiegħu. Hi tradizzjoni antika f 'Għawdex li għannejja u mużiċisti jiltaqgħu fil- ħwienet tal-inbid biex jallegraw lin-nies preżenti b'daqq ta' strumenti folkloristiċi. Il-personaġġ prinċipali, impitter bħala bniedem nofsu fqir u nofsu sinjur, jidher akkumpanjat minn tfajla grazzjuża li tirrappreżenta l-għexieren ta' żeffiena li janimaw l-pjazez ta' Għawdex f 'dawn il-ġranet festivi. Jidhru wkoll maskarat u tifel b'wiċċu miżbugħ - it-tnejn mitlufa f 'dinja ta' fantażija ħielsa minn kull ħsieb. Fuq sfond ta' qawsalla dinamika u kkulurita tidher ukoll il- faċċata tal-Banca Giuratale, simbolu tal-identità Għawdxija. Min hu Paul Falzon? Paul Falzon iggradwa fl- Istorja ta' l-Arti fl-Università ta' Malta fl-2005. Intensifika wkoll l-istudji artistiċi tiegħu fl-Istitut ta' l-Arti Lorenzo de Medici f 'Firenze fl-2008. Falzon spikka l-aktar fl- arti tax-Xenografija, fejn huwa pitter ix-xenarju ta' mhux inqas minn sitt opri, fosthom La Boheme, Aida, Carmen, Tosca, Turandot u Falstaff, produzzjonijiet li lkoll ittellgħu fit-Teatru ta' l-Opra Aurora, Ghawdex. Falzon ħa sehem f 'diversi wirjiet kollettivi tal-arti, l-aktar importanti dik tal- 'Biennale Sagra' (2013), organizzata mill-fondazzjoni JP2, fiċ-Ċentru tal-Arti u l-Kultura fiċ-Ċittadella. F'din l-esebizzjoni Falzon esebixxa xogħol mill-iktar interessanti bl-isem "Dialogus cum Creatore", xogħol li nbigħ Padova. Paul ipproduċa wkoll ktejjeb tat-tpinġija għall- istudenti fil-livell primarju b'kollaborazzjoni sħiħa mal- Kunsill Lokali tax-Xewkija, ktejjeb immirat fuq tagħrif ġenerali dwar l-istess lokal. Il-ħidma artistika ta' Falzon ġiet rikonoxxuta u apprezzata mill-kommunità tiegħu u ngħata l-unur ta' "Ġieħ ix- Xewkija" fl-2011. Elementi ġodda fil-kalendarju tal-Karnival ta' din is-sena DIN is-sena, l-attivitajiet tal-Karnival mhux se jsiru biss fil-Belt Valletta, imma se jkunu organizzati wkoll fi bliet u rħula oħra. B'mod partikolari, se jkun hemm Karnival tal-Baned fi Triq il-Kbira, il-Ħamrun il-Ħadd 7 ta' Frar filgħodu. Se jieħdu sehem f 'din l-isfilata, li tibda mill-10am 'l quddiem, tliet karrijiet tal-karnival fosthom ir- Re tal-Karnival, ħames baned, il-Ħamrun Scouts Group, maskri grotteski u kumpaniji taż-żfin. Se jkun hemm ukoll palk bi programm ta' divertiment u kompetizzjoni tal- kostumi. Wara l-Karnival tal-Baned, tibda l-isfilata fil-Belt Valletta bis-sehem ta' erbatax-il karru kkulurit u diversi maskri grotteski. L-isfilata titlaq minn Misraħ Kastilja u timxi tul Triq il-Merkanti, Misraħ San Ġorġ u Triq ir-Repubblika. F'Misraħ Kastilja se jkun hemm pjattaforma aċċessibbli għal kulħadd, li se tagħti l-opportunità lil dawk li jużaw siġġu tar- roti u lil ġenituri bi tfal żgħar fil-pushchairs igawdu l-atmosfera bla problemi. Dan kollu kien żvelat aktar kmieni lbieraħ, flimkien mal-programm tal-attivitajiet għall- karnival ta' din is-sena, waqt konferenza stampa indirizzata mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, iċ-chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall, id-Direttur Artistiku tal- Karnival Jason Busuttil kif ukoll iċ-chairman tal- Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef. Għal darb'oħra, l-attivitajiet ta' din is-sena se jinkludu il-qarċilla – farsa tal-karnival li tmur lura tal-inqas sal-1760, u li reġgħet bdiet tittella' dan l-aħħar. Nutar, flimkien ma' żewġ għarajjes, il-ġenituri tagħhom u l-mistednin, imexxi l-qarċilla li tiżżufjetta bis-soċjetà kontemporanja, b'versi ċajtiera miżgħuda bid- doppjusens. Fil-qarċilla ta' din is-sena, in-nutar se jipproklama l-kuntratt taż- żwieġ bejn żewġ irġiel. Din is-sena, il-qarċilla nkitbet minn Immanuel Mifsud, awtur magħruf Malti li għadu kif rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għan- novella Jutta Heim. Attivitajiet li llum il-ġurnata saru parti essenzjali u popolari fil- kalendarju tal-Karnival, se jkunu organizzati bħas-soltu fit-toroq tal- Furjana u tal-Belt, bil- qofol tal-attività f 'Misraħ San Ġorġ. L-attivitajiet jinkludu l-isfilata, kif ukoll kompetizzjonijet tal-karrijiet u kumpaniji taż-żfin. Madankollu, se jkun hemm elementi ġodda fil-kalendarju ta' din is- sena. Attività minn dawn se tkun il-Ħadd fis-2.30pm, meta banda se tkun qed takkumpanja l-ispettaklu li se jkun għaddej f 'Misraħ San Ġorġ. Din l-attività se terġa' ssir għall-ewwel darba wara nuqqas ta' 20 sena. Is-Sibt filgħaxija, iċ- ċelebrazzjonijiet se jkomplu għaddejjin sa tard, filwaqt li t-Tlieta, l-isfilata tispiċċa fid-9.30pm. Attivitajiet oħra marbuta ma' din il- festa nazzjonali se jinkludu wirja ta' karrijiet ċkejknin magħmulin mill-ħelu, li se tkun ukoll parti minn kompetizzjoni bejn dulċiera u lukandi. Din il-wirja se tittella' fi Pjazza Teatru Rjal bejn l-4 u d-9 ta' Frar. L-attivitajiet f 'Misraħ San Ġorġ jistgħu jitgawdew minn bilqiegħda. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-sit elettroniku www.ticketline. com.mt. Wieħed jista' wkoll isegwi l-attivitajiet fuq TVM is-Sibt filgħodu, il-Ħadd waranofsinhar u t-Tlieta filgħaxija. Dan biex dawk li ma jistgħux jidħlu l-Belt, ikollhom ukoll l-opportunità biex jieħdu idea tal atmosfera ferrieħa u kkulurita mill-kumdità ta' darhom. 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Provision of Short Messaging Services – T007/16 Data ta' ħruġ: 22 ta' Jannar 2016 / Data ta' għeluq: 8 ta' Frar 2016 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jattendu għall-workshops organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training (CDRT), it-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana FRN 1610. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom onlajn. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 Jannar 2016